Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-applikazzjoni InfoDeska hija l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

X’tip ta’ avviżi jiġu ppubblikati?

Avviżi importanti li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri tal-qorti.

L-avviżi ta’ liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftica bażi hija mill-organizzazzjoni li tkun ħarġet id-dokument (il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku).
Fl-avviżiera ta’ qorti partikolari, imbagħad, wieħed ikun jista’ jfittex skont is-suġġett, id-data tal-pubblikazzjoni, ir-referenza tal-kawża.

Minn liema data l-avviżi uffiċjali huma disponibbli f’format elettroniku?

L-applikazzjoni InfoDeska fiha dokumenti ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2009.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u n-notifiki jistgħu jintbagħtu meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, f’Moje InfoDeska huwa possibbli li tabbona għal twissijiet bil-posta elettronika għal dokumenti ġodda.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli b’xejn bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn nista’ nsib ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli b’xejn bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna