https://www.ediktsdatei.justiz.gv.at/
It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit http://www.justiz.gv.at/:
L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit http://www.edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – "Fajl tal-editt”):
Mill-Ministeru Federali għall-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz).
Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara.
Iva.
Il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Ġustizzja (http://www.justiz.gv.at/) toffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fis-sit.
Il-kategoriji kollha fis-sit Ediktsdatei (http://www.edikte.justiz.gv.at/) joffru l-għażla ta' tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.
Is-sit tal-Ministeru tal-Ġustizzja (http://www.justiz.gv.at/) u s-sit Ediktsdatei (http://www.edikte.justiz.gv.at/) ilhom onlajn mill-2000.
Le.
L-avviżi fis-sit Ediktsdatei huma disponibbli liberament u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att dwar l-Użu mill-Ġdid ta' Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz – IWG). Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.
Il-pubblikazzjonijiet f’http://www.justiz.gv.at/ huma predominantement relatati ma' dokumenti eżistenti f'format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Kollha kemm huma huma ppubblikati bħala parti mid-WCMS (Web Content Management System) u huma disponibbli liberament f'paġni HTML. Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu bħala annessi mill-paġni HTML.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.