Il-ġuriżdizzjoni għall-proċedimenti eżekutorji hija tal-Qrati tal-Ewwel Istanza (Juzgados de Primera Instancia) tal-post tad-domiċilju tal-parti li r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni qed jintalbu kontriha, jew tal-post tal-eżekuzzjoni.
Rikors għal appell. Il-ġuriżdizzjoni għal appell hija tal-Qorti Provinċjali (Audiencia Provincial).
Il-proċedura biex tiġi kkontestata sentenza tal-Qorti Provinċjali tista’ tkun f’forma ta’ appell straordinarju għal infrazzjoni tal-proċedura (recurso extraordinario por infracción procesal) u appell fil-kassazzjoni (recurso de casación) skont it-termini tal-liġi proċedurali.
Fi Spanja, ma hemm l-ebda awtorità bil-karatteristiċi u l-ambitu tal-Artikolu 3(2) fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.