Publication of official announcements

Information on the publishing of official announcements online by EU countries

An official announcement is the publication of official judicial and governmental announcements which are not of a legislative nature or do not in any other sense contain binding rules, and which are published in electronic form in State Gazettes and/or Official Journals.

Many EU countries make their official announcements available online. However, the legal frameworks and practices affecting how this is done varies between countries. In order to assist in making these publications more accessible this section collects the information on how each EU country publishes their official announcements online

The content of the national pages reflects the situation within the specific EU country.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Iċ-Ċekja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-applikazzjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInfoDeska hija l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

X’tip ta’ avviżi jiġu ppubblikati?

Avviżi importanti li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri tal-qorti.

L-avviżi ta’ liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa mingħajr ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftica bażi hija mill-organizzazzjoni li tkun ħarġet id-dokument (il-Ministeru tal-Ġustizzja, il-qrati, l-Uffiċċji tal-Prosekutur Pubbliku).
Fl-avviżiera ta’ qorti partikolari, imbagħad, wieħed ikun jista’ jfittex skont is-suġġett, id-data tal-pubblikazzjoni, ir-referenza tal-kawża.

Minn liema data l-avviżi uffiċjali huma disponibbli f’format elettroniku?

L-applikazzjoni InfoDeska fiha dokumenti ppubblikati wara l-1 ta’ Jannar 2009.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u n-notifiki jistgħu jintbagħtu meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, f’Moje InfoDeska huwa possibbli li tabbona għal twissijiet bil-posta elettronika għal dokumenti ġodda.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli b’xejn bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn nista’ nsib ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli b’xejn bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Danimarka

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiddaħħlu fl-iStatstidende u jiġu ppubblikati f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk/.

Sal-14 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende kien ippubblikat ukoll fuq karta.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi obbligatorji speċifiċi b'effett legali għaċ-ċittadini, l-impriżi u l-awtoritajiet, kif ukoll ċerti avviżi mhux obbligatorji, jiġu ppubblikati fl-iStatstidende.
Fost affarijiet oħra, jiġu ppubblikati avviżi li jikkonċernaw patrimonji ta' persuni deċeduti (eż. reklamar għall-kredituri), patrimonji falluti (eż. ordnijiet ta' falliment), riorganizzazzjonijiet tal-kumpaniji, ċitazzjonijiet u taħrikiet simili tal-qorti, bejgħ b'ordni tal-qorti u elezzjonijiet u referenda.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Jiġu ppubblikati avviżi minn qrati, minn avukati, minn istituzzjonijiet pubbliċi u minn impriżi privati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess kemm għal tiftixiet ta' darba u kemm għal tiftixiet permanenti huwa bla ħlas (ara taħt).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-iStatstidende ilu jiġi ppubblikat elettronikament mill-2000. Mill-15 ta' Ottubru 2005 l-iStatstidende jiġi ppubblikat f'forma elettronika biss.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Jistgħu jiġu stabbiliti tiftixiet permanenti. Dan hu bla ħlas, imma jirrikjedi reġistrazzjoni bħala utent.
Huwa possibbli wkoll li tabbona għall-verżjoni pdf tal-iStatstidende tal-ġurnata. B'hekk, fil-ġranet meta jkun ippubblikat l-iStatstidende, tirċievi ittra elettronika bl-iStatstidende tal-ġurnata f'format pdf.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Id-data miftuħa hija disponibbli għal kulħadd permezz tat-tiftixa REST fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://statstidende.dk. Bħallissa għaddej xogħol ta' aġġornament tekniku tal-iStatstidende. Qed jiġi kkunsidrat jekk din l-alternattiva għandhiex tibqa' tiġi pprovduta f'din il-konnessjoni l-ġdida.

L-aħħar aġġornament: 20/06/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ġermanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Peress li l-Ġermanja hija stat federali, il-Länder jieħdu ħsieb il-pubblikazzjoni tal-avviżi uffiċjali tagħhom stess. Huma ħolqu s-siti web tagħhom għal dan l-għan. Il-ħoloq għal xi wħud minnhom jinsabu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Ġustizzja tal-Gvern Federali u l-Länder (Justizportal des Bundes und der Länder). L-informazzjoni ta’ hawn taħt tirrigwarda biss pubblikazzjonijiet mill-gvern federali.

Pubblikazzjoni Forma tal-pubblikazzjoni
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tad-Dritt Federali (Bundesgesetzblatt) Kopja elettronika tal-verżjoni stampata uffiċjali biss.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Federali (Bundesanzeiger)

Taqsima uffiċjali; taqsima ġudizzjarja
(format elettroniku biss).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Taxxa Federali (Bundessteuerblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Ministerjali Konġunta (Gemeinsames Ministerialblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta tat-Trasport (Verkehrsblatt) Kemm f'format elettroniku u kemm f’format stampat.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi F’format elettroniku biss. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Pubblikazzjoni Tipi ta' avviżi
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Liġijiet, trattati internazzjonali, ordinanzi, avviżi, mandati, linji gwida u ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali.
Il-Gazzetta Federali Regolamenti ġuridiċi, avviżi uffiċjali oħrajn, sejħiet għall-offerti, linji gwida u avviżi ġudizzjarji. L-avviżi ġudizzjarji jinkludu pubblikazzjonijiet tal-qorti li jikkonċernaw ir-reġistru tal-litiġju skont l-Att dwar il-Proċeduri bi Prova tal-Investituri Kapitali (Kapitalanleger-Musterverfahrensgesetz), notifiki pubbliċi, kawżi kriminali, taħrikiet ta' persuni u sejħiet għal dokumenti, deċiżjonijiet ta' esklużjoni, kanċellazzjonijiet ta' titoli u deċiżjonijiet oħrajn, taħrik ta' terzi, fallimenti, proċedimenti ta' insolvenza, u r-reġistru ta' xogħlijiet anonimi u psewdonimi.
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Dispożizzjonijiet legali relatati mat-taxxa u digrieti amministrattivi, deċiżjonijiet tal-Qorti Fiskali Federali.
Il-Gazzetta tat-Trasport Dispożizzjonijiet uffiċjali dwar it-trasport, sejħiet għal proprjetarji ta' vetturi neqsin u ċertifikati ta' reġistrazzjoni.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Manwali uffiċjali: ħarsa ġenerali, f’format diġitali, lejn il-manwali uffiċjali kollha maħruġin mill-Ministeru Federali tal-Finanzi. Il-verżjoni online tal-manwali uffiċjali tipprovdi aċċess rapidu għal-liġijiet, ir-regolamenti, ir-regoli u l-gwida dwar il-perjodi ta’ valutazzjoni speċifikati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Pubblikazzjoni Korp tal-pubblikazzjoni
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Awtoritajiet tal-gvern federali
Il-Gazzetta Federali L-awtoritajiet, il-qrati u l-prosekuturi pubbliċi Federali u tal-Länder
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Il-Ministeru Federali tal-Finanzi u l-ogħla awtoritajiet tat-taxxa fil-Länder
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-ministeri federali kollha elenkati fil-paġna ta' quddiem
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-ministeri federali kollha, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-vetturi fil-Länder
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Il-Ministeru Federali tal-Finanzi

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Pubblikazzjoni Aċċess bla ħlas
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Iva (aċċess għall-qari biss)
Il-Gazzetta Federali Iva
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Parzjalment (mhux l-iktar pubblikazzjonijiet reċenti u lanqas dawk iktar qodma)
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Il-werrej biss
Il-Gazzetta tat-Trasport It-titoli tal-avviżi uffiċjali biss (irid isir ħlas biex taċċessa l-kontenut)
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Pubblikazzjonijiet diġitali: iva. Verżjonijiet stampati tal-manwali uffiċjali jistgħu jinxtraw mill-bejjiegħa bl-imnut; il-Ministeru Federali tal-Finanzi ma joffrihomx f’dan il-format.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Pubblikazzjoni Kriterji tat-Tiftix
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Bla ħlas: l-ebda.

Bi ħlas: tiftix tat-test sħiħ, tiftix bi kwotazzjoni, titolu, numru tas-sottotaqsima, id-data tal-ħruġ, is-sena tal-promulgazzjoni u l-parti.

