Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Fil-Latvja, l-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Latvijas Vēstnesis, il-gazzetta uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Il-kategoriji ta' avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali:

  • Rapport tal-attività
  • Irkantijiet
  • Sentenzi tal-qorti
  • Teżijiet tad-dottorat
  • Informazzjoni dwar wirt
  • Informazzjoni dwar privatizzazzjoni
  • Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-intrapriżi
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-partiti politiċi
  • Informazzjoni dwar kompetizzjonijiet għal karigi
  • Sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
  • Avviżi dwar ippjanar territorjali
  • Avviżi lill-kredituri
  • Avviżi għas-saldu tal-obbligazzjonijiet
  • Avviżi lill-azzjonisti u l-membri
  • Revoka ta' setgħat
  • It-Teżor tal-Istat
  • Taħrikiet
  • Ordnijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u provvista
  • Irtirar ta' dokumenti u ta’ timbri uffiċjali
  • Avviżi mixxellanji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-gazzetta uffiċjali tippubblika avviżi uffiċjali ppreżentati minn awtoritajiet u istituzzjonijiet jew minn individwi (entrati fir-reġistri pubbliċi, notifiki, avviżi jew informazzjoni minn entitajiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom u minn individwi) meta l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawn l-avviżi tkun stipulata fil-liġi.
Lista ta' liġijiet u regolamenti li jipprevedu pubblikazzjoni uffiċjali.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftixa tista' ssir billi ddaħħal test liberu.
Ir-riżultati jistgħu jkunu ffiltrati skont is-sena tal-pubblikazzjoni u l-kategorija tal-avviż.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Fis-sit tal-gazzetta uffiċjali https://www.vestnesis.lv il-verżjonijiet elettroniċi tal-ħarġiet kollha tal-gazzetta uffiċjali huma disponibbli mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri mill-25 ta' Frar 1993.
Għal dokumenti li dehru sal-1 ta' Lulju 2012, il-pubblikazzjoni uffiċjali hija dik tal-verżjoni stampata tal-gazzetta.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Le, imma l-avviżi uffiċjali huma disponibbli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Iktar dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna