Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Portugiża, id-(Diário da República Eletrónico).

X'avviżi jiġu ppubblikati?

Seba' tipi ta' avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fid-Diário da República:

1. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

2. AVVIŻI UFFIĊJALI TAL-GVERN IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

3. AVVIŻI ĠUDIZZJARJI UFFIĊJALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

4. AVVIŻI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

5. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

  • Il-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab hawnhekk)
  • Il-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. SENTENZI TAL-QORTI KOSTITUZZJONALI, TAL-QORTI SUPREMA TAL-ĠUSTIZZJA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA U TAL-QORTI TAL-AWDITURI PPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI

7. AVVIŻI TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA SUPREMA, TAL-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAT-TRAMUNTANA U L-QORTI AMMINISTRATTIVA ĊENTRALI TAN-NOFSINHAR (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Avviżi uffiċjali ġudizzjarji u tal-gvern jiġu ppubblikati mis-seba' tipi ta' organizzazzjonijiet pubbliċi elenkati hawn taħt:

1. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u relatati mal-istrumenti inklużi fil-Ftehimiet u l-Konvenzjonijiet Internazzjonali, skont l-Artikolu 119(1)(b), is-segment finali, tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Portugiża, l-Artikolu 3(2)(b), is-segment finali, u l-Artikolu 8(1)(s) tal-Liġi Nru 43/2014.

2. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI):

