Publication of official announcements

Information on the publishing of official announcements online by EU countries

An official announcement is the publication of official judicial and governmental announcements which are not of a legislative nature or do not in any other sense contain binding rules, and which are published in electronic form in State Gazettes and/or Official Journals.

Many EU countries make their official announcements available online. However, the legal frameworks and practices affecting how this is done varies between countries. In order to assist in making these publications more accessible this section collects the information on how each EU country publishes their official announcements online

The content of the national pages reflects the situation within the specific EU country.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 20/05/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Danimarka

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiddaħħlu fl-iStatstidende u jiġu ppubblikati f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk/.

Sal-14 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende kien ippubblikat ukoll fuq karta.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi obbligatorji speċifiċi b'effett legali għaċ-ċittadini, l-impriżi u l-awtoritajiet, kif ukoll ċerti avviżi mhux obbligatorji, jiġu ppubblikati fl-iStatstidende.
Fost affarijiet oħra, jiġu ppubblikati avviżi li jikkonċernaw patrimonji ta' persuni deċeduti (eż. reklamar għall-kredituri), patrimonji falluti (eż. ordnijiet ta' falliment), riorganizzazzjonijiet tal-kumpaniji, ċitazzjonijiet u taħrikiet simili tal-qorti, bejgħ b'ordni tal-qorti u elezzjonijiet u referenda.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Jiġu ppubblikati avviżi minn qrati, minn avukati, minn istituzzjonijiet pubbliċi u minn impriżi privati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess kemm għal tiftixiet ta' darba u kemm għal tiftixiet permanenti huwa bla ħlas (ara taħt).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-iStatstidende ilu jiġi ppubblikat elettronikament mill-2000. Mill-15 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende jiġi ppubblikat f'forma elettronika biss.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Jistgħu jiġu stabbiliti tiftixiet permanenti. Dan hu bla ħlas, imma jirrikjedi reġistrazzjoni bħala utent.
Huwa possibbli wkoll li tabbona għall-verżjoni pdf tal-iStatstidende tal-ġurnata. B'hekk, fil-ġranet meta jkun ippubblikat l-iStatstidende, tirċievi ittra elettronika bl-iStatstidende tal-ġurnata f'format pdf.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Id-data miftuħa hija disponibbli għal kulħadd permezz tat-tiftixa REST fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk. Bħallissa għaddej xogħol ta' aġġornament tekniku tal-iStatstidende. Qed jiġi kkunsidrat jekk din l-alternattiva għandhiex tibqa' tiġi pprovduta f'din il-konnessjoni l-ġdida.

L-aħħar aġġornament: 27/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ġermanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Peress li l-Ġermanja hija stat federali, huma l-Länder li jippubblikaw l-avviżi uffiċjali tagħhom. Huma ħolqu l-paġni web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni li ġejja hija relatata biss mal-pubblikazzjonijiet tal-Gvern Federali:

Pubblikazzjoni Ambitu tal-pubblikazzjoni
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger)

Taqsima uffiċjali; Taqsima ġudizzjarja
(f'format elettroniku biss)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata

Liema avviżi huma ppubblikati?

Pubblikazzjoni Tipi ta' avviżi
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, notifiki u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht)
Il-Gazzetta Federali Ordinanzi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof)
Il-Gazzetta tat-Trasport Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u dokumenti ta' reġistrazzjoni

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Pubblikazzjoni Korp tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali L-awtoritajiet Federali
Il-Gazzetta Federali L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-ministeri federali, l-awtoritajiet regolatorji fil-Länder

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Pubblikazzjoni Aċċess bla ħlas
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Iva (qari biss)
Il-Gazzetta Federali Iva
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Għall-werrej biss
Il-Gazzetta tat-Trasport It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut)

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Pubblikazzjoni Tipi ta' tiftixiet
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Bla ħlas: mhux disponibbli

Bi ħlas:
tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, abbrevjazzjoni, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti

Il-Gazzetta Federali Terminu, parti, data tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja)
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tal-ordinanza

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Pubblikazzjoni Id-data disponibbli
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; Il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999

Huwa possibbli li tfittex l-edizzjonijiet kollha ppubblikati mit-23 ta' Mejju 1949 'il quddiem

Il-Gazzetta Federali

Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta' April 2012 'il quddiem

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Pubblikazzjoni Tiftix awtomatiku Data miftuħa
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Le Le
Il-Gazzetta Federali Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss Le
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Le Le
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss Le
Il-Gazzetta tat-Trasport Le Le
L-aħħar aġġornament: 29/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Estonja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi pubbliċi importanti jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali). F'xi każijiet, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi wkoll il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti.

Il-pubblikazzjoni onlajn uffiċjali Ametlikud Teadaanded ilha tiġi ppubblikata f'format elettroniku biss mill-1 ta' Lulju 2003. Hija wkoll bażi ta’ data inkorporata fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Istat. Ametlikud Teadaanded huwa disponibbli għal kulħadd bla ħlas fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Notifiki, stediniet u avviżi li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi jew skont regolament tal-Gvern tar-Repubblika jew regolament ministerjali.

Fl-Ametlikud Teadaanded jiġu ppubblikati żewġ tipi ta' avviżi:

  1. l-avviżi maħsuba biex jinfurmaw persuna partikolari u li, għal finijiet ta' privatezza, ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. L-avviżi ta' din ix-xorta huma soġġetti għal termini taż-żmien għall-pubblikazzjoni fl-Ametlikud Teadaanded u għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess wara li ma tibqax issir il-pubblikazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-użu mill-ġdid ma japplikawx għal avviżi ta' din ix-xorta;
  2. avviżi maħsubin biex jinfurmaw lil kulħadd u li jentħieġ li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid f'format li jinqara mill-magni.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet Statali u lokali u tar-rappreżentanti tal-professjonijiet liberi (eż. nutara u bailiffs) jiġu ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded. L-avviżi ta' entitajiet ġuridiċi privati li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi u li jkunu ppubblikati għal finijiet ta' interess pubbliku, jiġifieri li jkunu maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali (eż. qsim u xoljiment ta' kumpaniji), jiġu ppubblikati wkoll.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.

Irid isir ħlas lill-Istat biex tippubblika avviż fl-interess ta' individwu privat, pereżempju, avviż ta' telfien ta' dokument.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-avviżi ppubblikati jistgħu jitfittxu bit-tip, bit-titolu, bil-pubblikatur u biż-żona ta' influwenza jew bl-użu tal-funzjoni ta' tiftix tat-test sħiħ.

Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" (Minu Ametlikud Teadaanded) jippermetti li persuna tinkiteb biex tirċievi bosta tipi ta' avviżi fl-indirizz elettroniku tagħha u biex tara avviżi arkivjati li jirrigwardawha, u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx baqgħet issir. Il-pubblikazzjoni ta' avviż maħsub għal persuna partikolari ma jibqax isir u l-avviż jiġi arkivjat ladarba l-pubblikazzjoni tkun laħqet l-għan tagħha. Il-pubblikazzjoni ta' dan it-tip ta' avviż ma tibqax issir lanqas meta l-persuna tikkonferma li rċeviet l-avviż bil-karta tal-identità tagħha, bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi".

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-1 ta' Lulju 2003. Is-sit tal-Ametlikud Teadaanded jinkludi wkoll avviżi ppubblikati qabel fuq karta u maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Persuna tista' tinkiteb biex tirċievi l-avviżi kollha bil-posta elettronika u tissejvja l-avviżi bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi". L-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jitlob l-awtentikazzjoni mal-karta tal-identita tal-persuna jew mal-mobile ID. Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jippermetti li persuna tara avviżi tal-Ametlikud Teadaanded arkivjati li jikkonċernawha u tara min iktar qara l-avviżi arkivjati li jikkonċernawha.

Huwa possibbli wkoll li jintużaw URIs għat-tiftix u l-ksib tal-avviżi fl-Ametlikud Teadaanded. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF.

L-URIs ta' avviżi jippermettu li jinfetħu avviżi disponibbli għall-pubbliku li ma jkunux maħsubin biex ikunu magħrufa minn persuna partikolari u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx twaqqfet milli tkompli ssir.

Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

Iktar istruzzjonijiet dettaljati dwar tiftix ibbażat fuq URI jinsab fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/avalik/uriotsing.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi li ma jkunux maħsubin biex jgħarrfu lil persuni fiżiċi partikolari, jiġifieri avviżi maħsubin bħala informazzjoni għall-pubbliku ġenerali, huma disponibbli bħala data miftuħa. L-avviżi li ma għadhomx jiġu ppubblikati u li ġew arkivjati mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

Data miftuħa tista' titniżżel f'ħin reali bħala URIs. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF. Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Greċja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar (Ethnikó Typografeía): l-avviżi jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern (Efimerída tis Kyvérnisis).
Korpi li jkollhom affarijiet stampati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar iħallsu tariffa għall-ispejjeż rilevanti jew jipprovdu l-oġġetti konsumabbli użati. L-ispejjeż ikunu ddeterminati minn kumitat permanenti bi tliet membri ta’ uffiċjali tal-Uffiċċju mwaqqaf għal dan l-għan; il-membri jinħatru mis-Segretarju Speċjali tal-Uffiċċju.

"Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTrasparenza" (Diávgeia)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema (Áreios Págos)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías)

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-Artikolu 7 tal-Liġi 3469/2006.

Trasparenza: L-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010.

Il-Qorti Suprema: sentenzi tal-qorti ċivili u l-qorti kriminali deċiżi fl-2007 jew wara.

Il-Kunsill tal-Istat: sentenzi tal-qorti amministrattiva.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat, wara talba ta' korp pubbliku jew korp fis-settur pubbliku usa'.

Trasparenza: L-avviżi msemmija fl-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010 jiġu ppubblikati fuq l-internet mingħajr dewmien mill-korp li jagħmel l-avviż.

Il-Qorti Suprema: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

Il-Kunsill tal-Istat: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tiftix għal termini, kliem jew frażijiet ewlenin, numri ta' reġistrazzjoni, numri tas-sentenzi, numri tal-ħarġiet, temi, kategoriji, tipi, korpi, dati.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: 1997

Trasparenza: 2010

Il-Qorti Suprema: 2007

Il-Kunsill tal-Istat: 2016

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Iva.
Kull korp huwa responsabbli għall-funzjonament u l-kontenut tal-bażi tad-data ta' avviżi uffiċjali li jġestixxi. Għalhekk ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika jinżammu mill-korpi rilevanti fil-bażijiet ta' data interni.

L-aħħar aġġornament: 01/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Spanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-gazzetti uffiċjali varji li jikkorrispondu għal-livelli differenti tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali li jiffurmaw l-Amministrazzjoni ta' Spanja.

Il-gazzetti kollha għandhom verżjonijiet uffiċjali awtentiċi ppubblikati elettronikament, u jipprovdu servizzi ta' bażi ta' data li jistgħu jintużaw biex jinstabu avviżi ppubblikati.

Is-siti huma dawn li ġejjin:

L-Istat: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/

17-il komunità awtonoma u 2 bliet awtonomi: is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/legislacion/enlaces/boletines_autonomicos.php

L-awtoritajiet lokali (gazzetti uffiċjali provinċjali): is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.boe.es/legislacion/enlaces/boletines_provinciales.php

Liema avviżi huma ppubblikati?

  • atti amministrattivi (kwistjonijiet ta’ persunal, deċiżjonijiet amministrattivi, deċiżjonijiet li jagħmlu bosta azzjonijiet amministrattivi pubbliċi)
  • avviżi ta' sejħiet għal offerti pubbliċi
  • avviżi ta' notifikazzjonijiet li ma rnexxewx
  • ċerti avviżi ppubblikati mill-qrati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha, kull waħda minnhom fil-gazzetta uffiċjali korrispondenti tagħha.

Il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

  • test liberu (inklużi ismijiet ta' individwi)
  • tip
  • l-organizzazzjoni tal-ħarġa
  • id-data tal-ħarġa
  • id-data tal-pubblikazzjoni
  • in-numru uffiċjali.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Il-liġi li tippermetti l-pubblikazzjoni elettronika tal-gazzetti uffiċjali ġiet adottata fl-2007.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, għall-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola u l-parti l-kbira tal-gazzetti uffiċjali għall-komunitajiet u l-bliet awtonomi. Il-funzjoni mhix disponibbli b'mod ġenerali għall-gazzetti uffiċjali provinċjali.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju jew l-informazzjoni?

Il-politika tad-data miftuħa tiddependi minn kull gazzetta uffiċjali li xi wħud minnhom għandhom data miftuħa u format xml.

L-aħħar aġġornament: 20/06/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - il-Kroazja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja u fuq l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja. L-avviżi uffiċjali kollha huma disponibbli pubblikament f'forma elettronika, imma l-verżjoni stampata tad-dokument biss għandha validità legali, jiġifieri effett legali.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://narodne-novine.nn.hr/ (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e-oglasna.pravosudje.hr/ (il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi li jirrigwardaw akkwist pubbliku, irkanti elettroniċi, konċessjonijiet, kompetizzjonijiet, pożizzjonijiet vakanti, notifikazzjonijiet dwar kumpaniji, avviżi minn kmamar, deċiżjonijiet dwar il-bidu ta' proċedimenti ta' falliment u proċedimenti mqassra ta' falliment, deċiżjonijiet dwar inkapaċità ġuridika, likwidazzjonijiet, avviżi pubbliċi ġudizzjarji u notarili, entrati f'reġistru tal-qorti, eċċ. jiġu ppubblikat fl-avviżiera elettronika.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • Narodne novine d.d. (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja);
  • L-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tinkludi wkoll deċiżjonijiet differenti magħmula mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn fi proċedimenti ta' falliment (deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, sejħiet għal seduti); il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa kompetenti għaż-żamma tas-sistema tal-IT neċessarja għall-funzjonament tal-avviżiera elettronika;

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Huwa possibbli li tfittex fis-siti tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja billi tuża terminu, id-data tal-avviż, it-tip tal-avviż jew qasam speċifiku tal-avviż (eż. ir-rata tal-kambju);

Huwa possibbli li tfittex fl-avviżiera elettronika billi tuża marka tal-fajl, isem tal-kopja, is-suġġett tal-avviż jew PIN.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Minn Jannar 2014, l-avviżi bdew jiġu ppubblikati f'forma elettronika fuq is-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-applikazzjoni tas-softwer tal-avviżiera elettronika ġiet stabbilita, jiġifieri ġiet ikkummissjonata, fl-1 ta' Novembru 2014.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja stabbiliet sistema ta' notifikazzjoni għall-avviżi pubbliċi li tirreferi għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku (għodda għall-avviżi ta' akkwist pubbliku elettroniku) – in-notifikazzjonijiet għall-utenti finali jintbagħtu fl-indirizz elettroniku jew f’kaxxa postali elettronika personalizzata.

Ma ġiet stabbilita l-ebda sistema ta’ notifikazzjoni għall-avviżi li jkunu ppubblikati fl-avviżiera elettronika. L-eċċezzjonijiet huma d-Dipartiment tat-Taxxa (Porezna uprava) u l-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija; FINA), li l-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa servizz web għalihom li permezz tiegħu dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jniżżlu data mill-avviżiera elettronika (bosta drabi) kuljum.

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ċipru

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati f’format ta’ kopja stampata, li huwa l-format b'effett legali u fuq l-internet, aċċessibbli liberament fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati: pożizzjonijiet vakanti fis-settur pubbliku, sejħiet għall-offerti pubbliċi, esproprjazzjonijiet u rekwiżizzjonijiet, ħatriet, promozzjonijiet u konfermi u revoki ta' ħatriet, irtirar, ħatriet ta' viċijiet tal-uffiċjali, riżenji, ħatriet ta' ministri, avviżi ta' mwiet, wasliet, tluq u deputizzazzjonijiet għall-President tar-Repubblika, ħatriet tal-President tar-Repubblika, deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament, abbozzi tal-gvern u tal-membri privati, ftehimiet internazzjonali, organigrammi dipartimentali, u ħatriet skont il-liġi, eż. skont l-Att dwar il-Kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • L-Istat
  • L-organizzazzjonijiet semigovernattivi
  • L-awtoritajiet lokali
  • Individwi (avukati) fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpaniji

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-kontenut kollu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Ċipru (Epísimi Efimerída)

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-10 ta' Diċembru 2004

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Istampar tal-Gvern (Kyvernitikó Typografeío): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo

L-aħħar aġġornament: 31/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Latvja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Fil-Latvja, l-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvijas Vēstnesis, il-gazzetta uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Il-kategoriji ta' avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali:

  • Rapport tal-attività
  • Irkantijiet
  • Sentenzi tal-qorti
  • Teżijiet tad-dottorat
  • Informazzjoni dwar wirt
  • Informazzjoni dwar privatizzazzjoni
  • Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-intrapriżi
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-partiti politiċi
  • Informazzjoni dwar kompetizzjonijiet għal karigi
  • Sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
  • Avviżi dwar ippjanar territorjali
  • Avviżi lill-kredituri
  • Avviżi għas-saldu tal-obbligazzjonijiet
  • Avviżi lill-azzjonisti u l-membri
  • Revoka ta' setgħat
  • It-Teżor tal-Istat
  • Taħrikiet
  • Ordnijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u provvista
  • Irtirar ta' dokumenti u ta’ timbri uffiċjali
  • Avviżi mixxellanji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-gazzetta uffiċjali tippubblika avviżi uffiċjali ppreżentati minn awtoritajiet u istituzzjonijiet jew minn individwi (entrati fir-reġistri pubbliċi, notifiki, avviżi jew informazzjoni minn entitajiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom u minn individwi) meta l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawn l-avviżi tkun stipulata fil-liġi.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta' liġijiet u regolamenti li jipprevedu pubblikazzjoni uffiċjali.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftixa tista' ssir billi ddaħħal test liberu.
Ir-riżultati jistgħu jkunu ffiltrati skont is-sena tal-pubblikazzjoni u l-kategorija tal-avviż.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.vestnesis.lv il-verżjonijiet elettroniċi tal-ħarġiet kollha tal-gazzetta uffiċjali huma disponibbli mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri mill-25 ta' Frar 1993.
Għal dokumenti li dehru sal-1 ta' Lulju 2012, il-pubblikazzjoni uffiċjali hija dik tal-verżjoni stampata tal-gazzetta.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Le, imma l-avviżi uffiċjali huma disponibbli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIktar dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Malta

Fuq liema sit/i web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati fuq is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.doi.gov.mt

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi ppublikati huma s-segwenti:

Notifikazzjonijiet tal-Gvern

Notifikazzjonijiet pubbliċi

Notifikazzjonijiet tas-saħħa

Avviżi tal-Pulizija

Avviżi lill-baħħara

Skemi ta' akkomodazzjoni soċjali

Avviżi tal-Bank Ċentrali

Notifikazzjonijiet ta' riżultati ta' eżamijiet

Avviżi tal-Qorti

Avviżi tal-Kunsilli Lokali

Mil-liema organizzazzjoni/jiet jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati mill-Ministeri, entitajiet pubbliċi, mill-Qrati tal-Ġustizzja u mill-Kunsilli Lokali

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa bla ħlas

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Free text

Mil-liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-avviżi uffiċjali ilhom disponibbli fil-format elettroniku minn Ġunju 2003

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Dan is-servizz m'huwiex disponibbli

L-aħħar aġġornament: 28/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Olanda

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://officielebekendmakingen.nl. Tista' tfittex għal avviżi antiki fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://zoek.officielebekendmakingen.nl.

