Talba għall-ħlas tad-danni mingħand min ikun wettaq ir-reat

Informazzjoni dwar kif titlob kumpens mill-awtur tad-delitt

L-istrument rilevanti tad-dritt tal-UE huwa d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi).

L-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Vittmi tesiġi li l-vittmi kollha ta’ delitt għandhom dritt għal deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtur ta’ ksur matul il-proċedimenti kriminali.

Hawnhekk issib informazzjoni dwar kif titlob kumpens mill-awtur tar-reat matul proċess kriminali (proċedimenti kriminali).

Sabiex issib informazzjoni ta’ rilevanza għall-każ tiegħek, għandek tikkonsulta l-informazzjoni għall-pajjiż tal-UE fejn se jsiru l-proċedimenti kriminali.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 08/10/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.