Leġiżlazzjoni u każistika

Leġiżlazzjoni applikabbli għaċ-ċittadini tal-UE u sentenzi tal-ġurisprudenza

Uri aktarUri inqas

Il-leġiżlazzjoni fl-UE u fl-Istati Membri tagħha tiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini. Kull pajjiż għandu l-liġi tiegħu, is-sistema ġuridika tiegħu u r-rekwiżiti kostituzzjonali tiegħu. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha huma marbuta bil-liġi tal-Unjoni Ewropea u bid-dritt internazzjonali. Il-ġurisprudenza hija magħmula mid-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati meta jinterpretaw il-liġi li tkun qed tiġi applikata fil-kawżi. Id-deċiżjonijiet huma disponibbli f’bażijiet tad-data li wieħed jista’ jfittex fihom. Ħafna minn dawn huma bla ħlas, iżda xi wħud mill-bażijiet tad-data jirrikjedu l-ħlas.