Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit officielebekendmakingen.nl. L-avviżi antiki tista’ ssibhom hawnhekk.
L-avviżi kollha li jidhru fis-seba’ ġurnali uffiċjali tan-Netherlands jiġu ppubblikati fis-siti ta' hawn fuq. Leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda tiġi ppubblikata fl-iStaatsblad (il-Bulletin tal-Atti u d-Digrieti). L-iStaatscourant (il-Gazzetta tal-Gvern) tintuża biex tippubblika r-regolamenti, kif ukoll avviżi minn organizzazzjonijiet governattivi jekk l-inklużjoni tagħhom f’din il-pubblikazzjoni tkun rikjesta mil-liġi. Trattati u ftehimiet internazzjonali oħrajn li n-Netherlands hija parti fihom jiġu ppubblikati fit-Tractatenblad (Sensiela ta’ Trattati), filwaqt li l-Provinciaal blad (il-Gazzetta Provinċjali), il-Gemeenteblad (il-Gazzetta Muniċipali) u l-Waterschapsblad (il-Gazzetta tal-Awtorità tal-Ilma) jintużaw għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti u avviżi tal-awtoritajiet provinċjali, muniċipali u tal-ilma rispettivament. Il-Blad gemeenschappelijke regelingen (il-Gazzetta tal-Arranġamenti tal-Awtorità Lokali Konġunta) tintuża biex jiġu ppubblikati r-regolamenti u l-avviżi tas-sħubijiet bejn awtoritajiet pubbliċi differenti.
L-organizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa mil-liġi li jippubblikaw l-avviżi tagħhom.
Iva, l-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas.
Tista' ssib l-avviżi tal-ġurnata fl-indirizz officielebekendmakingen.nl. Hawnhekk tista' tiffiltra t-tiftixa tiegħek skont l-isem tal-pubblikazzjoni biss.
F'zoek.officielebekendmakingen.nl tista' tfittex għal kliem fit-titlu jew fit-test u tiffiltra t-tiftix tiegħek skont id-data tal-pubblikazzjoni, isem il-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni u s-suġġett (li hemm lista fissa ta’ opzjonijiet għalih).
1995.
Kulħadd jista’ jirreġistra għal servizz ta’ notifikazzjoni bla ħlas. Jeżistu żewġ tipi ta' servizzi:
L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa permezz tal-interfaċċa SRU (SRU = Search/Retrieve via URL).
Il-gwida (u l-indirizz) għal dan is-servizz web jinsab f'koopoverheid.nl (bl-Olandiż biss).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.