ATLAS Ġudizzjarju f'materji kriminali

L-Atlas Ġudizzjarju tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jgħinek issib l-awtorità kompetenti li jkollok bżonn tikkuntattja biex titlob kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, skont it-tip ta’ kooperazzjoni (“miżura”) li tintalab.

L-awtorità rilevanti tvarja bejn il-pajjiżi tal-UE u tiddependi fuq aspetti, bħal:

  • ir-reat involut
  • l-istadju tal-proċedimenti
  • l-istrument legali użat bħala bażi ġuridika.

Meta applikabbli, l-Atlas jelenka wkoll awtoritajiet kompetenti reġjonali f’pajjiż partikolari.

Tista’ tfittex skont dawn il-miżuri li ġejjin:

  • L-intraċċar u l-interċettazzjoni ta’ (tele)komunikazzjonijiet
  • Aġenti u informaturi – l-infiltrazzjoni
  • L-eżaminazzjoni, it-tiftix fuq il-persuna u l-evalwazzjoni tal-esperti
  • Dokumenti – il-ksib
  • Assi – is-sekwestru, il-konfiska u r-restituzzjoni
  • Postijiet – żjara u tiftix
  • Xhieda, vittmi, suspettati – taħrik u seduta ta’ smigħ
  • Operazzjonijiet transfruntiera
  • Miżuri speċifiċi għall-istrumenti ta’ rikonoxximent reċiproku
  • Trasferiment tal-proċedimenti

Din l-għodda hija disponibbli hawnhekk (nota: se tkun qed toħroġ mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja).

L-aħħar aġġornament: 19/02/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.