Sib informazzjoni għal kull reġjun
Fil-Portugall, bħala regola, il-kumpens tad-danni għandu jintalab bil-proċedimenti kriminali. Ir-reati li jiffurmaw l-oġġett tal-proċedimenti kriminali jistgħu jkunu wkoll raġunijiet għal responsabbiltà ċivili, sa fejn dawn jagħmlu ħsara lill-interessi li jistgħu jkunu soġġetti għal rimedju għall-ħsara lill-proprjetà, skont id-dritt ċivili.
Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (KPK) jistabbilixxi l-prinċipju ta’ aderenza, li bih talba ċivili għall-kumpens tad-danni fuq il-bażi tat-twettiq ta’ reat għandha titressaq fil-proċeduri kriminali rispettivi, u tista’ tiġi deċiża separatament biss quddiem qorti ċivili fil-każijiet previsti fil-liġi u stabbiliti fil-KPK.
F’ċirkustanzi fejn il-vittma tkun residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u tkun il-vittma ta’ reat fi Stat li ma jkunx dak tar-residenza tagħha, hija tista’ tissottometti t-talba għall-kumpens tad-danni lill-awtorità responsabbli biex teżamina u tiddeċiedi dawn it-talbiet fl-Istat tar-residenza tagħha. Din tal-aħħar għandha tibgħat it-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat fejn seħħ ir-reat.
Il-vittma trid tiddikjara l-intenzjoni tagħha li tippreżenta talba għall-kumpens tad-danni malli tippreżenta l-ilment tagħha, jew qabel ma tiġi konkluża l-investigazzjoni. Imbagħad hija tiġi nnotifikata bl-att tal-akkuża u jkollha 20 jum biex tissottometti t-talba tagħha għall-kumpens tad-danni.
Anki jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għall-kumpens tad-danni, l-imħallef jista’, ex officio, u wara li jqis iċ-ċirkustanzi tal-vittma, jordna lill-akkużat iħallas lill-vittma ċertu kumpens għad-dannu sofrut, sakemm il-vittma ma toġġezzjonax hija stess.
Fil-każ tal-vittmi ta’ reati vjolenti, it-talba għall-kumpens tad-danni tista’ tiġi ppreżentata sa sena wara d-deċiżjoni finali.
Jekk il-vittma kienet minorenni fiż-żmien li twettaq ir-reat, hija tista’ tippreżenta t-talba sa sena wara li tilħaq l-età maġġuri jew li ssir emanċipata.
It-talba għall-kumpens tad-danni tista’ ssir fuq il-bażi tal-okkorrenza ta’:
Le. It-talba trid sempliċement tinkludi deskrizzjoni fil-qosor tal-fatti li l-pretensjoni tkun ibbażata fuqhom u tindika t-telf imġarrab u l-valur tiegħu.
Madankollu, jekk it-talba tinvolvi ammont akbar minn EUR 5 000, tkun trid titħallas tariffa tal-qorti u t-talba tkun trid tiġi ppreżentata minn avukat.
Danni mħallsa mill-Istat
Il-vittma trid tippreżenta d-dokumenti kollha li jipprovdu evidenza tat-telf imġarrab (ara l-paragrafu 1.1). Hija trid tipproduċi wkoll xhieda li jistgħu jikkorroboraw u jikkonfermaw li l-vittma ġarrbet it-telf li qed tgħid.
Jekk it-talba tkun anqas minn EUR 5 000, ma jkun hemm ebda tariffa pagabbli, u t-talba tista’ tiġi ppreżentata mill-vittma nnifisha.
Jekk it-talba tkun ta’ aktar minn EUR 5 000, it-talba trid tiġi ppreżentata minn avukat li jirrappreżenta lill-vittma u tkun soġġetta għall-ħlas ta’ tariffa tal-qorti, sakemm il-vittma ma tkunx qiegħda tirċievi għajnuna legali.
Għall-vittmi ta’ reati vjolenti u ta’ reati ta’ vjolenza domestika, it-talba għal ħlas bil-quddiem tintbagħat lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (KPVR) u hija eżentata mill-ħlas ta’ kwalunkwe spiża jew imposta mill-vittma.
Jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, it-talba tista’ tiġi ppreżentata lill-KPVR, bil-kundizzjoni li r-rikorrent ikollu r-residenza abitwali tiegħu fil-Portugall.
Iva, tista’ tapplika għall-għajnuna legali f’ċerti ċirkustanzi.
Il-vittma hija intitolata għal parir u gwida legali dwar ir-rwol tagħha matul il-proċedimenti.
Jekk tixtieq tissieħeb fil-proċedimenti bħala parti ċivili, inti trid tapplika għall-għajnuna legali fi stadju bikri tal-proċedimenti jew meta, bħala xhud, inti tkun tixtieq li tiġi akkumpanjat minn avukat u ma jkollokx il-mezzi finanzjarji biex tkopri l-ispejjeż rispettivi.
Tista’ tapplika wkoll għall-għajnuna legali:
Nota: Id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-għajnuna legali tittieħed mill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, abbażi ta’ formula ta’ kalkolu li tqis il-beni, id-dħul u n-nefqa ta’ min ikun qed jitlobha. It-talba għall-għajnuna legali trid tiġi ppreżentata billi jintużaw il-formoli li jistgħu jinkisbu bla ħlas mis-servizzi tas-sigurtà soċjali. Il-formola tista’ tiġi ppreżentata personalment, bil-faks, bil-posta jew bl-internet, fil-każ tal-aħħar billi timtela l-formola diġitali rispettiva. It-talba trid tkun akkumpanjata minn sett ta’ dokumenti li jikkonfermaw it-tbatija finanzjarja ta’ min qed jitlob l-għajnuna legali. Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum. Is-sottomissjoni ta’ din it-talba ma tinvolvix spejjeż għall-vittma.
Jekk ma jkunx hemm kundanna għat-twettiq tar-reat.
Jekk il-vittma ma tkunx tista’ tipprova t-telf li sofriet.
Iva. Inti tista’ tappella kontra d-deċiżjoni jekk tkun isseħibt fil-proċedimenti bħala parti ċivili.
Tista’ tirrikorri wkoll għal mezzi konvenzjonali (il-qrati ċivili) jekk, għal xi raġuni, it-talba ma tkunx ġiet ikkunsidrata.
Iva. Jekk il-konvenut ma jħallasx id-danni b’mod volontarju, il-vittma tista’ tieħu azzjoni ta’ eżekuzzjoni, jiġifieri, titlob lill-qorti biex teżegwixxi d-deċiżjoni li jingħata kumpens għad-danni pereżempju permezz ta’ sekwestru tas-salarju, tal-kontijiet bankarji, tal-proprjetà immobbli jew mobbli, sakemm jintlaħaq il-valur tal-kumpens għad-danni mogħti lill-vittma.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.