Il-Gazzetta Federali Terminu, parti, perjodu tal-pubblikazzjoni, tip ta' pubblikazzjoni, l-awtorità/il-qorti tal-pubblikazzjoni (taqsima amministrattiva u dik ġudizzjarja); referenza, titolu (taqsima uffiċjali); numru tal-fajl (taqsima ġudizzjarja).
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Tip ta' taxxa, tip ta’ dokument, sekwenza tar-regoli, id-data, in-numru tal-fajl, in-numru tad-dokument, il-Land, is-suġġett/il-prinċipju ewlieni, referenza.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Edizzjoni, numru tal-paġna, is-sena u tiftixa ta' test sħiħ.
Il-Gazzetta tat-Trasport Il-qasam, it-titolu, termini ta' tiftix, id-data, in-numru tar-regolament.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Tiftix ta’ test sħiħ u werrej li tista’ tikklikkja fuqu.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Pubblikazzjoni L-ewwel data disponibbli
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali

Il-verżjoni elettronika tal-Ewwel Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1998; il-verżjoni elettronika tat-Tieni Taqsima tal-Gazzetta tad-Dritt Federali ilha tkun disponibbli fl-istess waqt tal-verżjoni stampata mill-1999

Huwa possibbli li tfittex l-edizzjonijiet kollha ppubblikati mit-23 ta' Mejju 1949 'il quddiem.

Il-Gazzetta Federali

Pubblikazzjonijiet individwali mit-30 ta' Awwissu 2002 'il quddiem.
Il-pubblikazzjonijiet kollha mill-1 ta' April 2012 'il quddiem.

Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1992 'il quddiem.
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1950 'il quddiem.
Il-Gazzetta tat-Trasport Huwa possibbli li tfittex f'edizzjonijiet ippubblikati mill-1947 'il quddiem.
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi

Manwal tat-Taxxa fuq l-Introjtu: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2017.
Manwal tat-Taxxa fuq il-Pagi Mħallsa: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018.
Manwal tat-Taxxa Korporattiva: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018. Manwal tat-Taxxa fuq il-Kummerċ: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2018.
Edizzjoni konċiża tal-Manwal tat-Taxxa fuq il-Fatturat: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2019.
Manwal tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa: ilu disponibbli f’format elettroniku mill-2020.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Pubblikazzjoni Tiftix awtomatiku Data miftuħa
Il-Gazzetta tad-Dritt Federali Le Le
Il-Gazzetta Federali Bħala servizz ta’ informazzjoni bi ħlas biss Le
Il-Gazzetta tat-Taxxa Federali Le Le
Il-Gazzetta Ministerjali Konġunta Le, id-data tal-pubblikazzjoni għall-edizzjoni li jmiss biss Le
Il-Gazzetta tat-Trasport Le Le
Is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Finanzi Le
L-aħħar aġġornament: 15/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Estonja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi pubbliċi importanti jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-pubblikazzjoni uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Avviżi Uffiċjali). F'xi każijiet, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi wkoll il-pubblikazzjoni tal-avviżi fil-gazzetti.

Il-pubblikazzjoni onlajn uffiċjali Ametlikud Teadaanded ilha tiġi ppubblikata f'format elettroniku biss mill-1 ta' Lulju 2003. Hija wkoll bażi ta’ data inkorporata fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Istat. Ametlikud Teadaanded huwa disponibbli għal kulħadd bla ħlas fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Notifiki, stediniet u avviżi li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi jew skont regolament tal-Gvern tar-Repubblika jew regolament ministerjali.

Fl-Ametlikud Teadaanded jiġu ppubblikati żewġ tipi ta' avviżi:

  1. l-avviżi maħsuba biex jinfurmaw persuna partikolari u li, għal finijiet ta' privatezza, ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw. L-avviżi ta' din ix-xorta huma soġġetti għal termini taż-żmien għall-pubblikazzjoni fl-Ametlikud Teadaanded u għal restrizzjonijiet fuq l-aċċess wara li ma tibqax issir il-pubblikazzjoni. Ir-rekwiżiti tal-użu mill-ġdid ma japplikawx għal avviżi ta' din ix-xorta;
  2. avviżi maħsubin biex jinfurmaw lil kulħadd u li jentħieġ li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid f'format li jinqara mill-magni.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi meħtieġa għall-prestazzjoni tal-funzjonijiet tal-awtoritajiet Statali u lokali u tar-rappreżentanti tal-professjonijiet liberi (eż. nutara u bailiffs) jiġu ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded. L-avviżi ta' entitajiet ġuridiċi privati li jridu jiġu ppubblikati bil-liġi u li jkunu ppubblikati għal finijiet ta' interess pubbliku, jiġifieri li jkunu maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali (eż. qsim u xoljiment ta' kumpaniji), jiġu ppubblikati wkoll.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi ppubblikati fl-Ametlikud Teadaanded huwa bla ħlas.

Irid isir ħlas lill-Istat biex tippubblika avviż fl-interess ta' individwu privat, pereżempju, avviż ta' telfien ta' dokument.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

L-avviżi ppubblikati jistgħu jitfittxu bit-tip, bit-titolu, bil-pubblikatur u biż-żona ta' influwenza jew bl-użu tal-funzjoni ta' tiftix tat-test sħiħ.

Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" (Minu Ametlikud Teadaanded) jippermetti li persuna tinkiteb biex tirċievi bosta tipi ta' avviżi fl-indirizz elettroniku tagħha u biex tara avviżi arkivjati li jirrigwardawha, u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx baqgħet issir. Il-pubblikazzjoni ta' avviż maħsub għal persuna partikolari ma jibqax isir u l-avviż jiġi arkivjat ladarba l-pubblikazzjoni tkun laħqet l-għan tagħha. Il-pubblikazzjoni ta' dan it-tip ta' avviż ma tibqax issir lanqas meta l-persuna tikkonferma li rċeviet l-avviż bil-karta tal-identità tagħha, bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi".

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-1 ta' Lulju 2003. Is-sit tal-Ametlikud Teadaanded jinkludi wkoll avviżi ppubblikati qabel fuq karta u maħsubin biex jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Persuna tista' tinkiteb biex tirċievi l-avviżi kollha bil-posta elettronika u tissejvja l-avviżi bl-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi". L-użu tas-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jitlob l-awtentikazzjoni mal-karta tal-identita tal-persuna jew mal-mobile ID. Is-servizz "L-Avviżi Uffiċjali Tiegħi" jippermetti li persuna tara avviżi tal-Ametlikud Teadaanded arkivjati li jikkonċernawha u tara min iktar qara l-avviżi arkivjati li jikkonċernawha.

Huwa possibbli wkoll li jintużaw URIs għat-tiftix u l-ksib tal-avviżi fl-Ametlikud Teadaanded. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF.

L-URIs ta' avviżi jippermettu li jinfetħu avviżi disponibbli għall-pubbliku li ma jkunux maħsubin biex ikunu magħrufa minn persuna partikolari u li l-pubblikazzjoni tagħhom ma tkunx twaqqfet milli tkompli ssir.

Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

Iktar istruzzjonijiet dettaljati dwar tiftix ibbażat fuq URI jinsab fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ametlikudteadaanded.ee/avalik/uriotsing.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi li ma jkunux maħsubin biex jgħarrfu lil persuni fiżiċi partikolari, jiġifieri avviżi maħsubin bħala informazzjoni għall-pubbliku ġenerali, huma disponibbli bħala data miftuħa. L-avviżi li ma għadhomx jiġu ppubblikati u li ġew arkivjati mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

Data miftuħa tista' titniżżel f'ħin reali bħala URIs. L-uniċità tal-URI tiddependi minn kemm-il komponent tal-URI jintuża. L-URI jista’ jintuża biex jiftaħ avviż ippubblikat jew iktar f'format HTML, li huwa simili għal riżultat ta' tiftixa, jew bħala XML jew fajl XML-RDF. Biex tuża URI, irid jinħoloq indirizz web li jikkorrispondi għad-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta' interess.

L-aħħar aġġornament: 14/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Greċja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar (Ethnikó Typografeío)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida"Trasparenza" (Diávgeia)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema (Áreios Págos)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías)

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: Il-materjal ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern huwa stabbilit fl-Artikolu 7 tal-Liġi 3469/2006, kif fis-seħħ.

Trasparenza: Il-liġijiet, id-digrieti presidenzjali u l-atti kollha li jridu jiġu ppubblikati fuq l-internet huma stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010, kif fis-seħħ.

Il-Qorti Suprema: Online tista’ tfittex is-sentenzi tal-qorti ċivili u l-qorti kriminali deċiżi fl-2007 jew wara.

Il-Kunsill tal-Istat: Online tista’ tfittex is-sentenzi tal-qorti amministrattiva

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: (Pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern) l-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat, wara talba ta' korp pubbliku jew korp fis-settur pubbliku usa'.

Trasparenza: L-avviżi msemmija fl-Artikolu 2 tal-Liġi 3861/2010 jiġu ppubblikati fuq l-internet mingħajr dewmien mill-korp li jagħmel l-avviż.

Il-Qorti Suprema: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

Il-Kunsill tal-Istat: L-avviżi jiġu ppubblikati mill-korp ikkonċernat.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tiftix għal termini, kliem ewlenin jew frażijiet, numri ta' reġistrazzjoni, numri tas-sentenzi, numri tal-ħarġiet, temi, kategoriji, tipi, korpi, dati.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istampar: 1997

Trasparenza: 2010

Il-Qorti Suprema: 2007

Il-Kunsill tal-Istat: 2016

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Iva.
Kull korp huwa responsabbli għall-funzjonament u l-kontenut tal-bażi tad-data ta' avviżi uffiċjali li jġestixxi. Għalhekk ir-repożitorju u/jew l-informazzjoni teknika jinżammu mill-korpi rilevanti fil-bażijiet ta' data interni.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Spanja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-gazzetti uffiċjali varji li jikkorrispondu għal-livelli differenti tal-gvern ċentrali, reġjonali u lokali li jiffurmaw l-Amministrazzjoni ta' Spanja.

Il-gazzetti kollha għandhom verżjonijiet uffiċjali awtentiċi ppubblikati elettronikament, u jipprovdu servizzi ta' bażi ta' data li jistgħu jintużaw biex jinstabu avviżi ppubblikati.

Is-siti huma dawn li ġejjin:

L-Istat: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.boe.es

17-il komunità awtonoma u 2 bliet awtonomi: is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.boe.es/legislacion/otros_diarios_oficiales.php#boletines_autonomicos

L-awtoritajiet lokali (gazzetti uffiċjali provinċjali): is-siti kollha jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.boe.es/legislacion/otros_diarios_oficiales.php#boletines_provinciales

Liema avviżi huma ppubblikati?

  • atti amministrattivi (kwistjonijiet ta’ persunal, deċiżjonijiet amministrattivi, deċiżjonijiet li jagħmlu bosta azzjonijiet amministrattivi pubbliċi)
  • avviżi ta' sejħiet għal offerti pubbliċi
  • avviżi ta' notifikazzjonijiet li ma rnexxewx
  • ċerti avviżi ppubblikati mill-qrati.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-amministrazzjonijiet pubbliċi kollha, kull waħda minnhom fil-gazzetta uffiċjali korrispondenti tagħha.

Il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

  • test liberu (inklużi ismijiet ta' individwi)
  • tip
  • l-organizzazzjoni tal-ħarġa
  • id-data tal-ħarġa
  • id-data tal-pubblikazzjoni
  • in-numru uffiċjali.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Il-liġi li tippermetti l-pubblikazzjoni elettronika tal-gazzetti uffiċjali ġiet adottata fl-2007.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva, għall-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat Spanjola u l-parti l-kbira tal-gazzetti uffiċjali għall-komunitajiet u l-bliet awtonomi. Il-funzjoni mhix disponibbli b'mod ġenerali għall-gazzetti uffiċjali provinċjali.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju jew l-informazzjoni?

Il-politika tad-data miftuħa tiddependi minn kull gazzetta uffiċjali li xi wħud minnhom għandhom data miftuħa u format xml.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - il-Kroazja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja u fuq l-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja

Liema avviżi huma ppubblikati?

Avviżi li jirrigwardaw akkwist pubbliku, irkanti elettroniċi, konċessjonijiet, kompetizzjonijiet, pożizzjonijiet vakanti, notifikazzjonijiet dwar kumpaniji, avviżi minn kmamar, deċiżjonijiet dwar il-bidu ta' proċedimenti ta' falliment u proċedimenti mqassra ta' falliment, deċiżjonijiet dwar inkapaċità ġuridika, likwidazzjonijiet, avviżi pubbliċi ġudizzjarji u notarili, entrati f'reġistru tal-qorti, eċċ. jiġu ppubblikat fl-avviżiera elettronika.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • Narodne novine d.d. (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja);
  • L-avviżiera elettronika tal-Ministeru tal-Ġustizzja tinkludi wkoll deċiżjonijiet differenti magħmula mill-qrati u minn awtoritajiet kompetenti oħrajn fi proċedimenti ta' falliment (deċiżjonijiet dwar il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, sejħiet għal seduti); il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa kompetenti għaż-żamma tas-sistema tal-IT neċessarja għall-funzjonament tal-avviżiera elettronika.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Huwa possibbli li tfittex fis-siti tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja billi tuża terminu, id-data tal-avviż, it-tip tal-avviż jew qasam speċifiku tal-avviż (eż. ir-rata tal-kambju);

Huwa possibbli li tfittex fl-avviżiera elettronika billi tuża marka tal-fajl, isem tal-kopja, is-suġġett tal-avviż jew PIN.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Minn Jannar 2014, l-avviżi bdew jiġu ppubblikati f'forma elettronika fuq is-sit tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja.

L-applikazzjoni tas-softwer tal-avviżiera elettronika ġiet stabbilita, jiġifieri ġiet ikkummissjonata, fl-1 ta' Novembru 2014.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja stabbiliet sistema ta' notifikazzjoni għall-avviżi pubbliċi li tirreferi għall-proċeduri ta' akkwist pubbliku (għodda għall-avviżi ta' akkwist pubbliku elettroniku) – in-notifikazzjonijiet għall-utenti finali jintbagħtu fl-indirizz elettroniku jew f’kaxxa postali elettronika personalizzata.

Ma ġiet stabbilita l-ebda sistema ta’ notifikazzjoni għall-avviżi li jkunu ppubblikati fl-avviżiera elettronika. L-eċċezzjonijiet huma d-Dipartiment tat-Taxxa (Porezna uprava) u l-Aġenzija Finanzjarja (Financijska agencija; FINA), li l-Ministeru tal-Ġustizzja stabbilixxa servizz web għalihom li permezz tiegħu dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jniżżlu data mill-avviżiera elettronika (bosta drabi) kuljum.

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Ċipru

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati f’format ta’ kopja stampata, li huwa l-format b'effett legali u fuq l-internet, aċċessibbli liberament fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati: pożizzjonijiet vakanti fis-settur pubbliku, sejħiet għall-offerti pubbliċi, esproprjazzjonijiet u rekwiżizzjonijiet, ħatriet, promozzjonijiet u konfermi u revoki ta' ħatriet, irtirar, ħatriet ta' viċijiet tal-uffiċjali, riżenji, ħatriet ta' ministri, avviżi ta' mwiet, wasliet, tluq u deputizzazzjonijiet għall-President tar-Repubblika, ħatriet tal-President tar-Repubblika, deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Parlament, abbozzi tal-gvern u tal-membri privati, ftehimiet internazzjonali, organigrammi dipartimentali, u ħatriet skont il-liġi, eż. skont l-Att dwar il-Kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

  • L-Istat
  • L-organizzazzjonijiet semigovernattivi
  • L-awtoritajiet lokali
  • Individwi (avukati) fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Kumpaniji

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Il-kontenut kollu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ Ċipru (Epísimi Efimerída)

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Mill-10 ta' Diċembru 2004

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa fuq is-sit tal-Uffiċċju tal-Istampar tal-Gvern (Kyvernitikó Typografeío): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mof.gov.cy/gpo

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Latvja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Fil-Latvja, l-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLatvijas Vēstnesis, il-gazzetta uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja.

Liema avviżi huma ppubblikati?

Il-kategoriji ta' avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali:

  • Rapport tal-attività
  • Irkantijiet
  • Sentenzi tal-qorti
  • Teżijiet tad-dottorat
  • Informazzjoni dwar wirt
  • Informazzjoni dwar privatizzazzjoni
  • Informazzjoni mir-reġistru kummerċjali
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-intrapriżi
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-Grupp Ewropew b'Interess Ekonomiku
  • Informazzjoni mir-reġistru tal-partiti politiċi
  • Informazzjoni dwar kompetizzjonijiet għal karigi
  • Sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin
  • Avviżi dwar ippjanar territorjali
  • Avviżi lill-kredituri
  • Avviżi għas-saldu tal-obbligazzjonijiet
  • Avviżi lill-azzjonisti u l-membri
  • Revoka ta' setgħat
  • It-Teżor tal-Istat
  • Taħrikiet
  • Ordnijiet ta' eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u provvista
  • Irtirar ta' dokumenti u ta’ timbri uffiċjali
  • Avviżi mixxellanji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-gazzetta uffiċjali tippubblika avviżi uffiċjali ppreżentati minn awtoritajiet u istituzzjonijiet jew minn individwi (entrati fir-reġistri pubbliċi, notifiki, avviżi jew informazzjoni minn entitajiet pubbliċi u l-uffiċjali tagħhom u minn individwi) meta l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawn l-avviżi tkun stipulata fil-liġi.
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLista ta' liġijiet u regolamenti li jipprevedu pubblikazzjoni uffiċjali.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftixa tista' ssir billi ddaħħal test liberu.
Ir-riżultati jistgħu jkunu ffiltrati skont is-sena tal-pubblikazzjoni u l-kategorija tal-avviż.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.vestnesis.lv il-verżjonijiet elettroniċi tal-ħarġiet kollha tal-gazzetta uffiċjali huma disponibbli mid-data tal-ewwel pubblikazzjoni tagħha, jiġifieri mill-25 ta' Frar 1993.
Għal dokumenti li dehru sal-1 ta' Lulju 2012, il-pubblikazzjoni uffiċjali hija dik tal-verżjoni stampata tal-gazzetta.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Le, imma l-avviżi uffiċjali huma disponibbli għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIktar dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni ppubblikata fil-gazzetta uffiċjali.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Malta

Fuq liema sit/i web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati fuq is-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.mt/en/Government/DOI/Pages/Department-of-Information.aspx

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi ppublikati huma s-segwenti:

  • Notifikazzjonijiet tal-Gvern
  • Notifikazzjonijiet pubbliċi
  • Notifikazzjonijiet tas-saħħa
  • Avviżi tal-Pulizija
  • Avviżi lill-baħħara
  • Skemi ta' akkomodazzjoni soċjali
  • Avviżi tal-Bank Ċentrali
  • Notifikazzjonijiet ta' riżultati ta' eżamijiet
  • Avviżi tal-Qorti
  • Avviżi tal-Kunsilli Lokali

Mil-liema organizzazzjoni/jiet jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppublikati mill-Ministeri, entitajiet pubbliċi, mill-Qrati tal-Ġustizzja u mill-Kunsilli Lokali

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali huwa bla ħlas

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Free text

Mil-liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-avviżi uffiċjali ilhom disponibbli fil-format elettroniku minn Ġunju 2003

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Dan is-servizz m'huwiex disponibbli

L-aħħar aġġornament: 07/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Моля, имайте предвид, че оригиналната езикова версия на тази страница нидерландски е била наскоро променена. Езиковата версия, която търсите, в момента се подготвя от нашите преводачи.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Olanda

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaofficielebekendmakingen.nl. L-avviżi antiki tista’ ssibhom Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżi kollha li jidhru fis-seba’ ġurnali uffiċjali tan-Netherlands jiġu ppubblikati fis-siti ta' hawn fuq. Leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda tiġi ppubblikata fl-iStaatsblad (il-Bulletin tal-Atti u d-Digrieti). L-iStaatscourant (il-Gazzetta tal-Gvern) tintuża biex tippubblika r-regolamenti, kif ukoll avviżi minn organizzazzjonijiet governattivi jekk l-inklużjoni tagħhom f’din il-pubblikazzjoni tkun rikjesta mil-liġi. Trattati u ftehimiet internazzjonali oħrajn li n-Netherlands hija parti fihom jiġu ppubblikati fit-Tractatenblad (Sensiela ta’ Trattati), filwaqt li l-Provinciaal blad (il-Gazzetta Provinċjali), il-Gemeenteblad (il-Gazzetta Muniċipali) u l-Waterschapsblad (il-Gazzetta tal-Awtorità tal-Ilma) jintużaw għall-pubblikazzjoni ta' regolamenti u avviżi tal-awtoritajiet provinċjali, muniċipali u tal-ilma rispettivament. Il-Blad gemeenschappelijke regelingen (il-Gazzetta tal-Arranġamenti tal-Awtorità Lokali Konġunta) tintuża biex jiġu ppubblikati r-regolamenti u l-avviżi tas-sħubijiet bejn awtoritajiet pubbliċi differenti.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-organizzazzjonijiet kollha li huma meħtieġa mil-liġi li jippubblikaw l-avviżi tagħhom.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' ssib l-avviżi tal-ġurnata fl-indirizz Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaofficielebekendmakingen.nl. Hawnhekk tista' tiffiltra t-tiftixa tiegħek skont l-isem tal-pubblikazzjoni biss.

F'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidazoek.officielebekendmakingen.nl tista' tfittex għal kliem fit-titlu jew fit-test u tiffiltra t-tiftix tiegħek skont id-data tal-pubblikazzjoni, isem il-pubblikazzjoni, l-organizzazzjoni tal-pubblikazzjoni u s-suġġett (li hemm lista fissa ta’ opzjonijiet għalih).

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

1995.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Kulħadd jista’ jirreġistra għal servizz ta’ notifikazzjoni bla ħlas. Jeżistu żewġ tipi ta' servizzi:

  • Is-servizz ta' notifikazzjoni standard li jippermetti lill-utenti jissejvjaw talba għal tiftixa. Imbagħad jintbagħtu ittra elettronika b'ħolqa għal kull dokument ġdid li jissodisfa l-kriterji tat-tiftixa.
  • Hemm ukoll servizz imsejjaħ "Berichten over uw buurt" ("Avviżi dwar il-viċinat tiegħek"), li jippermetti liċ-ċittadini jirċievu ittra elettronika kuljum b'ħarsa ġenerali lejn l-avviżi kollha ppubblikati mill-awtoritajiet reġjonali u lokali li jkunu rilevanti għall-viċinat tagħhom. Huma jistgħu jiddefinixxu l-"viċinat tagħhom" billi jdaħħlu l-kodiċi postali tagħhom u radjus (f'mijiet ta’ metri).

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli liberament bħala data miftuħa permezz tal-interfaċċa SRU (SRU = Search/Retrieve via URL).

Il-gwida (u l-indirizz) għal dan is-servizz web jinsab f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakoopoverheid.nl (bl-Olandiż biss).

L-aħħar aġġornament: 27/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Awstrija

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://edikte.justiz.gv.at/

Liema tipi ta’ avviżi huma ppubblikati?

It-tipi ta’ avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at/:

  • Rapporti
  • Perizji
  • Opinjonijiet
  • Evalwazzjonijiet
  • Ċirkulari
  • Linji gwida
  • Testi għal konsultazzjoni
  • Statuti
  • Statistika
  • Manwali
  • Avviżi ta’ postijiet vakanti
  • Pubblikazzjoni tal-ħatriet

L-avviżi li ġejjin jiġu ppubblikati fis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://edikte.justiz.gv.at/ (Ediktsdatei – “Fajl tal-Editti”):

  • Każijiet ta' insolvenza (fallimenti, riorganizzazzjonijiet, saldi ta' djun)
  • Proċedura Ewropea ta’ ristrutturar
  • Inabbiltà evidenti li wieħed iħallas
  • Bejgħ u lokazzjonijiet fi proċedimenti ta' insolvenza
  • Subbasti ordnati mill-qorti
  • Proprjetà
  • Beni mobbli
  • Bejgħ ta’ oġġetti b’kuntratt privat skont l-Artikolu 268(2) tal-Kodiċi ta’ Eżekuzzjoni
  • Riċevitura ġudizzjarja
  • Irkanti volontarji
  • Bini suġġett għal wegħda mhux possessorja li jinbena fuq art ta’ partijiet terzi
  • Editti u avviżi fi proċedimenti kriminali
  • Avviżi mill-qrati kriminali
  • Proċedura ta’ rkupru kriminali
  • Notifiki ta’ konsenja fi proċedimenti kriminali
  • Terminazzjoni tal-investigazzjonijiet
  • Avviżi pubbliċi
  • Amministraturi maħtura mill-qorti u notifiki permezz ta’ avviż pubbliku
  • Kanċellazzjoni ta' titoli
  • Ċertifikati tal-mewt/prova ta’ kawża tal-mewt
  • Editti fi proċedimenti tas-suċċessjoni
  • Editti skont l-Att dwar il-Kustodja u s-Sekwestru (Verwahrungs- und Einziehungsgesetz)
  • Rappreżentanza tar-residenti skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar il-Kura Residenzjali(Heimaufenthaltsgesetz)
  • L-ombudsmen tal-pazjenti skont l-Artikolu 13 tal-Att dwar ir-Reklużjoni fl-Istituzzjonijiet (Unterbringungsgesetz)
  • Notifika b'avviż pubbliku lil persuni ġuridiċi
  • Notifika b'avviż pubbliku mill-Qrati Kummerċjali (Firmenbuchgerichte)
  • Avviżi mill-Qrati Kummerċjali
  • Editti mill-Qrati tar-Reġistru tal-artijiet (Grundbuchsgerichte)
  • Deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Prattiki Restrittivi (Kartellgericht)
  • Pubblikazzjonijiet tal-Ġustizzja Awstrijaka (Kundmachungen der Justiz)
  • Pubblikazzjonijiet mill-kumpaniji

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Mill-Ministeru Federali għall-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz)

Mill-qrati, il-prosekuturi pubbliċi, l-avukati u n-nutara

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHomepage der Justiz) joffri tiftixa sempliċi bil-kliem li tiċċekkja d-dokumenti kollha fuq is-sit web.

Il-kategoriji kollha fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEdiktsdatei joffru l-għażla ta’ tiftixa bil-kliem. Barra minn hekk, għal bosta kategoriji ta' avviżi, l-utenti jistgħu jfittxu skont in-numru tal-fajl. Għall-irkantijiet hemm ukoll tiftixa skont l-oġġett. Dawn huma biss xi eżempji tat-tipi ta' tiftix peress li hemm varjetà tant kbira ta' għażliet tat-tiftix fil-kategoriji differenti.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHomepage der Justiz) u s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEdiktsdatei ilhom online mis-sena 2000.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

L-avviżi fis-sit web tal-Ediktsdatei huma disponibbli bla ħlas u jistgħu jiġu pproċessati sussegwentement bħala fajls HTML (ma hemm l-ebda protezzjoni mill-ikkupjar). Tista’ tinkiseb ukoll liċenzja skont l-Att tal-2022 dwar l-Użu mill Ġdid ta’ Informazzjoni Pubblika (Informationsweiterverwendungsgesetz 2022 – IWG) – link Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk. Bħalissa d-data mhix disponibbli f'format ta' data miftuħa.

Il-pubblikazzjonijiet f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justiz.gv.at/ huma relatati b’mod predominanti ma’ dokumenti eżistenti f’format PDF. Hemm xi dokumenti MS Word, imma dawn rari. Il-pubblikazzjonijiet kollha huma disponibbli f’paġni HTML bla ħlas bħala parti mid-WCMS (is-sistema ta’ ġestjoni tal-kontenut tal-web). Id-dokumenti jistgħu jitniżżlu bħala annessi mill-paġni HTML.

L-aħħar aġġornament: 23/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Portugall

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Dawn jiġu ppubblikati fis-sit tal-gazzetta uffiċjali Portugiża, id-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDiário da República Eletrónico.

X'avviżi jiġu ppubblikati?

Id-Diário da República huwa magħmul minn żewġ sensiliet. Is-Sensiela 1 fiha pubblikazzjonijiet ta’:

  1. il-liġijiet kostituzzjonali
  2. il-konvenzjonijiet internazzjonali, id-digrieti presidenzjali korrispondenti, l-avviżi ta’ depożitu għal strumenti vinkolanti (b’mod partikolari, l-istrumenti ta’ ratifika), u avviżi oħrajn relatati ma’ tali konvenzjonijiet
  3. il-liġijiet organiċi, il-liġijiet, id-digrieti amministrattivi u d-digrieti leġiżlattivi reġjonali
  4. id-digrieti tal-President tar-Repubblika
  5. ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea tar-Repubblika
  6. id-digrieti tar-Rappreżentanti tal-Kap tal-Istat Portugiż li jaħtru u jneħħu l-Presidenti u l-membri tal-gvernijiet reġjonali tal-Azores u Madeira
  7. ir-regoli ta’ proċedura tal-Assemblea tar-Repubblika, tal-Kunsill tal-Istat u tal-assemblej leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi
  8. id-deċiżjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill Kostituzzjonali li l-liġi tgħid li jridu jiġu ppubblikati fis-Sensiela 1 tad-Diário da República
  9. id-deċiżjonijiet ta’ standardizzazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Awdituri u d-deċiżjonijiet tal-Qorti Amministrattiva Suprema li l-liġi tagħtihom forza vinkolanti ġenerali
  10. ir-riżultati tar-referenda u tal-elezzjonijiet għall-President tar-Repubblika, għall-Assemblea tar-Repubblika, għall-assemblej leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi u tal-Parlament Ewropew, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti
  11. il-messaġġ ta’ riżenja tal-President tar-Repubblika
  12. il-mozzjonijiet li jiċħdu l-Programm tal-Gvern u l-mozzjonijiet ta’ fiduċja u ta’ ċensura
  13. l-opinjonijiet tal-Kunsill tal-Istat kif previst fl-Artikolu 145(a)-(e) tal-Kostituzzjoni u kwalunkwe opinjoni li l-Kunsill tal-Istat stess jiddeċiedi li jippubblika
  14. digrieti oħrajn tal-gvern
  15. ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri u l-ordnijiet ministerjali ta’ implimentazzjoni li jinkludu dispożizzjonijiet ġenerali
  16. ir-riżoluzzjonijiet tal-assemblej leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi u d-digrieti regolatorji reġjonali
  17. id-deċiżjonijiet ta’ qrati oħrajn mhux imsemmija hawn fuq li l-liġi tagħtihom forza vinkolanti ġenerali
  18. id-dikjarazzjonijiet dwar ir-riżenja jew it-telf tal-mandat tal-membri tal-Assemblea tar-Repubblika u l-membri tal-assemblej leġiżlattivi tar-Reġjuni Awtonomi.

Minbarra atti oħrajn li jridu jiġu ppubblikati fis-Sensiela 2, dawn li ġejjin jiġu ppubblikati fis-Sensiela 2:

  1. ordnijiet leġiżlattivi ta’ membri tal-Gvern
  2. ir-riżultati tal-elezzjonijiet għall-korpi tal-awtoritajiet lokali
  3. Il-baġits tad-dipartiment tal-Istat li l-liġi tiddikjara l-liġi li jridu jiġu ppubblikati fid-Diário da República u d-dikjarazzjonijiet ta’ trasferimenti ta’ fondi.

Atti ppubblikati fis-Sensiela 2 tad-Diário da República jistgħu jkunu tat-tipi li ġejjin: ftehim, tħabbira, deċiżjoni fl-arbitraġġ, karta tal-bilanċ, ftehim kollettiv ta’ impjieg, rakkomandazzjoni, kuntratt, dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni, deċiżjoni tal-qorti, dikjarazzjoni, deliberazzjoni, direttiva, editt, regolament ta’ estensjoni, istruzzjoni, sentenza, ordni leġiżlattiva, lista, mappa, ftehim ta’ sħubija, ordni ta’ implimentazzjoni ministerjali, avviż, avviż tal-Bank tal-Portugall, mappa uffiċjali, stqarrija uffiċjali, opinjoni, ordni, permess, protokoll, rakkomandazzjoni, regolament, regolament tal-Kummissjoni dwar is-Suq tat-Titoli, standard regolatorju tal-Awtorità Superviżorja tal-Fondi tat-Titoli u l-Pensjonijiet, rapport, riżoluzzjoni, deċiżjoni u bilanċ ta’ tqabbil. Huma inklużi wkoll avviżi ta’ sejħiet għal offerti urġenti, avviżi ta’ proċedura, avviżi ta’ estensjoni ta’ skadenza u dikjarazzjonijiet ta’ korrezzjoni ta’ notifika.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-korpi legalment responsabbli għall-atti ta’ pubblikazzjoni fid-Diário da República jew li huma involuti fihom jinkludu: il-Presidenza tar-Repubblika, l-Assemblea tar-Repubblika, il-Gvern, l-assemblej leġiżlattivi u l-gvernijiet reġjonali tar-Reġjuni Awtonomi tal-Azores u ta’ Madeira, l-amministrazzjoni pubblika diretta u indiretta, il-qrati, il-prosekutur pubbliku, il-korpi amministrattivi indipendenti, u l-amministrazzjoni u l-korpi awtonomi tal-awtoritajiet lokali.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva. Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaid-Digriet Amministrattiv Nru 83/2016 tas-16 ta’ Diċembru, id-Diário da República huwa servizz pubbliku miftuħ għal kulħadd u mingħajr ħlas. Huwa jiġi ppubblikat biss f’forma elettronika.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Aċċess universali u liberu jinkludi l-possibbiltà ta’ stampar, iffajljar, tiftix u aċċess liberu għall-kontenut tal-atti ppubblikati fis-Sensiliet 1 u 2 tad-Diário da República, f’formati elettroniċi b’aċċess miftuħ.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

L-edizzjoni elettronika tad-Diário da República ilha awtentika u l-patti ppubblikati fiha ilhom validi għall-finijiet legali kollha mill-1 ta’ Lulju 2006, skont l-Artikolu 1(5) tal-Liġi Nru 74/98 tal-11 ta’ Novembru 1998, kif inhi attwalment fis-seħħ.

Barra minn hekk, Lulju 2019 rat it-tnedija tal-applikazzjoni tal-mowbajl tad-Diário da República b’funzjonijiet addizzjonali, bħall-ħolqien ta’ profil personalizzat għal kull utent u l-użu ta’ sistema ta’ notifikazzjoni b’aċċess għal-leġiżlazzjoni kkonsolidata.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Iva. Speċifikament rigward it-trażmissjoni tan-notifiki, l-utenti jistgħu jirċievu l-indiċi tas-Sensiliet 1 u 2 tad-Diário da República bil-posta elettronika, bir-reġistrazzjoni minn qabel jew b’abbonament RSS (Really Simple Syndication).

