Sib informazzjoni għal kull reġjun
Dawn jiġu ppubblikati fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Portugiża, id-Diário da República Eletrónico.
Id-Diário da República huwa magħmul minn żewġ sensiliet. Is-Sensiela 1 fiha pubblikazzjonijiet ta’:
Minbarra atti oħrajn li jridu jiġu ppubblikati fis-Sensiela 2, dawn li ġejjin jiġu ppubblikati fis-Sensiela 2:
Atti ppubblikati fis-Sensiela 2 tad-Diário da República jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin: ftehim, tħabbira, deċiżjoni fl-arbitraġġ, karta tal-bilanċ, ftehim kollettiv ta’ impjieg, rakkomandazzjoni, kuntratt, dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni, deċiżjoni tal-qorti, dikjarazzjoni, deliberazzjoni, direttiva, editt, regolament ta’ estensjoni, istruzzjoni, sentenza, ordni leġiżlattiva, lista, mappa, ftehim ta’ sħubija, ordni ta’ implimentazzjoni ministerjali, avviż, avviż tal-Bank tal-Portugall, mappa uffiċjali, stqarrija uffiċjali, opinjoni, ordni, permess, protokoll, rakkomandazzjoni, regolament, regolament tal-Kummissjoni dwar is-Suq tat-Titoli, standard regolatorju tal-Awtorità Superviżorja tal-Fondi tat-Titoli u l-Pensjonijiet, rapport, riżoluzzjoni, deċiżjoni u bilanċ ta’ tqabbil. Huma inklużi wkoll avviżi ta’ sejħiet għal offerti urġenti, avviżi ta’ proċedura, avviżi ta’ estensjoni ta’ skadenza u dikjarazzjonijiet ta’ korrezzjoni ta’ notifika.
Il-korpi legalment responsabbli għall-atti ta’ pubblikazzjoni fid-Diário da República jew li huma involuti fihom jinkludu: il-Presidenza tar-Repubblika, l-Assemblea tar-Repubblika, il-Gvern, l-assemblej leġiżlattivi u l-gvernijiet reġjonali tar-Reġjuni Awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira, l-amministrazzjoni pubblika diretta u indiretta, il-qrati, il-prosekutur pubbliku, il-korpi amministrattivi indipendenti, u l-amministrazzjoni u l-korpi awtonomi tal-awtoritajiet lokali.
Iva. Skont id-Digriet Amministrattiv Nru 83/2016 tas-16 ta’ Diċembru, id-Diário da República huwa servizz pubbliku miftuħ għal kulħadd u mingħajr ħlas. Huwa jiġi ppubblikat biss f’forma elettronika.
Aċċess universali u liberu jinkludi l-possibbiltà ta’ stampar, iffajljar, tiftix u aċċess liberu għall-kontenut tal-atti ppubblikati fis-Sensiliet 1 u 2 tad-Diário da República, f’formati elettroniċi b’aċċess miftuħ.
L-edizzjoni elettronika tad-Diário da República ilha awtentika u l-patti ppubblikati fiha ilhom validi għall-finijiet legali kollha mill-1 ta’ Lulju 2006, skont l-Artikolu 1(5) tal-Liġi Nru 74/98 tal-11 ta’ Novembru 1998, kif inhi attwalment fis-seħħ.
Barra minn hekk, Lulju 2019 rat it-tnedija tal-applikazzjoni tal-mowbajl tad-Diário da República b’funzjonijiet addizzjonali, bħall-ħolqien ta’ profil personalizzat għal kull utent u l-użu ta’ sistema ta’ notifikazzjoni b’aċċess għal-leġiżlazzjoni kkonsolidata.
Iva. Speċifikament rigward it-trażmissjoni tan-notifiki, l-utenti jistgħu jirċievu l-indiċi tas-Sensiliet 1 u 2 tad-Diário da República bil-posta elettronika, bir-reġistrazzjoni minn qabel jew b’abbonament RSS (Really Simple Syndication).
Iva.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.