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi kollha li jidhru fis-seba’ ġurnali uffiċjali tan-Netherlands jiġu ppubblikati fis-siti ta' hawn fuq. Leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda tiġi ppubblikata fl-iStaatsblad (il-Bulletin tal-Atti u d-Digrieti). L-iStaatscourant (il-Gazzetta tal-Gvern) tintuża biex tippubblika r-regolamenti, kif ukoll avviżi minn organizzazzjonijiet governattivi jekk l-inklużjoni tagħhom f’din il-pubblikazzjoni tkun rikjesta mil-liġi. Trattati u ftehimiet internazzjonali oħrajn li n-Netherlands hija parti fihom jiġu ppubblikati fit-Tractatenblad (Ġabra tat-trattati u l-konvenzjonijiet), filwaqt li l-Provinciaal blad (il-Gazzetta Provinċjali), il-Gemeenteblad (il-Gazzetta Muniċipali) u l-Waterschapsblad (il-Gazzetta tal-Awtorità tal-Ilma) jintużaw għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti u avviżi tal-awtoritajiet provinċjali, muniċipali u tal-ilma rispettivament. Finalment, il-Blad gemeenschappelijke regelingen (il-Gazzetta tal-Arranġamenti tal-Awtorità Lokali Konġunta) tintuża biex jiġu ppubblikati r-regolamenti u l-avviżi tas-sħubijiet bejn awtoritajiet pubbliċi differenti.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-organizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa mil-liġi li jippubblikaw l-avviżi tagħhom.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' ssib l-avviżi tal-ġurnata fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://officielebekendmakingen.nl. Hawnhekk tista' tiffiltra t-tiftixa tiegħek skont l-isem tal-pubblikazzjoni biss.

F'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://zoek.officielebekendmakingen.nl tista' tfittex għal kliem fit-titlu jew fit-test u tiffiltra t-tiftix tiegħek skont id-data tal-pubblikazzjoni, isem il-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni u s-suġġett (li hemm lista fissa ta’ opzjonijiet għalih).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

1995.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Kulħadd jista’ jirreġistra għal servizz ta’ notifikazzjoni bla ħlas. Jeżistu żewġ tipi ta' servizzi.

Is-servizz ta' notifikazzjoni standard li jippermetti lill-utenti jissejvjaw talba għal tiftixa. Imbagħad jintbagħtu ittra elettronika b'ħolqa għal kull dokument ġdid li jissodisfa l-kriterji tat-tiftixa.

Hemm ukoll servizz imsejjaħ "Berichten over uw buurt" ("Avviżi dwar il-viċinat tiegħek"), li jippermetti liċ-ċittadini jirċievu ittra elettronika kuljum b'ħarsa ġenerali lejn l-avviżi kollha ppubblikati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li jkunu rilevanti għall-viċinat tagħhom. Huma jistgħu jiddefinixxu l-"viċinat tagħhom" billi jdaħħlu l-kodiċi postali tagħhom u radjus (f'mijiet ta’ metri).

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa permezz tal-interfaċċa SRU (SRU = Search/Retrieve via URL).

Il-manwal (u l-indirizz) għal dan is-servizz web jinsab f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.koopoverheid.nl/documenten/instructies/2018/03/24/handleiding-open-data-webservice-van-overheid.nl---sru (bl-Olandiż biss).

L-aħħar aġġornament: 06/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Awstrija

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ediktsdatei.justiz.gv.at

Liema avviżi huma ppubblikati?

It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/:

  • Rapporti
  • Perizji
  • Opinjonijiet
  • Evalwazzjonijiet
  • Ċirkulari
  • Linji gwida
  • Testi għal konsultazzjoni
  • Statuti
  • Statistika
  • Manwali
  • Avviżi ta’ postijiet vakanti
  • Pubblikazzjoni tal-ħatriet

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – "Fajl tal-editt"):

  • Każijiet ta' insolvenza (fallimenti, riorganizzazzjonijiet, saldi ta' djun)
  • Bejgħ u lokazzjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza
  • Irkantijiet ordnati mill-qorti
    • Proprjetà
    • Beni mobbli
  • Riċevitura ġudizzjarja
  • Irkanti volontarji
  • Editti u avviżi fi proċedimenti kriminali
    • Avviżi mill-qrati kriminali
    • Proċedura ta’ rkupru kriminali
    • Notifiki ta’ konsenja fi proċedimenti kriminali
    • Terminazzjoni tal-investigazzjonijiet
  • Avviżi pubbliċi
    • Amministraturi maħtura mill-qorti u notifiki permezz ta’ avviż pubbliku
    • Kanċellazzjoni ta' titoli
    • Ċertifikati tal-mewt/prova ta’ kawża tal-mewt
    • Editti fi proċedimenti tas-suċċessjoni
    • Editti skont l-Att dwar il-Kustodja u s-Sekwestru (Verwahrungs- und Einziehungsgesetz)
    • Rappreżentanza tar-residenti skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar id-Djar tal-Kura (Heimaufenthaltsgesetz)
    • L-ombudsmen tal-pazjenti skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Ospitalizzazzjoni (Unterbringungsgesetz)
    • Notifika b'avviż pubbliku lil persuni ġuridiċi
    • Notifika b'avviż pubbliku mill-Qrati Kummerċjali (Firmenbuchgerichte)
    • Avviżi mill-Qrati Kummerċjali
    • Editti mill-Qrati tar-Reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgerichte)
    • Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prattiki Restrittivi (Kartellgericht)
  • Pubblikazzjonijiet mill-kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregolamentazzjoni u l-Ġustizzja

Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) toffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fis-sit.

Il-kategoriji kollha fis-sit Ediktsdatei (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/) joffru l-għażla ta' tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Is-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/) u s-sit Ediktsdatei (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.edikte.justiz.gv.at/) ilhom onlajn mill-2000.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi fis-sit Ediktsdatei huma disponibbli liberament u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att dwar l-Użu mill-Ġdid ta' Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz – IWG). Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.

Il-pubblikazzjonijiet f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiz.gv.at/ huma predominantement relatati ma' dokumenti eżistenti f'format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Kollha kemm huma huma ppubblikati bħala parti mid-WCMS (Web Content Management System) u huma disponibbli liberament f'paġni HTML. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu mill-paġni HTML.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Portugall

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Portugiża, id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida(Diário da República Eletrónico).

X'avviżi jiġu ppubblikati?

Seba' tipi ta' avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fid-Diário da República:

1. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

2. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

3. AVVIŻI ĠUDIZZJARJI UFFIĊJALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

4. AVVIŻI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

5. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk)
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI, TAL-QORTI SUPREMA TAL-ĠUSTIZZJA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

7. AVVIŻI TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAT-TRAMUNTANA U L-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAN-NOFSINHAR (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Avviżi uffiċjali ġudizzjarji u tal-gvern jiġu ppubblikati mis-seba' tipi ta' organizzazzjonijiet pubbliċi elenkati hawn taħt:

1. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u relatati mal-istrumenti inklużi fil-Ftehimiet u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali, skont l-Artikolu 119(1)(b), is-segment finali, tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża, l-Artikolu 3(2)(b), is-segment finali, u l-Artikolu 8(1)(s) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Liġi Nru 43/2014.

2. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

  • Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali u relatati mal-proċeduri amministrattivi, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 145-A/2011.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-bidla fil-pożizzjoni tar-rimunerazzjoni għall-pożizzjoni tas-salarji immedjatament wara l-kategorija oriġinali rispettiva permezz tal-eżerċizzju kontinwu tal-funzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni pubblika, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 2/2004 (l-Istatut għall-persunal maniġerjali tas-servizzi u tal-korpi tal-amministrazzjoni ċentrali, reġjonali u lokali tal-istat).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern li jikkonċernaw il-ftuħ ta' proċedimenti dixxiplinari fil-konfront ta' impjegat tas-settur pubbliku, li ħadd ma jaf fejn hu, biex jippreżenta d-difiża tiegħu u biex tiġi sussegwentement applikata l-piena dixxiplinarja skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi tal-gvern uffiċjali relatati mar-riorganizzazzjoni ta' korpi jew servizzi permezz tax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturazzjoni, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-Digriet Amministrattiv Nru 200/2006 (sistema ġenerali għax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturar tas-servizzi u r-razzjonalizzazzjoni tal-persunal).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-pubblikazzjoni tal-istatuti tal-kumitati tax-xogħlijiet tal-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għas-salvagwardjar ta' wirt kulturali intanġibbli, inklużi miżuri ta' salvagwardja u proċeduri ta' protezzjoni legali skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 149/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatata mal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali (skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 107/2001) u s-sistema għall-klassifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' proprjetà mobbli ta' valur kulturali kif ukoll u r-regoli applikabbli għall-esportazzjoni, it-trasport, l-importazzjoni u l-ammissjoni ta' proprjetà kulturali mobbli (skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 148/2015).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-proċedura għall-klassifikazzjoni ta' proprjetà immobbli ta' valur u s-sistema ta' żoni protetti u pjan ta’ salvagwardja dettaljat, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 309/2009).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għall-użu tar-riżorsi tal-ilma, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 226-A/2007.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sjieda tar-riżorsi tal-ilma u l-proċedura għad-demarkazzjoni tar-riżorsi tal-ilma pubbliku, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 54/2005 (kif emendat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamil-Liġi Nru 78/2013 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamil-Liġi Nru 34/2014 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidad-Digriet Amministrattiv Nru 353/2007.
  • L-avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għażla, ir-reklutaġġ ta' għalliema preskolastiċi u għalliema tal-primarja u tas-sekondarja, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 83-A/2014.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtonomija, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-istabbilimenti pubbliċi għat-tagħlim preskolastiku u għat-tagħlim primarju u sekondarju, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 137/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-obbligu li jikkonċerna l-konsultazzjoni pubblika għal abbozzi ta' regolamenti għall-ġbir ta' suġġerimenti u kontribuzzjonijiet skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati ma' atti ta' delega u sottodelega ta' setgħat tal-korp li qed jiddelega jew jissottodelega lill-korp delegat jew sottodelegat, skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-ħruġ ta' liċenzji għal stallazzjonijiet elettriċi għall-produzzjoni, it-trasport, il-konverżjoni u d-distribuzzjoni jew l-użu tal-enerġija elettrika, skont ir-Regolament dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji għall-Istallazzjoni Elettrika, approvati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 26852 tat-30 ta' Lulju 1936.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Korporattiv (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Personali (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tas-servizzi u l-korpi tal-Amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali, Reġjonali u Lokali, skontIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 2/2004.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tal-bordijiet tad-diretturi ta' istituzzjonijiet pubbliċi ta' amministrazzjoni statali indiretta, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 3/2004 (il-Liġi Qafas dwar l-Istituti Pubbliċi).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-organizzazzjoni, l-istruttura u l-funzjonament tal-amministrazzjoni statali diretta, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 4/2004.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għadd ta' votanti rreġistrati fir-reġistru elettorali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 13/99 (regoli tal-liġi applikabbli għar-reġistri elettorali).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-settur tan-negozju tal-istat, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 133/2013.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mar-rikonoxximent u x-xoljiment ta' fondazzjonijiet Portugiżi u fondazzjonijiet barranin li jwettqu l-attività tagħhom fit-territorju nazzjonali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 24/2012 (il-Liġi qafas dwar il-Fondazzjonijiet).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-qafas legali li l-istituzzjonijiet tal-uffiċjali tal-gvern ikunu suġġetti għalihom, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 11/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-istruttura organizzattiva u l-qafas legali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 12/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtorizzazzjoni tal-werrieta għas-sussidji konċessi lill-membri tal-Fond tas-Sigurtà tal-Forzi Armati, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 42945 tas-26 ta' April 1960, kif emendat Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 44331 tal-10 ta' Mejju 1962 u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamid-Digriet Amministrattiv Nru 434-G/82 tad-29 ta' Ottubru 1982.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-Istatut tar-Riforma Pubblika, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 498/72.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-konċessjoni ta' drittijiet u dmirijiet ugwali liċ-ċittadini Brażiljani li jgħixu l-Portugall, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 154/2003.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kontroll metroloġiku tal-istrumenti tal-kejl u metodi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, fiskali jew tal-pagi, jew li jintużaw fl-oqsma tas-saħħa, tas-sikurezza, jew tal-iffrankar enerġetiku, kif ukoll ta' bankijiet tat-test, skontIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 291/90 tal-20 ta' Settembru 1990, u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 962/90 tad-9 ta' Ottubru 1990.

3. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali dwar kwistjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-qrati, u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali ġudizzjarji relatati mat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontra partijiet interessati) mill-qorti amministrattiva u fiskali (tribunal administrativo e fiscal) fi proċedimenti mibdija mill-attur u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi.
  • Avviżi ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, u ppubblikati fis-serje 2 tal-gazzetta uffiċjali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 19/2012 (qafas legali dwar il-kompetizzjoni).

4. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-obbligu li jiġu ppubblikati l-istqarrijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi Nru 43/2014 (il-pubblikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-forma tal-atti legali).

5. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Awdituri li l-liġi tordna li jiġu ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali) u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

7. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Avviżi tal-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Qorti Amministrattiva Ċentrali tat-Tramuntana u l-Qorti Amministrattiva Ċentrali tan-Nofsinhar, li jridu jiġu ppubblikati fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-prinċipju tal-forom paralleli u identiċi ta' pubblikazzjoni, previsti fl-Artikolu 81 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi: l-att tat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontropartijiet interessati) irid jiġi ppubblikat fl-istess serje tal-Gazzetta Uffiċjali li l-att ikkontestat kien ippubblikat fiha.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Skont l-Artikoli 1 u 3 Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatad-Digriet Amministrattiv Nru 83/2016 (li japprova s-servizz pubbliku ta' aċċess universali b’xejn għad-Diário da República).

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-utenti jistgħu jirriċerkaw liberament il-kontenut kollu ppubblikat fis-serje 1 u 2 tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiário da República. L-utenti għandhom żewġ kriterji ta’ tiftix li jistgħu jużaw:

  • Tiftixiet ġeneriċi (eż. Google), billi jittajpjaw it-test fil-kaxxa tat-tiftix;
  • Tiftixiet avvanzati, bl-użu tal-kaxxi tat-tiftix magħżula mill-utent.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-1 ta' Lulju 2006 'il quddiem, l-edizzjoni elettronika tad-Diário da República hija awtentika, u l-pubblikazzjoni ta' atti fiha huma validi għal finijiet legali, skont l-Artikolu 1(5) tal-Liġi Nru 74/98 tal-11 ta' Novembru 1998 (kif emendat u ppubblikat mill-ġdid Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamil-Liġi Nru 43/2014 tal-11 ta' Lulju 2014).

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva. L-utenti jistgħu jaċċessaw Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit tal-gazzetta uffiċjali u jabbonaw bla ħlas għall-bullettin ta' kuljum, billi jagħżlu kliem ewlieni jew pubblikazzjonijiet fil-kaxxi tat-tiftix biex jirċievu informazzjoni li tissodisfa l-kriterji tagħhom.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa minħabba li għadna ma pprovdejniex repożitorju bl-informazzjoni kollha f'format strutturat għall-użu mill-ġdid.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Rumanija

L-informazzjoni f'din il-paġna tikkonċerna l-avviżi uffiċjali maħruġa minn istituzzjonijiet pubbliċi (notifiki, atti proċedurali, eċċ.) li mhumiex leġiżlattivi fin-natura tagħhom jew li ma jistabbilux obbligi applikabbli b’mod ġenerali imma li jkunu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'pubblikazzjonijiet oħrajn, u li huma disponibbli onlajn f'forma elettronika, skont il-liġi applikabbli. Għalhekk, la l-atti leġiżlattivi u lanqas is-sentenzi tal-qorti ma jkunu kkunsidrati, ħlief dawk li jridu jiġu ppubblikati biex jiksbu ċertu effett legali (eż. sentenzi tal-qorti relatati ma' insolvenza).

Il-materjali mhux eżawrjenti, peress li tindirizza ċerti każijiet mill-perspettiva ta' pubblikazzjoni ta' avviżi uffiċjali, b'mod iktar speċifiku: atti ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, atti ppubblikati fil-portal u s-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (Oficiul Național al Registrului Comerțului) jew fil-Bullettin tal-Insolvenza, u atti ppubblikati fil-Portal tal-Qrati.

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-Kumpanija Awtonoma "Monitorul Oficial" tippubblika l-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija kemm f'format stampat u kemm f’format elettroniku. Għal dettalji dwar l-atti ppubblikati u dwar id-disponibbiltà onlajn tagħhom, jekk jogħġbok ara t-taqsimiet li ġejjin.

Il-prodott elettroniku (e-Monitor) jinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf'dan l-indirizz.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Qabel ma jibdew l-attività ekonomika tagħhom, il-professjonisti għandhom l-obbligu japplikaw għal reġistrazzjoni / elenkar fir-reġistru kummerċjali, u waqt l-operat tan-negozju tagħhom jew wara t-tmiem tan-negozju, iridu jitolbu ż-żieda ta’ noti mar-reġistru kummerċjali fir-rigward tal-atti u l-fatti rikjesti mil-liġi.

Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali tfisser pubblikazzjoni legali mill-ONRC: ir-reġistrazzjonijiet, id-data u l-atti rreġistrati jkollhom effett fuq terzi mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew fis-sit web / fil-portal tas-servizzi tal-ONRC skont il-liġi.

Ir-reġistrazzjoni u n-noti jkollhom effett fuq terzi mid-dħul tagħhom fir-reġistru kummerċjali jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, fil-Parti IV jew VII, jew f'pubblikazzjoni oħra, meta jkun previst mil-liġi.

b) L-ONRC jippubblika wkoll il-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku: it-taqsima li tipprovdi s-servizz pubbliku tan-notifika tad-dokumenti lill-partijiet, tal-komunikazzjoni tas-sentenzi u tal-konvokazzjoni u n-notifika ta' atti proċedurali maħruġa mill-qrati / amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti / persuni awtorizzati oħrajn skotn il-proċedimenti tal-insolvenza b'konformità mal-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, u t-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" (Debitori - persoane fizice cu obligații ce nu decurg din exploatarea unei întreprinderi) b'konformità mal-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi.

Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali nnotifikati / mibgħuta mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn skont il-liġi jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

Is-sentenza li tiżgura l-pjan ta' riorganizzazzjoni tad-debitur (il-professjonist), bħala att proċedurali, skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, tiġi ppubblikata fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur proċedurali, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti huma ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli mis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bpi.ro/.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Qrati huwa amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Kull qorti fir-Rumanija għandha sit web fuq dan il-portal. L-informazzjoni fuq dawn is-siti tiddaħħal u tiġi aġġornata direttament mill-persunal tal-qorti, ħlief informazzjoni dwar każijiet u laqgħat, li tittieħed awtomatikament mis-sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet użata fil-livell tal-qorti.

Biex taċċessa sit web ta' qorti partikolari Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-paġna ewlenija tal-Portal tal-Qrati, trid tagħżel ir-reġjun li l-qorti tappartjeni lilu (iż-żona ġuriżdizzjonali ta' qorti tal-appell) u mbagħad dik il-qorti mil-lista.

