Sib informazzjoni għal kull reġjun
Dawn jiġu ppubblikati f’format ta’ kopja stampata, li huwa l-format b'effett legali u fuq l-internet, aċċessibbli liberament fl-indirizz http://www.mof.gov.cy/gpo
L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati: pożizzjonijiet vakanti fis-settur pubbliku, sejħiet għall-offerti pubbliċi, esproprjazzjonijiet u rekwiżizzjonijiet, ħatriet, promozzjonijiet u konfermi u revoki ta' ħatriet, irtirar, ħatriet ta' viċijiet tal-uffiċjali, riżenji, ħatriet ta' ministri, avviżi ta' mwiet, wasliet, tluq u deputizzazzjonijiet għall-President tar-Repubblika, ħatriet tal-President tar-Repubblika, deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament, abbozzi tal-gvern u tal-membri privati, ftehimiet internazzjonali, organigrammi dipartimentali, u ħatriet skont il-liġi, eż. skont l-Att dwar il-Kumpaniji
Iva
Il-kontenut kollu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Ċipru (Epísimi Efimerída)
Mill-10 ta' Diċembru 2004
Le
L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Istampar tal-Gvern (Kyvernitikó Typografeío): http://www.mof.gov.cy/gpo
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.