Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Informazzjoni nazzjonali li tirrigwarda r-Regolament 2016/1103

F’Ġunju 2016, l-Unjoni Ewropea adottat Regolament li jirrigwarda r-reġimi ta’ proprjetà taż-żwiġijiet internazzjonali bl-għan li jgħin lill-koppji fil-ġestjoni tal-proprjetà tagħhom fuq bażi ta’ kuljum u fil-qsim tagħha f’każ ta’ divorzju jew ta’ mewt ta’ konjuġi wieħed. Ir-Regolament ġie adottat skont il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa minn 18-il pajjiż tal-UE: L-Iżvezja, il-Belġju, il-Greċja, il-Kroazja, is-Slovenja, Spanja, Franza, il-Portugall, l-Italja, Malta, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Finlandja u Ċipru. Pajjiżi oħra tal-UE jistgħu jissieħbu mar-Regolament fi kwalunkwe mument (f’dak il-każ, il-pajjiż irid ukoll jissieħeb mar-Regolament li jikkonċerna l-konsegwenzi fuq il-proprjetà ta’ sħubijiet reġistrati).

Ir-Regolament jipprovdi ċertezza tad-dritt liż-żwiġijiet internazzjonali u jnaqqas l-ispejjeż tal-proċedimenti legali billi l-koppji jkunu jafu liema qrati ta’ liema pajjiż tal-UE għandhom jittrattaw il-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-proprjetà tagħhom u liema liġijiet nazzjonali għandhom japplikaw għar-riżoluzzjoni ta’ kwistjonijiet bħal dawn. Ir-Regolament jiffaċilita wkoll ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà li jinħarġu f’pajjiż ieħor tal-UE. Billi l-proprjetà ta’ koppja trid tinqasam f’każ ta’ divorzju jew mewt, ir-Regolament jiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-divorzji u s-suċċessjonijiet transfruntiera. Ir-Regolament huwa applikabbli mid-29 ta’ Jannar 2019.

L-aħħar aġġornament: 11/05/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.