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Iva.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Rumanija

L-informazzjoni f'din il-paġna tikkonċerna l-avviżi uffiċjali maħruġa minn istituzzjonijiet pubbliċi (notifiki, atti proċedurali, eċċ.) li mhumiex leġiżlattivi fin-natura tagħhom jew li ma jistabbilux obbligi applikabbli b’mod ġenerali imma li jkunu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'pubblikazzjonijiet oħrajn, u li huma disponibbli onlajn f'forma elettronika, skont il-liġi applikabbli. Għalhekk, la l-atti leġiżlattivi u lanqas is-sentenzi tal-qorti ma jkunu kkunsidrati, ħlief dawk li jridu jiġu ppubblikati biex jiksbu ċertu effett legali (eż. sentenzi tal-qorti relatati ma' insolvenza).

Il-materjali mhux eżawrjenti, peress li tindirizza ċerti każijiet mill-perspettiva ta' pubblikazzjoni ta' avviżi uffiċjali, b'mod iktar speċifiku: atti ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, atti ppubblikati fil-portal u s-sit web tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (Oficiul Național al Registrului Comerțului) jew fil-Bullettin tal-Insolvenza, u atti ppubblikati fil-Portal tal-Qrati.

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-Kumpanija Awtonoma "Monitorul Oficial" tippubblika l-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija kemm f'format stampat u kemm f’format elettroniku. Għal dettalji dwar l-atti ppubblikati u dwar id-disponibbiltà onlajn tagħhom, jekk jogħġbok ara t-taqsimiet li ġejjin.

Il-prodott elettroniku (e-Monitor) jinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaf'dan l-indirizz.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Qabel ma jibdew l-attività ekonomika tagħhom, il-professjonisti għandhom l-obbligu japplikaw għal reġistrazzjoni / elenkar fir-reġistru kummerċjali, u waqt l-operat tan-negozju tagħhom jew wara t-tmiem tan-negozju, iridu jitolbu ż-żieda ta’ noti mar-reġistru kummerċjali fir-rigward tal-atti u l-fatti rikjesti mil-liġi.

Ir-reġistrazzjoni fir-reġistru kummerċjali tfisser pubblikazzjoni legali mill-ONRC: ir-reġistrazzjonijiet, id-data u l-atti rreġistrati jkollhom effett fuq terzi mid-data tar-reġistrazzjoni jew tal-pubblikazzjoni tagħhom fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew fis-sit web / fil-portal tas-servizzi tal-ONRC skont il-liġi.

Ir-reġistrazzjoni u n-noti jkollhom effett fuq terzi mid-dħul tagħhom fir-reġistru kummerċjali jew mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, fil-Parti IV jew VII, jew f'pubblikazzjoni oħra, meta jkun previst mil-liġi.

b) L-ONRC jippubblika wkoll il-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku: it-taqsima li tipprovdi s-servizz pubbliku tan-notifika tad-dokumenti lill-partijiet, tal-komunikazzjoni tas-sentenzi u tal-konvokazzjoni u n-notifika ta' atti proċedurali maħruġa mill-qrati / amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti / persuni awtorizzati oħrajn skotn il-proċedimenti tal-insolvenza b'konformità mal-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, u t-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" (Debitori - persoane fizice cu obligații ce nu decurg din exploatarea unei întreprinderi) b'konformità mal-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi.

Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali nnotifikati / mibgħuta mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (amministraturi tal-insolvenza / likwidaturi maħtura mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn skont il-liġi jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

Is-sentenza li tiżgura l-pjan ta' riorganizzazzjoni tad-debitur (il-professjonist), bħala att proċedurali, skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, tiġi ppubblikata fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur proċedurali, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti huma ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza, pubblikazzjoni aċċessibbli mis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bpi.ro/.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Qrati huwa amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja. Kull qorti fir-Rumanija għandha sit web fuq dan il-portal. L-informazzjoni fuq dawn is-siti tiddaħħal u tiġi aġġornata direttament mill-persunal tal-qorti, ħlief informazzjoni dwar każijiet u laqgħat, li tittieħed awtomatikament mis-sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-każijiet użata fil-livell tal-qorti.

Biex taċċessa sit web ta' qorti partikolari Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-paġna ewlenija tal-Portal tal-Qrati, trid tagħżel ir-reġjun li l-qorti tappartjeni lilu (iż-żona ġuriżdizzjonali ta' qorti tal-appell) u mbagħad dik il-qorti mil-lista.

Liema avviżi huma ppubblikati?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

F'termini ta' avviżi uffiċjali, skont il-Liġi Nru 202 tad-9 ta' Novembru 1998 dwar l-organizzazzjoni tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, kif ippubblikata mill-ġdid:

  • Dawn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Parti III, fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali: atti legali, dokumenti, notifiki, avviżi u oħrajn simili (eż. avviżi ta' reklutaġġ ta' persunal; kompetizzjonijiet għal postijiet tax-xogħol pubbliċi battala; sentenzi li jikkonċernaw il-kanċellazzjoni ta' kambjala / ċekk; ir-rapport tal-attività regolari tal-awtoritajiet pubbliċi; notifiki dwar il-kompetizzjoni tad-dħul għall-Istitut tal-Maġistratura Nazzjonali (Institutul Național al Magistraturii), l-eżami ta' kompetenza għall-maġistrati u l-lista ta' postijiet battala għall-maġistrati; in-notifika għal kompetizzjoni għal postijiet tax-xogħol battala għal assistenti maġistrati fil-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja eċċ.);
  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw l-operaturi ekonomiċi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi, kif ukoll atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti IV (pereżempju id-deċiżjoni għar-rikonoxximent fir-Rumanija ta' persuni ġuridiċi bla skop ta' qligħ barranin; sentenzi li japprovaw il-modifika ta' statut ta' partit politiku; id-deċiżjoni tat-tribunal li jiftaħ proċediment ta' falliment; notifiki ta' bejgħ fl-irkant ta’ oġġetti; tmiem il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu u d-deċiżjoni tal-Bank Nazzjonali tar-Rumanija biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni; id-deċiżjonijiet tad-direttur ġenerali tal-Uffiċċju Rumen tad-Drittijiet tal-Awtur biex jiġu rtirati u sospiżi ċertifikati ta’ reġistrazzjoni, eċċ.)
  • il-ftehim kollettiv konkluż fil-livell nazzjonali u tal-fergħa, il-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u atti oħrajn stabbiliti skont id-dispożizzjonijiet legali, jiġu ppubblikati fil-Parti V;
  • notifiki tal-għoti ta' kuntratt ta' akkwist pubbliku u notifiki tal-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi u ta' konċessjoni tas-servizzi, kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista publlika u notifiki oħrajn stabbiliti skont dispożizzjonijiet legali (eż. notifiki skont il-Liġi Nru 350/2005 dwar is-sistema tal-għotjiet; konċessjonijiet - avviżi ta' kuntratt skont l-Ordni ta' Emerġenza Nru 54/2006 dwar is-sistema ta' kuntratti ta' konċessjoni ta' provvista pubblika).

Nota: skont il-Liġi Nru 98/2016 dwar l-akkwist pubbliku, in-notifiki jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali permezz tas-sistema ta' akkwist pubbliku elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSEAP, li tintuża għall-fini tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' għoti b'mezzi elettroniċi.

  • Fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet legali, l-atti legali li jikkonċernaw il-kooperattivi u kategoriji oħrajn ta' persuni ġuridiċi stabbiliti minn kooperattivi, u atti oħrajn relatati ma' kooperazzjoni, kif stabbilit skont id-dispożizzjonijiet legali (eż. il-konklużjoni għar-reġistrazzjoni tal-imħallef delegat tal-kooperattiva fir-reġistru kummerċjali, l-att tal-ħatra tal-likwidaturi, u kull att ieħor li jista’ jwassal għal bidliet għall-personalità tagħhom, eċċ.) jiġu ppubblikati fil-Parti VII.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali:

  • l-estratt tar-riżoluzzjoni / ir-riżoluzzjoni tar-reġistrazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija, il-Parti IV jew VII);
  • atti li jemendaw l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u n-notifiki dwar il-preżentazzjoni tal-istrument aġġornat ta' inkorporazzjoni (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • sentenzi, għall-każijiet previsti mil-liġi (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija);
  • deċiżjonijiet tal-qorti li jiddeċiedu dwar xoljiment (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija u fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • riżoluzzjonijiet ta' ħatra ta' likwidatur skont l-Artikolu 237(6) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fuq is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fuq il-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • proġetti ta' amalgamazzjoni / qsim (fil-Parti IV tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew, b'għażla tal-applikant, fuq is-sit web tiegħu stess, u f'dak il-każ ir-reġistru kummerċjali fejn tkun irreġistrata l-kumpanija jippubblika l-proġett ta' amalgamazzjoni jew qsim fuq is-sit web tiegħu stess bla ħlas);
  • ir-riżoluzzjonijiet li jiċħdu l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u r-reġistrazzjonijiet li ma jirriżultawx fl-emenda tal-istrument ta’ inkorporazzjoni (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fuq il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għax-xoljiment tagħhom skont l-Artikolu 237(2) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 237(9) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (is-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew il-portal tas-servizzi onlajn);
  • il-lista ta’ kumpaniji li r-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jrid jippreżenta azzjonijiet għat-tneħħija tagħhom skont l-Artikolu 260(7) tal-Liġi Nru 31/1990 tittella' fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn;
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 237(10) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali jew fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu);
  • id-deċiżjonijiet tat-tribunal li jiddeċiedu dwar it-tneħħija skont l-Artikolu 260(8) tal-Liġi Nru 31/1990 dwar il-kumpaniji (fis-sit tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali u fil-portal tas-servizzi onlajn tiegħu).

b) Għall-professjonisti koperti mil-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, kif emendata u ssupplimentata sussegwentement, l-atti proċedurali maħruġa mill-qrati, minn ħaddiema fil-qasam tal-insolvenza (l-amministratur tal-insolvenza / il-likwidatur maħtur mill-qorti), u minn persuni awtorizzati oħrajn li ġejjin jiġu ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza skont il-liġi:

  • taħrikiet, notifiki u sentenzi;
  • konvokazzjonijiet u notifiki;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

Għall-persuni fiżiċi koperti mil-Liġi Nru 151/2015 dwar il-proċedimenti ta' insolvenza għall-persuni fiżiċi, l-atti proċedurali nnotifikati / ikkonsenjati mill-bord tal-insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza, il-likwidatur u l-awtoritajiet tal-qorti li ġejjin jiġu ppubblikati fit-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza:

  • deċiżjonijiet tal-bord tal-insolvenza;
  • notifiki;
  • sentenzi;
  • atti proċedurali oħrajn stipulati mil-liġi.

III. Il-Portal tal-Qrati

Skont l-Artikolu 167 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (il-Liġi Nru 134/2010), meta l-attur jallega, fuq bażi motivata, li, għalkemm għamel kulma seta', ma setax isib id-domiċilju tal-konvenut jew post ieħor fejn dan seta' jiġi nnotifikat skont il-liġi, il-qorti tkun tista’ tapprova n-notifika tad-dokumenti fir-rigward ta' dak il-konvenut b'taħrika ppubblikata. Taħrikiet ippubblikati jikkonsistu fil-wiri taċ-ċitazzjoni fuq bieb il-qorti, fuq il-portal tal-qorti kompetenti u fl-aħħar domiċilju magħruf tal-persuna li qed tiġi nnotifikata. Meta jidhrilha li jkun hemm bżonn, il-qorti tordna u tippubblika ċ-ċitazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew f'gazzetta ċentrali b'ċirkolazzjoni kbira.

F'dan ir-rigward, fil-Portal tal-Qorti hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima ġenerali ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati. Barra minn hekk, is-sit ta' kull qorti jospita wkoll taqsima ddedikata għat-taħrikiet ippubblikati (ara pereżempju, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit tat-Tribunal ta' Bucharest).

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Skont il-leġiżlazzjoni applikabbli għal kull tip ta' avviż, mill-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew mill-istituzzjonijiet emittenti.

Fir-rigward tal-każijiet partikolari ppreżentati fuq: Ir-Reġistru Kummċerċjali Nazzjonali, il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija jew il-qrati.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

L-atti ppubblikati fil-Partijiet III-VII tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija huma aċċessibbli bla ħlas fuq l-internet u huma aċċessibbli f'forma li tinqara għal għaxart ijiem mill-pubblikazzjoni tagħhom.

Il-prodotti f'forma elettronika disponibbli onlajn għal korrispettiv (Expert-Monitor u Autentic-monitor), inklużi t-tariffi applikati mill-Kumpanija Awtonoma “Monitorul Oficial”, huma deskritti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit dwarhom.

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Iva, l-avviżi relatati mal-professjonisti rreġistrati mar-Reġistru Kummerċjali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-portal tar-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali.

b) L-aċċess għall-Bullettin tal-Insolvenza, il-pubblikazzjoni onlajn b'atti proċedurali ppubblikati ta' professjoni li deħlin fi proċedimenti ta' insolvenza skont il-Liġi Nru 85/2014 dwar il-proċeduri li jipprevjenu l-insolvenza u l-proċedimenti ta' insolvenza, jingħata b'abbonament bi ħlas.

L-aċċess għat-taqsima "Debituri - persuni fiżiċi b'obbligi li mhux ġejjin mill-operat ta' negozju" tal-Bullettin tal-Insolvenza jingħata bla ħlas lid-debitur, lill-kredituri, lill-amministratur tal-insolvenza / lil-likwidatur, lill-bord tal-insolvenza, u lill-qorti f'każijiet fejn ikollhom dak ir-rwol.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tas-servizzi onlajn ONRC juri sensiela ta' informazzjoni bla ħlas dwar il-persuni ppubblikati fil-Bullettin tal-Insolvenza.

III. Il-Portal tal-Qrati

L-aċċess għall-Portal tal-Qrati huwa bla ħlas.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Fil-verżjoni bla ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor) ma jista' isir l-ebda tiftix awtomatiku ta' atti ppubblikati. Għalhekk, l-utenti għandhom biss il-possibbiltà li jagħżlu, permezz ta' kalendarju, id-data tal-pubblikazzjoni u n-numru tal-Gazzetta Uffiċjali (għal kull Parti).

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, it-tiftix jista’ jsir skont wieħed mill-kriterji ta’ tiftix li ġejjin jew taħlita massima tagħhom:

  • In-numru tar-reġistru kummerċjali
  • Il-kontea
  • Isem il-kumpanija
  • Id-data tal-pubblikazzjoni
  • Il-kodiċi fiskali
  • Is-sena tal-karta bilanċjali

b) Fir-rigward tad-debituri fil-proċedimenti ta' insolvenza, it-tiftix jista' jsir fit-Taqsima "Servizzi Onlajn tal-Bullettin tal-Insolvenza (BPI)" (Servicii online BPI), fis-sottotaqsimiet "Persuni ppubblikati fil-BPI" (Persoane publicate in BPI) u "Sommarju tan-Numru BPI" (Sumar număr BPI), bl-użu tal-kriterji tal-għażla li ġejjin:

  • il-persuna ppubblikata fil-BPI;
  • in-numru tal-bullettin;
  • in-numru tal-każ;
  • in-numru ta' reġistrazzjoni tat-taxxa;
  • in-numru tan-negozju rreġistrat;
  • il-perjodu ta’ pubblikazzjoni;
  • is-sena tal-pubblikazzjoni fil-BPI.

III. Il-Portal tal-Qrati

Iċ-ċitazzjonijiet tista' tfittixhom fil-Portal tal-Qrati skont l-isem (l-isem u l-kunjom jew wieħed minn dawn l-elementi) tal-parti mħarrka.

Jekk tintuża Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-taqsima ġenerali tal-Portal tal-Qrati, ir-riżultati ta' tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati mill-qrati kollha, u jekk tintuża taqsima ddedikata lil qorti partikolari (eż. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidait-Tribunal ta' Bucharest), ir-riżultati tat-tiftix ikunu ċitazzjonijiet ippubblikati minn dik il-qorti biss.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

I. Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Rumanija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidae-Monitor – 2008

II. Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali (ONRC)

a) Fir-rigward tal-professjonisti rreġistrati fir-Reġistru Kummerċjali, 2012.

b) Ir-Reġistru Kummerċjali Nazzjonali ppubblika l-ewwel ħarġa tal-Bullettin tal-Insolvenza f'format elettroniku fl-1 ta' Awwissu 2006, u din tista' tiġi aċċessata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamill-portal tas-servizzi onlajn tal-ONRC.

III. Il-Portal tal-Qrati

Il-faċilità li tirrigwarda taħrikiet ippubblikati ilha disponibbli Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-Portal tal-Qrati minn Marzu 2013.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Mhux applikabbli

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u / jew l-informazzjoni?

Il-Portal tal-Qrati jippermettu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaċċess skedat għal settijiet ta' data li jirrigwardaw atti tal-kawżi u laqgħat, mhux għal taħrikiet ippubblikati. L-informazzjoni dwar dawn tal-aħħar tinsab f'format HTML biss.

