Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Finlandja

Il-kontenut ipprovdut minn
Finlandja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Kuulutusrekisteri (reġistru tal-avviżi)

Virallinen lehti (Il-Gazzetta Uffiċjali)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar l-avviżi bbażati fuq id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-awtoritajiet dwar:

  1. taħrikiet pubbliċi nnotifikati mill-qorti distrettwali;
  2. fużjonijiet ta’ fondazzjonijiet innotifikati mill-qorti distrettwali;
  3. fużjonijiet, separazzjonijiet ta' fużjoni jew qsim ta' fondi ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata, jew miżura jew deċiżjoni oħra msemmija fil-leġiżlazzjoni dwar il-komunitajiet u l-fondazzjonijiet, li jridu jitħabbru fil-Gazzetta Uffiċjali; jew
  4. avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn li jkunu meħtieġa biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali b'att, digriet jew deċiżjoni oħra maħruġa minn qorti inferjuri.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Ir-reġistru tal-avviżi jippubblika n-notifiki tal-qrati distrettwali, tal-aġenziji tal-eżekuzzjoni u tar-Reġistru tal-Kummerċ Finlandiż (PRH).

L-avviżi nnotifikati mill-qrati distrettwali lir-reġistru tal-avviżi:

  • Taħrikiet pubbliċi lill-kredituri
  • Fużjonijiet ta’ fondazzjonijiet

Avviżi nnotifikati mill-aġenziji tal-eżekuzzjoni lir-reġistru tal-avviżi:

  • Formazzjoni tal-kredituri; ftehimiet
  • Diskussjoni tal-qsim tal-beni
  • Korrispondenza mal-kredituri

Avviżi nnotifikati mir-Reġistru tal-Kummerċ Finlandiż (PRH) lir-reġistru tal-avviżi:

  • Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ SE
  • Separazzjonijiet ta’ fużjoni
  • Taħrikiet pubbliċi fi proċedimenti ta' likwidazzjoni
  • Taħrikiet pubbliċi lill-kredituri ta’ fondazzjonijiet li qed jiġu likwidati
  • Tnaqqis tal-kapital inizjali
  • Fużjoni bil-formazzjoni ta’ kumpanija ġdida
  • Avviżi lid-detenturi tad-drittijiet speċjali
  • Avviżi lill-kredituri ta’ fondazzjoni akkwirenti
  • Avviżi lill-kredituri ta’ entità akkwirenti
  • Avviżi lill-kredituri ta’ entità akkwirenti f’separazzjoni ta’ fużjoni
  • Trasferiment ta’ negozju kollu jew parti minnu
  • Rinunzja tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta' kreditu
  • Konverżjoni ta’ kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata f’kumpanija privata b'responsabbiltà limitata
  • Tnaqqis tal-kapital
  • Konverżjoni ta’ kooperattiva f’kumpanija privata b'responsabbiltà limitata
  • Tneħħija ta’ kooperattiva mir-reġistru tal-kummerċ
  • Rinunzja tal-awtorizzazzjoni ta’ bank kooperattiva
  • Ordni ta’ proċedimenti ta' likwidazzjoni jew tneħħija mir-reġistru
  • Tnaqqis tal-kapital ta’ investiment
  • Fużjoni
  • Emenda tar-regoli jew eżenzjoni minn dispożizzjoni
  • Tqassim ta’ ekwità libera
  • Tnaqqis tal-fond ta’ riżerva
  • Tqassim tal-profitti
  • Stedina biex jiġi ordna l-ħall ta’ assoċjazzjoni
  • Emenda tal-istatut ta’ assoċjazzjoni jew eżenzjoni minn dispożizzjoni
  • Tnaqqis tal-kont tal-premium azzjonarju
  • Stedina biex tiġi ordnata l-likwidazzjoni ta’ kumpanija jew it-tneħħija tagħha mir-reġistru
  • Bidla fil-forma ta’ kumpanija

Minbarra dawn, il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Reġistru tal-avviżi: iva

Il-Gazzetta Uffiċjali: Il-kopji PDF ilhom b'xejn mill-2011. Hemm ħlas xi jsir għas-servizz tal-Kredituri ta’ Virallinen.fi.

utent wieħed, prezz/liċenzja: EUR 200/sena, 2–5 utenti, prezz/liċenzja: EUR 145/sena, iktar minn 5 utenti, prezz/liċenzja: EUR 124/sena.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' tfittex l-entrati fir-reġistru tal-avviżi permezz tal-parametri li ġejjin:

  • It-tip ta' avviż
  • Is-suġġett tal-avviż
  • L-ID tan-negozju / id-data tat-twelid / is-sena tat-twelid
  • Id-data ta' maturità
  • Id-domiċilju
  • In-numru tal-każ maħruġ mill-qorti distrettwali

Minbarra l-kriterji tat-tiftix l-oħrajn, fil-bażi ta’ data bil-ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali hemm ukoll il-possibbiltà ta' tiftix skont kelma ewlenija mingħajr restrizzjoni.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Ir-reġistru tal-avviżi: l-1 ta' April 2004

Il-Gazzetta Uffiċjali: mill-2011

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki bil-posta elettronika meta jiġu ssodisfati l-kriterji?

Ir-reġistru tal-avviżi: le, dan mhux possibbli.

Il-Gazzetta Uffiċjali: it-tiftix jista' jiġi ssejvjat u n-notifiki jaslu fil-posta elettronika meta tintuża l-bażi ta' data bi ħlas.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.