Liema avviżi huma ppubblikati?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

F'termini ta' avviżi uffiċjali, skont il-Liġi Nru 202 tad-9 ta' Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, kif ippubblikata mill-ġdid:

  • Dawn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Parti III, fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali: atti legali, dokumenti, notifiki, avviżi u oħrajn simili (eż. avviżi ta' reklutaġġ ta' persunal; kompetizzjonijiet għal postijiet tax-xogħol pubbliċi battala; sentenzi li jikkonċernaw il-kanċellazzjoni ta' kambjala / ċekk; ir-rapport tal-attività regolari tal-awtoritajiet pubbliċi; notifiki dwar il-kompetizzjoni tad-dħul għall-Istitut tal-Maġistratura Nazzjonali (Institutul Național al Magistraturii), l-eżami ta' kompetenza għall-maġistrati u l-lista ta' postijiet battala għall-maġistrati; in-notifika għal kompetizzjoni għal postijiet tax-xogħol battala għal assistenti maġistrati fil-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja eċċ.);
  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw l-operaturi ekonomiċi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi, kif ukoll atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti IV (pereżempju id-deċiżjoni għar-rikonoxximent fir-Rumanija ta' persuni ġuridiċi bla skop ta' qligħ barranin; sentenzi li japprovaw il-modifika ta' statut ta' partit politiku; id-deċiżjoni tat-tribunal li jiftaħ proċediment ta' falliment; notifiki ta' bejgħ fl-irkant ta’ oġġetti; tmiem il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu u d-deċiżjoni tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni; id-deċiżjonijiet tad-direttur ġenerali tal-Uffiċċju Rumen tad-Drittijiet tal-Awtur biex jiġu rtirati u sospiżi ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, eċċ.)
  • il-ftehim kollettiv konkluż fil-livell nazzjonali u tal-fergħa, il-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti V;
  • notifiki tal-għoti ta' kuntratt ta' akkwist pubbliku u notifiki tal-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u ta' konċessjoni tas-servizzi, kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista publlika u notifiki oħrajn stabbiliti skont dispożizzjonijiet legali (eż. notifiki skont il-Liġi Nru 350/2005 dwar is-sistema tal-għotjiet; konċessjonijiet - avviżi ta' kuntratt skont l-Ordni ta' Emerġenza Nru 54/2006 dwar is-sistema ta' kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista pubblika).

Nota: skont il-Liġi Nru 98/2016 dwar l-akkwist pubbliku, in-notifiki jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali permezz tas-sistema ta' akkwist pubbliku elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSEAP, li tintuża għall-fini tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' għoti b'mezzi elettroniċi.

  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw il-kooperattivi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi stabbiliti minn kooperattivi, u atti oħrajn relatati ma' kooperazzjoni, kif stabbilit skont id-dispożizzjonijiet legali (eż. il-konklużjoni għar-reġistrazzjoni tal-imħallef delegat tal-kooperattiva fir-reġistru kummerċjali, l-att tal-ħatra tal-likwidaturi, u kull att ieħor li jista’ jwassal għal bidliet għall-personalità tagħhom, eċċ.) jiġu ppubblikati fil-Parti VII.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali:

  • l-estratt tar-riżoluzzjoni / ir-riżoluzzjoni tar-reġistrazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, il-Parti IV jew VII);
  • atti li jemendaw l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u n-notifiki dwar il-preżentazzjoni tal-istrument aġġornat ta' inkorporazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • sentenzi, għall-każijiet previsti mil-liġi (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • deċiżjonijiet tal-qorti li jiddeċiedu dwar xoljiment (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija u fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • riżoluzzjonijiet ta' ħatra ta' likwidatur skont l-Artikolu 237(6) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • proġetti ta' amalgamazzjoni / qsim (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew, b'għażla tal-applikant, fuq is-sit web tiegħu stess, u f'dak il-każ ir-reġistru kummerċjali fejn tkun irreġistrata l-kumpanija jippubblika l-proġett ta' amalgamazzjoni jew qsim fuq is-sit web tiegħu stess bla ħlas);
  • ir-riżoluzzjonijiet li jiċħdu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u r-reġistrazzjonijiet li ma jirriżultawx fl-emenda tal-istrument ta’ inkorporazzjoni (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għax-xoljiment tagħhom skont l-Artikolu 237(2) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 237(9) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 260(7) tal-Liġi Nru 31/1990 tittella' fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn;
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 237(10) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 260(8) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu).

b) Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali maħruġa mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (l-amministratur tal-insolvenza / il-likwidatur maħtur mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza skont il-liġi:

  • taħrikiet, notifiki u sentenzi;
  • konvokazzjonijiet u notifiki;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti li ġejjin jiġu ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza:

  • deċiżjonijiet tal-bord tal-insolvenza;
  • notifiki;
  • sentenzi;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

III. Il-Portal tal-Qrati

Skont l-Artikolu 167 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (il-Liġi Nru 134/2010), meta l-attur jallega, fuq bażi motivata, li, għalkemm għamel kulma seta', ma setax isib id-domiċilju tal-konvenut jew post ieħor fejn dan seta' jiġi nnotifikat skont il-liġi, il-qorti tkun tista’ tapprova n-notifika tad-dokumenti fir-rigward ta' dak il-konvenut b'taħrika ppubblikata. Taħrikiet ippubblikati jikkonsistu fil-wiri taċ-ċitazzjoni fuq bieb il-qorti, fuq il-portal tal-qorti kompetenti u fl-aħħar domiċilju magħruf tal-persuna li qed tiġi nnotifikata. Meta jidhrilha li jkun hemm bżonn, il-qorti tordna u tippubblika ċ-ċitazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'gazzetta ċentrali b'ċirkolazzjoni kbira.

F'dan ir-rigward, fil-Portal tal-Qorti hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima ġenerali ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati. Barra minn hekk, is-sit ta' kull qorti jospita wkoll taqsima ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati (ara pereżempju, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit tat-Tribunal ta' Bucharest).

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għal kull tip ta' avviż, mill-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew mill-istituzzjonijiet emittenti.

Fir-rigward tal-każijiet partikolari ppreżentati fuq: Ir-Reġistru Kummċerċjali Nazzjonali, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

L-atti ppubblikati fil-Partijiet III-VII tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija huma aċċessibbli bla ħlas fuq l-internet u huma aċċessibbli f'forma li tinqara għal għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni tagħhom.

Il-prodotti f'forma elettronika disponibbli onlajn għal korrispettiv (Expert-Monitor u Autentic-monitor), inklużi t-tariffi applikati mill-Kumpanija Awtonoma “Monitorul Oficial”, huma deskritti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit dwarhom.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Iva, l-avviżi relatati mal-professjonisti rreġistrati mar-Reġistru Kummerċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-portal tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali.

b) L-aċċess għall-Bullettin tal-Insolvenza, il-pubblikazzjoni onlajn b'atti proċedurali ppubblikati ta' professjoni li deħlin fi proċedimenti ta' insolvenza skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, jingħata b'abbonament bi ħlas.

L-aċċess għat-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza jingħata bla ħlas lid-debitur, lill-kredituri, lill-amministratur tal-insolvenza / lil-likwidatur, lill-bord tal-insolvenza, u lill-qorti f'każijiet fejn ikollhom dak ir-rwol.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi onlajn ONRC juri sensiela ta' informazzjoni bla ħlas dwar il-persuni ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza.

III. Il-Portal tal-Qrati

L-aċċess għall-Portal tal-Qrati huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Fil-verżjoni bla ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor) ma jista' isir l-ebda tiftix awtomatiku ta' atti ppubblikati. Għalhekk, l-utenti għandhom biss il-possibbiltà li jagħżlu, permezz ta' kalendarju, id-data tal-pubblikazzjoni u n-numru tal-Gazzetta Uffiċjali (għal kull Parti).

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, it-tiftix jista’ jsir skont wieħed mill-kriterji ta’ tiftix li ġejjin jew taħlita massima tagħhom:

  • In-numru tar-reġistru kummerċjali
  • Il-kontea
  • Isem il-kumpanija
  • Id-data tal-pubblikazzjoni
  • Il-kodiċi fiskali
  • Is-sena tal-karta bilanċjali

b) Fir-rigward tad-debituri fil-proċedimenti ta' insolvenza, it-tiftix jista' jsir fit-Taqsima "Servizzi Onlajn tal-Bullettin tal-Insolvenza (BPI)" (Servicii online BPI), fis-sottotaqsimiet "Persuni ppubblikati fil-BPI" (Persoane publicate in BPI) u "Sommarju tan-Numru BPI" (Sumar număr BPI), bl-użu tal-kriterji tal-għażla li ġejjin:

  • il-persuna ppubblikata fil-BPI;
  • in-numru tal-bullettin;
  • in-numru tal-każ;
  • in-numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa;
  • in-numru tan-negozju rreġistrat;
  • il-perjodu ta’ pubblikazzjoni;
  • is-sena tal-pubblikazzjoni fil-BPI.

III. Il-Portal tal-Qrati

Iċ-ċitazzjonijiet tista' tfittixhom fil-Portal tal-Qrati skont l-isem (l-isem u l-kunjom jew wieħed minn dawn l-elementi) tal-parti mħarrka.

Jekk tintuża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taqsima ġenerali tal-Portal tal-Qrati, ir-riżultati ta' tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati mill-qrati kollha, u jekk tintuża taqsima ddedikata lil qorti partikolari (eż. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-Tribunal ta' Bucharest), ir-riżultati tat-tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati minn dik il-qorti biss.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor – 2008

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, 2012.

b) Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali ppubblika l-ewwel ħarġa tal-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku fl-1 ta' Awwissu 2006, u din tista' tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-faċilità li tirrigwarda taħrikiet ippubblikati ilha disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Qrati minn Marzu 2013.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Mhux applikabbli

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u / jew l-informazzjoni?

Il-Portal tal-Qrati jippermettu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaċċess skedat għal settijiet ta' data li jirrigwardaw atti tal-kawżi u laqgħat, mhux għal taħrikiet ippubblikati. L-informazzjoni dwar dawn tal-aħħar tinsab f'format HTML biss.

L-aħħar aġġornament: 21/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Finlandja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKuulutusrekisteri (reġistru tal-avviżi)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirallinen lehti (Il-Gazzetta Uffiċjali)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar l-avviżi bbażati fuq id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-awtoritajiet dwar:

  1. taħrikiet pubbliċi:
  2. provi ta' dejn f'falliment;
  3. il-bidu ta' proċedimenti ta' riorganizzazzjoni;
  4. fużjoni, separazzjoni ta' fużjoni jew qsim ta' fondi ta' kumpanija b'ishma konġunti, jew miżura jew deċiżjoni msemmija fil-leġiżlazzjoni dwar il-komunitajiet u l-fondazzjonijiet, li jridu jitħabbru fil-Gazzetta Uffiċjali; jew
  5. avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn li jkunu meħtieġa biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali b'att, digriet jew deċiżjoni oħra maħruġa minn qorti inferjuri.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar taħrikiet pubbliċi maħruġa mill-qrati distrettwali, kif ukoll provi ta' dejn f'falliment jew riorganizzazzjoni. Avviżi magħmula minn awtoritajiet oħrajn li jiżdiedu mar-reġistru jinkludu taħrikiet pubbliċi maħruġa minn awtoritajiet tar-reġistru kummerċjali, avviżi ta' fużjonijiet u ħall ta' fużjonijiet ta' kumpaniji u avviżi relatati mal-bejgħ ta' beni maqbuda ppubblikati mill-awtoritajiet tal-qbid: diskussjoni dwar il-qsim tal-beni, l-iffurmar tal-ftehimiet tal-kredituri u korrispondenza mal-kredituri.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika notifikazzjonijiet, avviżi u dokumenti oħrajn maħruġa minn diversi organizzazzjonijiet.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Reġistru tal-avviżi: iva

Il-Gazzetta Uffiċjali: Il-kopji PDF ilhom b'xejn mill-2011. Bażi ta' data miżmuma minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCredita hija suġġetta għal ħlas:

Utent wieħed, prezz għal kull liċenzja: EUR 185 pa, 2–5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 135 pa, iktar minn 5 utenti, prezz għal kull liċenzja: EUR 115 pa

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' tfittex l-entrati fir-reġistru tal-avviżi permezz tal-parametri li ġejjin:

It-tip ta' avviż

Is-suġġett tal-avviż

L-ID tan-negozju / id-data tat-twelid / is-sena tat-twelid

Id-data ta' maturità

Id-domiċilju

In-numru tal-każ maħruġ mill-qorti distrettwali

Fil-bażi ta’ data bil-ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali hemm ukoll il-possibbiltà ta' tiftix skont kelma ewlenija mingħajr restrizzjoni.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Ir-reġistru tal-avviżi: mill-1 ta' April 2004

Il-Gazzetta Uffiċjali: mill-2011

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Ir-reġistru tal-avviżi: le

Il-Gazzetta Uffiċjali: It-tiftix jista' jiġi ssejvjat u n-notifikazzjonijiet jaslu fil-posta elettronika meta tintuża l-bażi ta' data bi ħlas.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.