Sib informazzjoni għal kull reġjun
Peress li l-Ġermanja hija stat federali, huma l-Länder li jippubblikaw l-avviżi uffiċjali tagħhom. Huma ħolqu l-paġni web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fil-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni li ġejja hija relatata biss mal-pubblikazzjonijiet tal-Gvern Federali:
Pubblikazzjoni | Ambitu tal-pubblikazzjoni |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) | Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss |
Il-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger) | Taqsima uffiċjali; Taqsima ġudizzjarja |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata |
Il-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) | Kemm f'format elettroniku u kemm fuq karta stampata |
Pubblikazzjoni | Tipi ta' avviżi |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, notifiki u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht) |
Il-Gazzetta Federali | Ordinanzi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof) |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzhof) |
Il-Gazzetta tat-Trasport | Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u dokumenti ta' reġistrazzjoni |
Pubblikazzjoni | Korp tal-pubblikazzjoni |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | L-awtoritajiet Federali |
Il-Gazzetta Federali | L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem |
Il-Gazzetta tat-Trasport | Il-ministeri federali, l-awtoritajiet regolatorji fil-Länder |
Pubblikazzjoni | Aċċess bla ħlas |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Iva (qari biss) |
Il-Gazzetta Federali | Iva |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma) |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Għall-werrej biss |
Il-Gazzetta tat-Trasport | It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut) |
Pubblikazzjoni | Tipi ta' tiftixiet |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Bla ħlas: mhux disponibbli Bi ħlas: |
Il-Gazzetta Federali | Terminu, parti, data tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja) |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ |
Il-Gazzetta tat-Trasport | Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tal-ordinanza |
Pubblikazzjoni | Id-data disponibbli |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; Il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999 |
Il-Gazzetta Federali | Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem |
Il-Gazzetta tat-Trasport | Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem |
Pubblikazzjoni | Tiftix awtomatiku | Data miftuħa |
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali | Le | Le |
Il-Gazzetta Federali | Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss | Le |
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali | Le | Le |
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta | Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss | Le |
Il-Gazzetta tat-Trasport | Le | Le |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.