L-aħħar aġġornament: 21/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Slovakkja

Fuq liema sit/i web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kriminali Speċjali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Banská Bystrica

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali tal-Bratislava

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Košice

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Nitra

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Prešov

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Trenčín

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Trnava

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Reġjonali ta’ Žilina

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati distrettwali (lista)

Liema avviżi huma ppubblikati?

L-avviżieri uffiċjali tal-qrati jintużaw biex jippubblikaw avviżi dwar l-iskedar tal-attivitajiet ta’ qorti, tħabbir pubbliku ta’ sentenzi, avviżi ta’ notifika, notifiki tan-notifika ta’ dokumenti, riżoluzzjonijiet tal-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka, notifiki dwar rapporti finali, avviżi li jħabbru l-bidu tal-eżekuzzjoni, ordnijiet li jikkanċellaw il-proċedimenti ta’ falliment, avviżi ta’ appelli ppreżentati, ordnijiet li jaċċettaw xi oġġetti bħala depożiti, u ordnijiet dwar l-għoti lura ta’ depożiti mill-Istat.

Mil-liema organizzazzjoni/jiet jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi huma ppubblikati mill-qrati reġjonali u distrettwali kollha fil-ġudikatura.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Iva.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

It-tiftix jista’ jsir billi tiddaħħal waħda minn dawn li ġejjin fil-qasam tat-tfittxija fuq il-paġna web tal-Avviżiera Uffiċjali: it-titlu tad-dokument, parti mit-titlu jew in-numru tar-reġistrazzjoni.

Mil-liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Il-qrati setgħu jippubblikaw avviżi uffiċjali f’format elettroniku mill-2011.

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki meta jintlaħqu l-kriterji?

Le.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Le.

L-aħħar aġġornament: 25/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Finlandja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKuulutusrekisteri (reġistru tal-avviżi)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirallinen lehti (Il-Gazzetta Uffiċjali)

Liema avviżi huma ppubblikati?

Ir-reġistru tal-avviżi jiġi aġġornat b'informazzjoni dwar l-avviżi bbażati fuq id-deċiżjonijiet mill-qrati jew mill-awtoritajiet dwar:

  1. taħrikiet pubbliċi nnotifikati mill-qorti distrettwali;
  2. fużjonijiet ta’ fondazzjonijiet innotifikati mill-qorti distrettwali;
  3. fużjonijiet, separazzjonijiet ta' fużjoni jew qsim ta' fondi ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata, jew miżura jew deċiżjoni oħra msemmija fil-leġiżlazzjoni dwar il-komunitajiet u l-fondazzjonijiet, li jridu jitħabbru fil-Gazzetta Uffiċjali; jew
  4. avviżi tal-uffiċjal ġudizzjarju.

Il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn li jkunu meħtieġa biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali b'att, digriet jew deċiżjoni oħra maħruġa minn qorti inferjuri.

Minn liema organizzazzjoni(jiet) jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

Ir-reġistru tal-avviżi jippubblika n-notifiki tal-qrati distrettwali, tal-aġenziji tal-eżekuzzjoni u tar-Reġistru tal-Kummerċ Finlandiż (PRH).

L-avviżi nnotifikati mill-qrati distrettwali lir-reġistru tal-avviżi:

  • Taħrikiet pubbliċi lill-kredituri
  • Fużjonijiet ta’ fondazzjonijiet

Avviżi nnotifikati mill-aġenziji tal-eżekuzzjoni lir-reġistru tal-avviżi:

  • Formazzjoni tal-kredituri; ftehimiet
  • Diskussjoni tal-qsim tal-beni
  • Korrispondenza mal-kredituri

Avviżi nnotifikati mir-Reġistru tal-Kummerċ Finlandiż (PRH) lir-reġistru tal-avviżi:

  • Trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat ta’ SE
  • Separazzjonijiet ta’ fużjoni
  • Taħrikiet pubbliċi fi proċedimenti ta' likwidazzjoni
  • Taħrikiet pubbliċi lill-kredituri ta’ fondazzjonijiet li qed jiġu likwidati
  • Tnaqqis tal-kapital inizjali
  • Fużjoni bil-formazzjoni ta’ kumpanija ġdida
  • Avviżi lid-detenturi tad-drittijiet speċjali
  • Avviżi lill-kredituri ta’ fondazzjoni akkwirenti
  • Avviżi lill-kredituri ta’ entità akkwirenti
  • Avviżi lill-kredituri ta’ entità akkwirenti f’separazzjoni ta’ fużjoni
  • Trasferiment ta’ negozju kollu jew parti minnu
  • Rinunzja tal-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta' kreditu
  • Konverżjoni ta’ kumpanija pubblika b'responsabbiltà limitata f’kumpanija privata b'responsabbiltà limitata
  • Tnaqqis tal-kapital
  • Konverżjoni ta’ kooperattiva f’kumpanija privata b'responsabbiltà limitata
  • Tneħħija ta’ kooperattiva mir-reġistru tal-kummerċ
  • Rinunzja tal-awtorizzazzjoni ta’ bank kooperattiva
  • Ordni ta’ proċedimenti ta' likwidazzjoni jew tneħħija mir-reġistru
  • Tnaqqis tal-kapital ta’ investiment
  • Fużjoni
  • Emenda tar-regoli jew eżenzjoni minn dispożizzjoni
  • Tqassim ta’ ekwità libera
  • Tnaqqis tal-fond ta’ riżerva
  • Tqassim tal-profitti
  • Stedina biex jiġi ordna l-ħall ta’ assoċjazzjoni
  • Emenda tal-istatut ta’ assoċjazzjoni jew eżenzjoni minn dispożizzjoni
  • Tnaqqis tal-kont tal-premium azzjonarju
  • Stedina biex tiġi ordnata l-likwidazzjoni ta’ kumpanija jew it-tneħħija tagħha mir-reġistru
  • Bidla fil-forma ta’ kumpanija

Minbarra dawn, il-Gazzetta Uffiċjali tippubblika n-notifiki, l-avviżi u dokumenti oħrajn ta’ għadd ta’ organizzazzjonijiet oħrajn.

L-aċċess għall-avviżi uffiċjali hu bla ħlas?

Reġistru tal-avviżi: iva

Il-Gazzetta Uffiċjali: Il-kopji PDF ilhom b'xejn mill-2011. Hemm ħlas xi jsir għas-servizz tal-Kredituri ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVirallinen.fi.

utent wieħed, prezz/liċenzja: EUR 200/sena, 2–5 utenti, prezz/liċenzja: EUR 145/sena, iktar minn 5 utenti, prezz/liċenzja: EUR 124/sena.

X’tipi ta’ tiftixiet jistgħu jsiru?

Tista' tfittex l-entrati fir-reġistru tal-avviżi permezz tal-parametri li ġejjin:

  • It-tip ta' avviż
  • Is-suġġett tal-avviż
  • L-ID tan-negozju / id-data tat-twelid / is-sena tat-twelid
  • Id-data ta' maturità
  • Id-domiċilju
  • In-numru tal-każ maħruġ mill-qorti distrettwali

Minbarra l-kriterji tat-tiftix l-oħrajn, fil-bażi ta’ data bil-ħlas tal-Gazzetta Uffiċjali hemm ukoll il-possibbiltà ta' tiftix skont kelma ewlenija mingħajr restrizzjoni.

Minn liema data se jkunu disponibbli l-avviżi uffiċjali fil-format elettroniku?

Ir-reġistru tal-avviżi: l-1 ta' April 2004

Il-Gazzetta Uffiċjali: mill-2011

It-tiftixiet jistgħu jiġu ssejvjati u jistgħu jintbagħtu notifiki bil-posta elettronika meta jiġu ssodisfati l-kriterji?

Ir-reġistru tal-avviżi: le, dan mhux possibbli.

Il-Gazzetta Uffiċjali: it-tiftix jista' jiġi ssejvjat u n-notifiki jaslu fil-posta elettronika meta tintuża l-bażi ta' data bi ħlas.

L-avviżi uffiċjali huma disponibbli bla ħlas bħala data miftuħa? Jekk dan hu l-każ, fejn jistgħu jinstabu r-repożitorju u/jew l-informazzjoni?

Mhumiex disponibbli bħala data miftuħa.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi uffiċjali - Skozja

Fuq liema sit(i) web jiġu ppubblikati l-avviżi uffiċjali?

L-avviżi uffiċjali jiġu ppubblikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGazzetta ta’ Edinburgu (Edinburgh Gazette), il-verżjoni reġjonali tal-Iskozja tal-“Gazzetta tal-Istat” tar-Renju Unit.

L-aħħar aġġornament: 27/10/2020