Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Franza

Il-Liġi tal-Familja – Materji tal-konsegwenzi għall-proprjetà fi sħubijiet reġistrati


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

It-talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 iridu jiġu ppreżentati lill-kap reġistratur (greffier en chef) tal-qorti (tribunal judiciaire) (l-Artikoli 509(1) u 509(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Code de procédure civile)) meta jkunu relatati ma’ deċiżjoni tal-qorti jew soluzzjoni bil-qorti, u lill-president tal-Kamra tan-Nutara (chambre des notaires), jew is-sostitut tiegħu f’każ ta’ assenza jew inkapaċità (l-Artikolu 509–3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), jekk ikunu relatati ma’ strument awtentiku.

L-appelli msemmija fl-Artikolu 49(2) jiġu ppreżentati lill-Prim Imħallef tal-qorti (président du tribunal judiciaire) (l-Artikolu 509-9 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Meta jkunu relatati ma’ deċiżjoni tal-qorti jew soluzzjoni bil-qorti:

* It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni ta’ qorti Franċiża biex tiġi rikonoxxuta u eżegwita f’pajjiż ieħor jiġu ppreżentati lill-kap reġistratur tal-qorti li toħroġ id-deċiżjoni jew tapprova l-ftehim (l-Artikolu 509-1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

* It-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, fit-territorju Franċiż, ta’ titoli eżekuttivi barranin, jiġu ppreżentati lill-kap reġistratur tal-qorti (l-Artikolu 509-2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

jekk ikunu relatati ma’ strument awtentiku;

* It-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-atti notarili awtentikati Franċiżi fid-dawl tar-rikonoxximent u l-implimentazzjoni tagħhom f’pajjiż ieħor jiġu ppreżentati lin-nutar jew lill-entità ġuridika li tkun is-sid tal-uffiċċju notarili li żżomm l-oriġinal tad-dokument irċevut (l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

* Talba għaċ-ċertifikazzjoni ta’ atti notarili awtentikati barranin fit-territorju Franċiż tiġi ppreżentata lill-president tal-Kamra tan-Nutara, jew lis-sostitut tiegħu f’każ ta’ assenza jew inkapaċità (l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Appelli msemmija fl-Artikolu 49(2):

L-appelli kontra d-dikjarazzjonijiet ta’ eżegwibbiltà ta’ titoli u atti barranin fit-territorju Franċiż, jiġu ppreżentati lill-Prim Imħallef tal-qorti (l-Artikolu 509-9 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Deċiżjoni mogħtija mill-Prim Imħallef tal-qorti dwar appell tista’ tiġi kkontestata biss billi jitressaq appell fuq punt tad-dritt (pourvoi en cassation) quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation).

Il-motivi għal appell fuq punt tad-dritt huma varji (deċiżjoni li tikser il-liġi, deċiżjoni ultra vires, nuqqas ta’ kompetenza, nuqqas ta’ bażi legali, nuqqas ta’ motivazzjonijiet, sentenzi kontradittorji, eċċ.) imma f’kull każ il-qorti tittratta biss l-applikazzjoni tad-dritt. Dan ifisser li l-Qorti tal-Kassazzjoni tivverifika li d-deċiżjoni ma kisritx il-liġi u li ma injoratx l-istat tad-dritt iżda ma teżaminax il-fatti tal-kawża.

Cour de cassation

5 quai de l’Horloge

75055 Paris

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 01/07/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.