Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja u fuq l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja. L-avviżi uffiċjali kollha huma disponibbli pubblikament f'forma elettronika, imma l-verżjoni stampata tad-dokument biss għandha validità legali, jiġifieri effett legali.

https://narodne-novine.nn.hr/ (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja)

https://e-oglasna.pravosudje.hr/ (il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi li jirrigwardaw akkwist pubbliku, irkanti elettroniċi, konċessjonijiet, kompetizzjonijiet, pożizzjonijiet vakanti, notifikazzjonijiet dwar kumpaniji, avviżi minn kmamar, deċiżjonijiet dwar il-bidu ta' proċedimenti ta' falliment u proċedimenti mqassra ta' falliment, deċiżjonijiet dwar inkapaċità ġuridika, likwidazzjonijiet, avviżi pubbliċi ġudizzjarji u notarili, entrati f'reġistru tal-qorti, eċċ. jiġu ppubblikat fl-avviżiera elettronika.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • Narodne novine d.d. (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja);
  • L-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tinkludi wkoll deċiżjonijiet differenti magħmula mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn fi proċedimenti ta' falliment (deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, sejħiet għal seduti); il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa kompetenti għaż-żamma tas-sistema tal-IT neċessarja għall-funzjonament tal-avviżiera elettronika;

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Huwa possibbli li tfittex fis-siti tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja billi tuża terminu, id-data tal-avviż, it-tip tal-avviż jew qasam speċifiku tal-avviż (eż. ir-rata tal-kambju);

Huwa possibbli li tfittex fl-avviżiera elettronika billi tuża marka tal-fajl, isem tal-kopja, is-suġġett tal-avviż jew PIN.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Minn Jannar 2014, l-avviżi bdew jiġu ppubblikati f'forma elettronika fuq is-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-applikazzjoni tas-softwer tal-avviżiera elettronika ġiet stabbilita, jiġifieri ġiet ikkummissjonata, fl-1 ta' Novembru 2014.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja stabbiliet sistema ta' notifikazzjoni għall-avviżi pubbliċi li tirreferi għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku (għodda għall-avviżi ta' akkwist pubbliku elettroniku) – in-notifikazzjonijiet għall-utenti finali jintbagħtu fl-indirizz elettroniku jew f’kaxxa postali elettronika personalizzata.

Ma ġiet stabbilita l-ebda sistema ta’ notifikazzjoni għall-avviżi li jkunu ppubblikati fl-avviżiera elettronika. L-eċċezzjonijiet huma d-Dipartiment tat-Taxxa (Porezna uprava) u l-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija; FINA), li l-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa servizz web għalihom li permezz tiegħu dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jniżżlu data mill-avviżiera elettronika (bosta drabi) kuljum.

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna