Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Peress li l-Ġermanja hija stat federali, il-Länder jieħdu ħsieb il-pubblikazzjoni tal-avviżi uffiċjali tagħhom stess. Huma ħolqu s-siti web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu fil-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni ta’ hawn taħt tirrigwarda biss pubblikazzjonijiet mill-gvern federali.

Pubblikazzjoni Forma tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss.
Il-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger)

Taqsima uffiċjali; taqsima ġudizzjarja
(format elettroniku biss).

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Il-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi F’format elettroniku biss. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Pubblikazzjoni Tipi ta' avviżi
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, linji gwida u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali.
Il-Gazzetta Federali Regolamenti ġuridiċi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi.
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali.
Il-Gazzetta tat-Trasport Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u ċertifikati ta' reġistrazzjoni.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Manwali uffiċjali: ħarsa ġenerali, f’format diġitali, lejn il-manwali uffiċjali kollha maħruġin mill-Ministeru Federali tal-Finanzi. Il-verżjoni online tal-manwali uffiċjali tipprovdi aċċess rapidu għal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-gwida dwar il-perjodi ta’ valutazzjoni speċifikati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Pubblikazzjoni Korp tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Awtoritajiet tal-gvern federali
Il-Gazzetta Federali L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-ministeri federali kollha, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Länder
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Il-Ministeru Federali tal-Finanzi

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Pubblikazzjoni Aċċess bla ħlas
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Iva (aċċess għall-qari biss)
Il-Gazzetta Federali Iva
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-werrej biss
Il-Gazzetta tat-Trasport It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut)
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Pubblikazzjonijiet diġitali: iva. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Pubblikazzjoni Kriterji tat-Tiftix
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Bla ħlas: l-ebda.

Bi ħlas: tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, numru tas-sottotaqsima, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti.


Il-Gazzetta Federali Terminu, parti, perjodu tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja).
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ.
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tar-regolament.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Tiftix ta’ test sħiħ u werrej li tista’ tikklikkja fuqu.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Pubblikazzjoni L-ewwel data disponibbli
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999

Huwa possibbli li tfittex l-edizzjonijiet kollha ppubblikati mit-23 ta' Mejju 1949 'il quddiem.

Il-Gazzetta Federali

Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem.
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta' April 2012 'il quddiem.

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem.
Il-Gazzetta tat-Trasport Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi

Manwal tat-Taxxa fuq l-Introjtu: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2017.
Manwal tat-Taxxa fuq il-Pagi Mħallsa: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018.
Manwal tat-Taxxa Korporattiva: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018. Manwal tat-Taxxa fuq il-Kummerċ: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018.
Edizzjoni konċiża tal-Manwal tat-Taxxa fuq il-Fatturat: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2019.
Manwal tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2020.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Pubblikazzjoni Tiftix awtomatiku Data miftuħa
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Le Le
Il-Gazzetta Federali Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss Le
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Le Le
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss Le
Il-Gazzetta tat-Trasport Le Le
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Le
L-aħħar aġġornament: 15/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.