Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Bulgaru ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ sentenza jew ta’ att ieħor mogħti fi Stat Membru ieħor tal-UE jiġi ppreżentat lill-qorti provinċjali. (l-Artikolu 623(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Id-deċiżjoni hija soġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell ta’ Sofija. Appelli ulterjuri minn deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell ta’ Sofija jridu jiġu ppreżentati lill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni. (l-Artikolu 623(6) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Ma japplikax.

L-aħħar aġġornament: 26/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.