Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Informazzjoni dwar il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali onlajn mill-pajjiżi tal-UE

Avviż uffiċjali huwa l-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali ġudizzjarji u governattivi li mhumiex ta’ natura leġiżlattiva u li lanqas mhuma f’xi sens ieħor regoli vinkolanti, u li jiġu ppubblikati f’forma elettronika f’Gazzetti tal-Gvern u/jew f’Ġurnali Uffiċjali.

Ħafna pajjiżi tal-UE jpoġġu l-avviżi uffiċjali tagħhom għad-dispożizzjoni onlajn. Madankollu, l-oqsfa legali u l-prassi ta’ kif isir dan ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Din it-taqsima tiġbor l-informazzjoni dwar kif kull pajjiż tal-UE jippubblika l-avviżi uffiċjali tiegħu onlajn bħala għajnuna biex dawn il-pubblikazzjonijiet isiru aktar aċċessibbli

Il-kontenut tal-paġni nazzjonali jirrifletti s-sitwazzjoni f’pajjiż speċifiku tal-UE.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex issib l-informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.