Librerija Ġudizzjarja

Il-Librerija Ġudizzjarja tan-NĠE f’materji kriminali hija mfassla biex tipprovdi lill-prattikanti legali bid-dokumenti disponibbli kollha relatati mal-istrumenti legali rilevanti tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Il-librerija Ġudizzjarja fiha wkoll dokumenti rilevanti ta’ istituzzjonijiet oħrajn (KtE, NU).

Il-Librerija Ġudizzjarja tinkludi wkoll l-Istatus ta’ Implimentazzjoni tad-diversi strumenti legali applikabbli għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Din it-taqsima tipprovdi mhux biss l-istat attwali għad-diversi Stati Membri iżda wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ħoloq għan-notifiki uffiċjali u informazzjoni addizzjonali.

Il-Librerija Ġudizzjarja tinkludi:

  • L-Istrumenti Legali dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja adottati mill-Unjoni Ewropea
  • L-Istrument Legali għal Żoni Speċifiċi tal-Kriminalità adottati mill-Unjoni Ewropea
  • L-Istrumenti Legali Proċedurali adottati mill-Unjoni Ewropea
  • It-Trattati tal-UE ma’ Pajjiżi Terzi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

F’dawn il-kategoriji, tinsab l-informazzjoni li ġejja:

  • It-testi tal-istrumenti legali
  • L-Istatus tal-Implimentazzjoni
  • Formoli Word tad-diversi strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku
  • Formoli PDF editjabbli
  • Rapporti (minn sorsi differenti)
  • Informazzjoni Prattika
  • Manwali
  • Każistika Ewropea
  • Leġiżlazzjoni Nazzjonali.

Din il-paġna hija disponibbli hawnhekk (nota: inti se tħalli l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika).

L-aħħar aġġornament: 17/04/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna