Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit https://officielebekendmakingen.nl. Tista' tfittex għal avviżi antiki fl-indirizz https://zoek.officielebekendmakingen.nl.

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi kollha li jidhru fis-seba’ ġurnali uffiċjali tan-Netherlands jiġu ppubblikati fis-siti ta' hawn fuq. Leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda tiġi ppubblikata fl-iStaatsblad (il-Bulletin tal-Atti u d-Digrieti). L-iStaatscourant (il-Gazzetta tal-Gvern) tintuża biex tippubblika r-regolamenti, kif ukoll avviżi minn organizzazzjonijiet governattivi jekk l-inklużjoni tagħhom f’din il-pubblikazzjoni tkun rikjesta mil-liġi. Trattati u ftehimiet internazzjonali oħrajn li n-Netherlands hija parti fihom jiġu ppubblikati fit-Tractatenblad (Ġabra tat-trattati u l-konvenzjonijiet), filwaqt li l-Provinciaal blad (il-Gazzetta Provinċjali), il-Gemeenteblad (il-Gazzetta Muniċipali) u l-Waterschapsblad (il-Gazzetta tal-Awtorità tal-Ilma) jintużaw għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti u avviżi tal-awtoritajiet provinċjali, muniċipali u tal-ilma rispettivament. Finalment, il-Blad gemeenschappelijke regelingen (il-Gazzetta tal-Arranġamenti tal-Awtorità Lokali Konġunta) tintuża biex jiġu ppubblikati r-regolamenti u l-avviżi tas-sħubijiet bejn awtoritajiet pubbliċi differenti.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-organizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa mil-liġi li jippubblikaw l-avviżi tagħhom.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' ssib l-avviżi tal-ġurnata fl-indirizz https://officielebekendmakingen.nl. Hawnhekk tista' tiffiltra t-tiftixa tiegħek skont l-isem tal-pubblikazzjoni biss.

F'https://zoek.officielebekendmakingen.nl tista' tfittex għal kliem fit-titlu jew fit-test u tiffiltra t-tiftix tiegħek skont id-data tal-pubblikazzjoni, isem il-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni u s-suġġett (li hemm lista fissa ta’ opzjonijiet għalih).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

1995.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Kulħadd jista’ jirreġistra għal servizz ta’ notifikazzjoni bla ħlas. Jeżistu żewġ tipi ta' servizzi.

Is-servizz ta' notifikazzjoni standard li jippermetti lill-utenti jissejvjaw talba għal tiftixa. Imbagħad jintbagħtu ittra elettronika b'ħolqa għal kull dokument ġdid li jissodisfa l-kriterji tat-tiftixa.

Hemm ukoll servizz imsejjaħ "Berichten over uw buurt" ("Avviżi dwar il-viċinat tiegħek"), li jippermetti liċ-ċittadini jirċievu ittra elettronika kuljum b'ħarsa ġenerali lejn l-avviżi kollha ppubblikati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li jkunu rilevanti għall-viċinat tagħhom. Huma jistgħu jiddefinixxu l-"viċinat tagħhom" billi jdaħħlu l-kodiċi postali tagħhom u radjus (f'mijiet ta’ metri).

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa permezz tal-interfaċċa SRU (SRU = Search/Retrieve via URL).

Il-manwal (u l-indirizz) għal dan is-servizz web jinsab f'https://www.koopoverheid.nl/documenten/instructies/2018/03/24/handleiding-open-data-webservice-van-overheid.nl---sru (bl-Olandiż biss).

L-aħħar aġġornament: 06/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna