Kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux tal-UE u netwerks ġudizzjarji

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew, apparti r-relazzjonijiet mill-qrib tiegħu mal-pajjiżi kandidati u assoċjati tal-UE, stabbilixxa wkoll relazzjonijiet ma’ netwerks ġudizzjarji oħra u diversi pajjiżi oħra mhux tal-UE madwar id-dinja.

Bis-saħħa tat-Taqsima Cooperation with 3rd countries and judicial networks (Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u man-netwerks ġudizzjarji) fis-sit web tan-NĠE, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE għandhom aċċess online għad-dettalji ta’ kuntatt tal-membri ta’ dawn in-netwerks ġudizzjarji u għall-punti ta’ kuntatt fil-pajjiżi mhux tal-UE. Għaldaqstant, il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE jkunu jistgħu jassistu lill-awtoritajiet nazzjonali anki meta jkun hemm ħtieġa ta’ kooperazzjoni lil hinn mill-UE.

Qafas legali

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali bejn il-pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE hija rregolata permezz tat-trattati u tal-ftehimiet internazzjonali, kemm bilaterali kif ukoll multilaterali.

L-istrumenti multilaterali jinkludi dawk adottati fl-ambitu tal-Kunsill tal-Ewropa u tan-NU, kif ukoll ftehimiet bejn l-UE u l-pajjiżi individwali. Dawn id-dokumenti tista’ ssibhom fil-Librerija Ġudizzjarja.

L-aħħar aġġornament: 17/04/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.