  • Avviżi uffiċjali tal-gvern ippubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali u relatati mal-proċeduri amministrattivi, skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u l-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 145-A/2011.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-bidla fil-pożizzjoni tar-rimunerazzjoni għall-pożizzjoni tas-salarji immedjatament wara l-kategorija oriġinali rispettiva permezz tal-eżerċizzju kontinwu tal-funzjonijiet maniġerjali fl-amministrazzjoni pubblika, skont il-Liġi Nru 2/2004 (l-Istatut għall-persunal maniġerjali tas-servizzi u tal-korpi tal-amministrazzjoni ċentrali, reġjonali u lokali tal-istat).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern li jikkonċernaw il-ftuħ ta' proċedimenti dixxiplinari fil-konfront ta' impjegat tas-settur pubbliku, li ħadd ma jaf fejn hu, biex jippreżenta d-difiża tiegħu u biex tiġi sussegwentement applikata l-piena dixxiplinarja skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi tal-gvern uffiċjali relatati mar-riorganizzazzjoni ta' korpi jew servizzi permezz tax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturazzjoni, skont Il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku) u d-Digriet Amministrattiv Nru 200/2006 (sistema ġenerali għax-xoljiment, il-fużjoni u r-ristrutturar tas-servizzi u r-razzjonalizzazzjoni tal-persunal).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-pubblikazzjoni tal-istatuti tal-kumitati tax-xogħlijiet tal-impjegati tal-amministrazzjoni pubblika, skont il-Liġi Nru 35/2014 (il-Liġi Ġenerali dwar l-Impjiegi fis-Settur Pubbliku).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għas-salvagwardjar ta' wirt kulturali intanġibbli, inklużi miżuri ta' salvagwardja u proċeduri ta' protezzjoni legali skont id-Digriet Amministrattiv Nru 149/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatata mal-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali (skont il-Liġi Nru 107/2001) u s-sistema għall-klassifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' proprjetà mobbli ta' valur kulturali kif ukoll u r-regoli applikabbli għall-esportazzjoni, it-trasport, l-importazzjoni u l-ammissjoni ta' proprjetà kulturali mobbli (skont id-Digriet Amministrattiv Nru 148/2015).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-proċedura għall-klassifikazzjoni ta' proprjetà immobbli ta' valur u s-sistema ta' żoni protetti u pjan ta’ salvagwardja dettaljat, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 309/2009).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-sistema għall-użu tar-riżorsi tal-ilma, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 226-A/2007.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mas-sjieda tar-riżorsi tal-ilma u l-proċedura għad-demarkazzjoni tar-riżorsi tal-ilma pubbliku, skont il-Liġi Nru 54/2005 (kif emendat mil-Liġi Nru 78/2013 u mil-Liġi Nru 34/2014 u d-Digriet Amministrattiv Nru 353/2007.
  • L-avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għażla, ir-reklutaġġ ta' għalliema preskolastiċi u għalliema tal-primarja u tas-sekondarja, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 83-A/2014.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtonomija, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-istabbilimenti pubbliċi għat-tagħlim preskolastiku u għat-tagħlim primarju u sekondarju, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 137/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-obbligu li jikkonċerna l-konsultazzjoni pubblika għal abbozzi ta' regolamenti għall-ġbir ta' suġġerimenti u kontribuzzjonijiet skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati ma' atti ta' delega u sottodelega ta' setgħat tal-korp li qed jiddelega jew jissottodelega lill-korp delegat jew sottodelegat, skont il-Kodiċi ta' Proċedura Amministrattiva, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 4/2015.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-ħruġ ta' liċenzji għal stallazzjonijiet elettriċi għall-produzzjoni, it-trasport, il-konverżjoni u d-distribuzzjoni jew l-użu tal-enerġija elettrika, skont ir-Regolament dwar il-Ħruġ ta' Liċenzji għall-Istallazzjoni Elettrika, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 26852 tat-30 ta' Lulju 1936.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Korporattiv (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas) u l-Kodiċi tat-Taxxa fuq id-Dħul Personali (Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Singulares).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tas-servizzi u l-korpi tal-Amministrazzjoni tal-Gvern Ċentrali, Reġjonali u Lokali, skontil-Liġi Nru 2/2004.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-maniġment superjuri tal-bordijiet tad-diretturi ta' istituzzjonijiet pubbliċi ta' amministrazzjoni statali indiretta, skont il-Liġi Nru 3/2004 (il-Liġi Qafas dwar l-Istituti Pubbliċi).
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-organizzazzjoni, l-istruttura u l-funzjonament tal-amministrazzjoni statali diretta, skont il-Liġi Nru 4/2004.
  • Avviżi uffiċjali tal-gvern relatati mal-għadd ta' votanti rreġistrati fir-reġistru elettorali, skont il-Liġi Nru 13/99 (regoli tal-liġi applikabbli għar-reġistri elettorali).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mas-settur tan-negozju tal-istat, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 133/2013.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mar-rikonoxximent u x-xoljiment ta' fondazzjonijiet Portugiżi u fondazzjonijiet barranin li jwettqu l-attività tagħhom fit-territorju nazzjonali, skont il-Liġi Nru 24/2012 (il-Liġi qafas dwar il-Fondazzjonijiet).
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-organizzazzjoni u l-qafas legali li l-istituzzjonijiet tal-uffiċjali tal-gvern ikunu suġġetti għalihom, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 11/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kompożizzjoni, l-istruttura organizzattiva u l-qafas legali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 12/2012.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-awtorizzazzjoni tal-werrieta għas-sussidji konċessi lill-membri tal-Fond tas-Sigurtà tal-Forzi Armati, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 42945 tas-26 ta' April 1960, kif emendat mid-Digriet Amministrattiv Nru 44331 tal-10 ta' Mejju 1962 u mid-Digriet Amministrattiv Nru 434-G/82 tad-29 ta' Ottubru 1982.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-Istatut tar-Riforma Pubblika, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 498/72.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-konċessjoni ta' drittijiet u dmirijiet ugwali liċ-ċittadini Brażiljani li jgħixu l-Portugall, skont id-Digriet Amministrattiv Nru 154/2003.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali tal-gvern relatati mal-kontroll metroloġiku tal-istrumenti tal-kejl u metodi involuti f'operazzjonijiet kummerċjali, fiskali jew tal-pagi, jew li jintużaw fl-oqsma tas-saħħa, tas-sikurezza, jew tal-iffrankar enerġetiku, kif ukoll ta' bankijiet tat-test, skontid-Digriet Amministrattiv Nru 291/90 tal-20 ta' Settembru 1990, u l-Ordni ta' Implimentazzjoni Ministerjali Nru 962/90 tad-9 ta' Ottubru 1990.

3. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali dwar kwistjonijiet amministrattivi relatati mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-qrati, u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali.
  • Komunikazzjonijiet uffiċjali ġudizzjarji relatati mat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontra partijiet interessati) mill-qorti amministrattiva u fiskali (tribunal administrativo e fiscal) fi proċedimenti mibdija mill-attur u ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi.
  • Avviżi ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, u ppubblikati fis-serje 2 tal-gazzetta uffiċjali, skont il-Liġi Nru 19/2012 (qafas legali dwar il-kompetizzjoni).

4. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Komunikazzjonijiet ġudizzjarji uffiċjali relatati mal-obbligu li jiġu ppubblikati l-istqarrijiet tal-Qorti Kostituzzjonali fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali; il-verżjoni kkonsolidata bl-Ingliż tinsab hawnhekk) u l-Liġi Nru 43/2014 (il-pubblikazzjoni, l-identifikazzjoni u l-forma tal-atti legali).

5. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 2 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Id-Deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti tal-Awdituri li l-liġi tordna li jiġu ppubblikati fis-serje 2 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-Liġi Nru 28/82 (l-Organizzazzjoni, il-Funzjonament u l-Proċeduri tal-Qorti Kostituzzjonali) u l-Liġi Nru 98/97 (l-Organizzazzjoni u l-Proċeduri tal-Qorti tal-Awdituri).

6. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

7. (IPPUBBLIKATI FIS-SERJE 1 TAL-GAZZETTA UFFIĊJALI)

  • Avviżi tal-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Qorti Amministrattiva Ċentrali tat-Tramuntana u l-Qorti Amministrattiva Ċentrali tan-Nofsinhar, li jridu jiġu ppubblikati fis-serje 1 tal-Gazzetta Uffiċjali, skont il-prinċipju tal-forom paralleli u identiċi ta' pubblikazzjoni, previsti fl-Artikolu 81 tal-Kodiċi ta' Proċedura tal-Qrati Amministrattivi: l-att tat-taħrik tal-partijiet interessati (jew kontropartijiet interessati) irid jiġi ppubblikat fl-istess serje tal-Gazzetta Uffiċjali li l-att ikkontestat kien ippubblikat fiha.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Skont l-Artikoli 1 u 3 tad-Digriet Amministrattiv Nru 83/2016 (li japprova s-servizz pubbliku ta' aċċess universali b’xejn għad-Diário da República).

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-utenti jistgħu jirriċerkaw liberament il-kontenut kollu ppubblikat fis-serje 1 u 2 tad-Diário da República. L-utenti għandhom żewġ kriterji ta’ tiftix li jistgħu jużaw:

  • Tiftixiet ġeneriċi (eż. Google), billi jittajpjaw it-test fil-kaxxa tat-tiftix;
  • Tiftixiet avvanzati, bl-użu tal-kaxxi tat-tiftix magħżula mill-utent.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-1 ta' Lulju 2006 'il quddiem, l-edizzjoni elettronika tad-Diário da República hija awtentika, u l-pubblikazzjoni ta' atti fiha huma validi għal finijiet legali, skont l-Artikolu 1(5) tal-Liġi Nru 74/98 tal-11 ta' Novembru 1998 (kif emendat u ppubblikat mill-ġdid mil-Liġi Nru 43/2014 tal-11 ta' Lulju 2014).

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva. L-utenti jistgħu jaċċessaw is-sit tal-gazzetta uffiċjali u jabbonaw bla ħlas għall-bullettin ta' kuljum, billi jagħżlu kliem ewlieni jew pubblikazzjonijiet fil-kaxxi tat-tiftix biex jirċievu informazzjoni li tissodisfa l-kriterji tagħhom.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa minħabba li għadna ma pprovdejniex repożitorju bl-informazzjoni kollha f'format strutturat għall-użu mill-ġdid.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.