Dwar in-NĠE

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji kriminali (NĠE-kriminali) huwa netwerk ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri tal-UE maħtura fost awtoritajiet ċentrali u awtoritajiet kompetenti oħra, b’responsabbiltajiet speċifiċi fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

Ir-rwol tan-NĠE huwa li jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, billi jipprovdi konsulenza ġuridika u prattika u li jassisti sabiex jiġu stabbiliti kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Il-Punti ta’ Kuntatt tan-NĠE huma involuti wkoll fl-organizzazzjoni tas-sessjonijiet ta’ taħriġ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u jippromwovuhom.

Is-sit web tan-NĠE joffri għodod elettroniċi għall-iffaċilitar tal-kooperazzjoni, kif ukoll informazzjoni prattika oħra, inkluż dwar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi u netwerks ġudizzjarji barra mill-UE.

In-NĠE huwa taħt l-amministrazzjoni ta’ Segretarjat, li jinsab f’Eurojust fl-Aja. Il-Kap attwali tas-Segretarjat tan-NĠE huwa s-Sur Ola LÖFGREN.

Agħfas hawnhekk biex iżżur is-sit web tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji kriminali.

L-aħħar aġġornament: 19/02/2019

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna