Matters of matrimonial property regimes

National information concerning Regulation 2016/1103

In June 2016, the European Union adopted a Regulation concerning the property regimes of international marriages aimed at helping couples manage their property on a daily basis and to divide it in case of divorce or of the death of one member. The Regulation was adopted under the procedure of enhanced cooperation by 18 EU countries: Sweden, Belgium, Greece, Croatia, Slovenia, Spain, France, Portugal, Italy, Malta, Luxembourg, Germany, the Czech Republic, the Netherlands, Austria, Bulgaria, Finland and Cyprus. Other EU countries can join the Regulation any time (in such case the country will also have to join the Regulation concerning the property consequences of registered partnerships).

The Regulation will provide international marriages with legal certainty and reduce the costs of legal proceedings as couples will know which country’s courts should deal with matters concerning their property and which national law should apply to resolve such matters. The Regulation will also facilitate the recognition and enforcement of decisions on property matters given in another EU country. As a couple's property must be divided in case of divorce or death, the Regulation will also facilitate the application of EU rules on cross-border divorces and successions. The Regulation will apply as from 29 January 2019.

Last update: 12/02/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Belġju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Għal deċiżjoni fuq it-talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà: il-qorti tal-prim’istanza, b’mod aktar speċifiku il-qorti tal-familja.

Dwar ir-rikorsi dwar id-deċiżjonijiet mogħtija għal dawn it-talbiet:

  • sabiex issir oġġezzjoni: il-qorti tal-prim’istanza, b’mod aktar speċifiku il-qorti tal-familja;
  • għall-preżentazzjoni ta’ appell : il-Qorti tal-Appell.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni fl-appell tista’ tiġi appellata biss quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

L-ebda awtorità oħra skont il-kriterji tal-Artikolu 3(2).

L-aħħar aġġornament: 22/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Bulgarija

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ sentenza jew ta’ att ieħor mogħti fi Stat Membru ieħor tal-UE jiġi ppreżentat lill-qorti provinċjali. (l-Artikolu 623(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija. Appelli ulterjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell ta’ Sofija jridu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni. (l-Artikolu 623(6) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax.

L-aħħar aġġornament: 26/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Repubblika Ċeka

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Fir-Repubblika Ċeka huma l-qrati distrettwali [okresní soudy].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Jistgħu jintużaw biss miżuri ta’ rimedju straordinarji, jiġifieri:

- kawża għall-annullament [zmatečnost];

- kawża sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti [žaloba na obnovu řízení];

- rieżami ta’ appell [dovolání].

Il-proċeduri kollha ta’ appell straordinarju mniżżla jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-qorti li tat id-deċiżjoni fil-kawża fil-prim’istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Dan ifisser entitajiet notarili bħal pereżempju kummissarji ġudizzjarji (l-Artikolu 162(2) flimkien mal-Artikoli 100(1) u 103(1) tal-Att Nru 292/2013 dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali).

L-aħħar aġġornament: 29/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Franza

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

It-talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 jiġu ppreżentati lid-Direttur tar-Reġistru tal-Qorti Reġjonali (tribunal de grande instance) (l-Artikoli 509(1) u 509(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili [code de procédure civile]) meta jkunu relatati ma' deċiżjoni jew tranżazzjoni ġudizzjarja u lill-president tal-Kamra tan-Nutara (chambre des notaires) jew is-sostitut tiegħu f'każ ta' assenza jew impediment (l-Artikolu 509(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili), meta t-talba tkun tikkonċerna att awtentiku.

Ir-rikorsi msemmija fl-Artikolu 49(2) jitressqu quddiem il-President tal-Qorti Reġjonali (l-Artikolu 509(9) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Rikors kontra deċiżjoni finali tal-President tal-Qorti Reġjonali jista' jsir biss permezz ta' appell fuq punt tad-dritt (pourvoi en cassation).

Il-bażijiet għal appell fuq punt tad-dritt huma varji (deċiżjoni li tikser il-liġi, deċiżjoni ultra vires, nuqqas ta' kompetenza, nuqqas ta' bażi legali, nuqqas ta' motivazzjonijiet, sentenzi kontradittorji...) imma li għandhom komuni huwa li l-imħallef jittratta biss l-applikazzjoni tal-liġi. Għalhekk, il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) tivverifika li d-deċiżjoni ma tiksirx il-liġi u ma tinjorax l-istat tad-dritt, imma qatt ma teżamina l-fatti.

La Cour de cassation

5 quai de l’horloge

75055 Paris

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 02/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - il-Kroazja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) u l-appelli minn deċiżjonijiet dwar dawn ir-rikorsi skont l-Artikolu 49(2) iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qrati muniċipali.

Il-qrati responsabbli huma:

Il-qrati muniċipali kollha skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 128/14).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx mekkaniżmu li permezz tiegħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 50, tista’ tiġi kkontestata ulterjorment deċiżjoni fuq rimedju legali, jiġifieri ma hemmx qrati li quddiemhom jista’ jiġi ppreżentat appell ulterjuri.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali huma responsabbli għal kawżi mhux kontenzjużi u ta’ eżekuzzjoni skont l-Att dwar il-Qrati (NN Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16). Għalhekk, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali kompetenti oħra skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament b’kompetenza fil-qasam tar-reġim tal-propjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġuridiċi jew jaġixxu b’delega ta’ poter minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha.

L-aħħar aġġornament: 27/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Italja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qorti b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) hija l-Qorti tal-Appell [Corte di Appello].

Il-qorti b’kompetenza fuq appelli minn deċiżjonijiet dwar rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 49(2) hija l-Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni [Suprema Corte di Cassazione].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata permezz ta’:

1) rikors għal rieżami skont l-Artikolu 391-bis u ter tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili;

2) rikors għal proċedimenti minn partijiet terzi skont l-Artikolu 391-ter tal-Kodiċi ta; Proċedura Ċivili.

Rikors għal korrezzjoni jista’ jiġi ppreżentat ukoll kontra d-deċiżjoni jekk is-sentenza hija affettwata minn żbalji fil-kitba jew żbalji fil-kalkoli.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(2) dan jinkludi:

avukati li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti [negoziazione assistita] skont l-Artikolu 6 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014;

reġistraturi ċivili li jaġixxu taħt il-proċedura ta’ negozjati assistiti skont l-Artikolu 12 tad-Digriet-Liġi Nru 132 tal-2014.

L-aħħar aġġornament: 09/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Ċipru

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà huma l-Qrati tal-Familja. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet fuq dawn ir-rikorsi jinstemgħu mill-Qorti tal-Familja tat-Tieni Istanza (Defterobáthmio Oikogeneiakó Dikastírio).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Il-proċeduri biex tiġi kontestata deċiżjoni mogħtija fl-appell hija l-proċedura tal-appell stabbilita fl-Artikolu 25 tal-Liġi dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, Liġi 14/60, u l-ħruġ ta’ mandati skont l-Artikolu 155 tal-Kostituzzjoni.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax

L-aħħar aġġornament: 30/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Lussemburgu

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati jew awtoritajiet b’kompetenza fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1):

Il-President tal-Qorti Distrettwali (Tribunal d’arrondissement)

Dettalji ta’ kuntatt:

Qorti distrettwali tal-Lussemburgu

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel.: 00352 475981-1

Qorti distrettwali ta’ Diekirch

Palais de Justice

Place Guillaume

L-9237 Diekirch

Tel.: 00352 803214-1

Il-qrati jew awtoritajiet b’kompetenza fuq appelli minn deċiżjonijiet fuq dawn ir-rikorsi skont l-Artikolu 49(2):

Il-Qorti tal-Appell fil-ġuriżdizzjoni ċivili tagħha (Cour d’appel siégeant en matière civile)

Dettalji ta’ kuntatt:

Cour d’appel

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel.: 00352 475981-1

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Il-proċeduri sabiex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell imsemmija fl-Artikolu 50:

Il-Qorti tal-Kassazzjoni

Dettalji ta’ kuntatt:

Cour de cassation

Cité judiciaire

L-2080 Luxembourg

Tel.: 475981-369/373

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

/

L-aħħar aġġornament: 13/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Olanda

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1): l-imħallef li jisma r-rikorsi għal miżuri provviżorji (voorzieningenrechter) fil-qorti distrettwali.

Appell kontra deċiżjoni dwar dan ir-rikors skont l-Artikolu 49(2): il-qorti distrettwali fejn l-imħallef li qiegħed jisma’ rikorsi għal miżuri provviżorji iddeċieda fuq ir-rikors għar-rikonoxximent jew għad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Appell fil-kassazzjoni quddiem il-Qorti Suprema.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax għan-Netherlands.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Awstrija

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati b’ġuriżdizzjoni fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolament huma l-Qorti tal-Eżekuzzjoni (Exekutionsgericht) jew il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht) fejn ikun domiċiljat il-konvenut.

Il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-appelli minn deċiżjonijiet fuq rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà hija l-Qorti Reġjonali superjuri (Landesgericht); madankollu, l-appell irid jiġi ppreżentat mal-qorti tal-prim’istanza li tat id-deċiżjoni.

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

L-appelli fuq punt ta’ dritt (Revisionsrekurs) jsiru quddiem il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) iżda jridu jiġu ppreżentati lill-qorti tal-prim’istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Fl-Awstrija, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali oħra b’kompetenza fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(2) fil-qasam ta’ reġimi ta’ propjetà matrimonjali.

L-aħħar aġġornament: 09/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Finlandja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà:

Il-Qorti Distrettwali

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti Distrettwali:

Il-Qorti tal-Appell

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Appell minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell huwa appell quddiem il-Qorti Suprema, jekk il-Qorti Suprema tawtorizza l-appell (Kapitolu 30, Artikoli 1-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ġudizzjarja).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Eżekutur maħtur mill-qorti

L-aħħar aġġornament: 04/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin - Svezja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Qorti Distrettwali Ġuriżdizzjoni territorjali

Qorti distrettwali ta’ Nacka (Nacka tingsrätt)            Il-Kontea ta’ Stokkolma (Stockholms län)

Il-qorti distrettwali ta’ Uppsala                                  Il-Kontea ta’ Uppsala

Il-qorti distrettwali ta’ Eskilstuna                               Il-Kontea ta’ Södermanland

Il-qorti distrettwali ta’ Linköping                               Il-Kontea ta’ Östergötland

Il-qorti distrettwali ta’ Jönköping                               Il-Kontea ta’ Jönköping

Il-qorti distrettwali ta’ Växjö                                      Il-Kontea ta’ Kronoberg

Il-qorti distrettwali ta’ Kalmar                                   Il-Kontea ta’ Kalmar

Il-qorti distrettwali ta’ Gotland                                   Il-Kontea ta’ Gotland

Il-qorti distrettwali ta’ Blekinge                                 Il-Kontea ta’ Blekinge

Il-qorti distrettwali ta’ Kristianstad                            Il-muniċipalitajiet (kommuner) ta’ Bromölla, Båstad, Hässleholm, Klippan, Kristianstad, Osby, Perstorp, Simrishamn,Tomelilla, Åstorp, Ängelholm, Örkelljunga u Östra Göinge

Il-qorti distrettwali ta’ Malmö                                    Il-muniċipalitajiet ta’ Bjuv, Burlöv, Eslöv, Helsingborg, Höganäs, Hörby, Höör, Kävlinge, Landskrona, Lomma, Lund, Malmö, Sjöbo, Skurup, Staffanstorp, Svalöv, Svedala, Trelleborg, Vellinge u Ystad

Il-qorti distrettwali ta’ Halmstad                                Il-Kontea ta’ Halland

Il-qorti distrettwali ta’ Göteborg                                Il-muniċipalitajiet ta’ Göteborg, Härryda, Kungälv, Lysekil, Munkedal, Mölndal, Orust, Partille, Sotenäs, Stenungsund, Strömstad, Tanum, Tjörn, Uddevalla u Öckerö

Il-qorti distrettwali ta’ Vänersborg                             Il-muniċipalitajiet ta’ Ale, Alingsås, Bengtsfors, Bollebygd, Borås, Dals-Ed, Färgelanda, Herrljunga, Lerum, Lilla Edet, Mark, Mellerud, Svenljunga, Tranemo, Trollhättan, Ulricehamn, Vårgårda, Vänersborg u Åmål

Il-qorti distrettwali ta’ Skaraborg                               Il-muniċipalitajiet ta’ Essunga, Falköping, Grästorp, Gullspång, Götene, Habo, Hjo, Karlsborg, Lidköping, Mariestad, Mullsjö, Skara, Skövde, Tibro, Tidaholm, Töreboda u Vara

Il-qorti distrettwali ta’ Värmland                               Il-Kontea ta’ Värmland

Il-qorti distrettwali ta’ Örebro                                    Il-Kontea ta’ Örebro

Il-qorti distrettwali ta’ Västmanland                          Il-Kontea ta’ Västmanland

Il-qorti distrettwali ta’ Falu                                        Il-Kontea ta’ Dalarna

Il-qorti distrettwali ta’ Gävle                                      Il-Kontea ta’ Gävleborg

Il-qorti distrettwali ta’ Ångermanland                        Il-Kontea ta’ Västernorrland

Il-qorti distrettwali ta’ Östersund                               Il-Kontea ta’ Jämtland

Il-qorti distrettwali ta’ Umeå                                      Il-Kontea ta’ Västerbotten

Il-qorti distrettwali ta’ Luleå                                      Il-Kontea ta’ Norrbotten

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Appell (överklagande) quddiem il-Qorti tal-Appell (hövrätt) jew il-Qorti Suprema (Högsta domstolen). L-appell irid jiġi ppreżentat quddiem il-qorti li tat is-sentenza. L-appell jinstema biss jekk il-Qorti tal-Appell jew il-Qorti Suprema jawtorizzaw l-appell (prövningstillstånd).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Eżekutur (bodelningsförrättare)

Amministratur tal-patrimonju (boutredningsman)

Fi proċedimenti sommarji li jikkonċernaw ordnijiet ta’ ħlas jew għajnuna, l-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni (Kronofogdemyndigheten)

L-aħħar aġġornament: 12/09/2019