Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali

Awstrija

Il-kontenut ipprovdut minn
Awstrija

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

https://www.justiz.gv.at

https://www.ediktsdatei.justiz.gv.at

Liema avviżi huma ppubblikati?

It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit http://www.justiz.gv.at/:

  • Rapporti
  • Perizji
  • Opinjonijiet
  • Evalwazzjonijiet
  • Ċirkulari
  • Linji gwida
  • Testi għal konsultazzjoni
  • Statuti
  • Statistika
  • Manwali
  • Avviżi ta’ postijiet vakanti
  • Pubblikazzjoni tal-ħatriet

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit http://www.edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – "Fajl tal-editt"):

  • Każijiet ta' insolvenza (fallimenti, riorganizzazzjonijiet, saldi ta' djun)
  • Bejgħ u lokazzjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza
  • Irkantijiet ordnati mill-qorti
    • Proprjetà
    • Beni mobbli
  • Riċevitura ġudizzjarja
  • Irkanti volontarji
  • Editti u avviżi fi proċedimenti kriminali
    • Avviżi mill-qrati kriminali
    • Proċedura ta’ rkupru kriminali
    • Notifiki ta’ konsenja fi proċedimenti kriminali
    • Terminazzjoni tal-investigazzjonijiet
  • Avviżi pubbliċi
    • Amministraturi maħtura mill-qorti u notifiki permezz ta’ avviż pubbliku
    • Kanċellazzjoni ta' titoli
    • Ċertifikati tal-mewt/prova ta’ kawża tal-mewt
    • Editti fi proċedimenti tas-suċċessjoni
    • Editti skont l-Att dwar il-Kustodja u s-Sekwestru (Verwahrungs- und Einziehungsgesetz)
    • Rappreżentanza tar-residenti skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar id-Djar tal-Kura (Heimaufenthaltsgesetz)
    • L-ombudsmen tal-pazjenti skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Ospitalizzazzjoni (Unterbringungsgesetz)
    • Notifika b'avviż pubbliku lil persuni ġuridiċi
    • Notifika b'avviż pubbliku mill-Qrati Kummerċjali (Firmenbuchgerichte)
    • Avviżi mill-Qrati Kummerċjali
    • Editti mill-Qrati tar-Reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgerichte)
    • Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prattiki Restrittivi (Kartellgericht)
  • Pubblikazzjonijiet mill-kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Kostituzzjonali, ir-Riformi, id-Deregolamentazzjoni u l-Ġustizzja

Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Ġustizzja (http://www.justiz.gv.at/) toffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fis-sit.

Il-kategoriji kollha fis-sit Ediktsdatei (http://www.edikte.justiz.gv.at/) joffru l-għażla ta' tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Is-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja (http://www.justiz.gv.at/) u s-sit Ediktsdatei (http://www.edikte.justiz.gv.at/) ilhom onlajn mill-2000.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi fis-sit Ediktsdatei huma disponibbli liberament u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att dwar l-Użu mill-Ġdid ta' Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz – IWG). Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.

Il-pubblikazzjonijiet f'http://www.justiz.gv.at/ huma predominantement relatati ma' dokumenti eżistenti f'format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Kollha kemm huma huma ppubblikati bħala parti mid-WCMS (Web Content Management System) u huma disponibbli liberament f'paġni HTML. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu mill-paġni HTML.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna