Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Greċja

Il-Liġi tal-Familja – Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qorti kompetenti biex tiddikjara l-eżegwibbiltà ta’ deċiżjoni li tikkonċerna r-reġimi ta’ proprjetà matrimonjali u l-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati fuq it-talba tal-parti interessata, skont l-Artikolu 44(1) tar-Regolamenti inkwistjoni, hija l-Qorti ‑ tal-Ewwel Istanza ppreseduta minn membru wieħed (Monomeles Protodikeio) matul il-proċedimenti mhux kontenzjużi (l-Artikolu 740 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Il-qorti tal-appelli fi proċedimenti kontenzjużi kontra deċiżjonijiet dwar rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ infurzar f’konformità mal-Artikolu 49(2) tar-Regolamenti inkwistjoni, hija l-Qorti tal-Appell (Efeteio) Skont il-każistika tal-Qorti tal-Kassazzjoni, dan jieħu l-forma ta’ rikors/appell quddiem il-qorti tal-appell tal-ewwel u tal-aħħar istanza, b’mod eċċezzjonali għar-regola tal-Artikolu 12(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell skont l-Artikolu 50 tar-Regolamenti inkwistjoni, kif deskritta skont il-punt (b), tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell f’kassazzjoni.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 22/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna