If my claim (from another country) is to be considered in this country

Information on how an EU country assesses an application for compensation

If you fell victim to a crime while you were abroad (in an EU country in which you do not live) you can submit the application to the assisting authority of the country in which you live. The assisting authority translates and transmits the application to the deciding authority of the EU country where the crime was committed. The deciding authority is responsible for assessing the application and payment of the compensation.

Here you find information about how your application will be assessed by the deciding authority in the EU country where the crime was committed.

You are advised to look at the information for the country where the crime was committed.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 08/10/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Belġju

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

(a) Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali (Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence) tista’ tgħin lill-vittmi li jkunu ċittadini Belġjani jew residenti tal-Belġju biex jiksbu kumpens f’pajjiż ieħor tal-UE.

Indirizz:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES

(b) Għall-każijiet ta’ vittmi ta’ terroriżmu, jeħtieġ li tiġi kkuntattjata t-Taqsima tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni.

Indirizz postali:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES
Indirizz tal-Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterrorvictims@just.fgov.be

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli noqgħod ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Iva.

L-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens, b’liema lingwa/i taċċetta/jaċċettaw:

  • it-talba? Bil-Franċiż, bl-Olandiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż
  • id-dokumenti ta’ sostenn? Bil-Franċiż, bl-Olandiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Din il-kwistjoni għadha ma qamitx u għadha qed tiġi kkunsidrata.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom dawn?

Le.

Jekk jeħtieġ li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun se tittieħed deċiżjoni dwarha, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nikklejmjahom? Lil min għandi nikkuntattja?

Le.

Niġi pprovdut b'interpretu, f’każ li jkun hemm bżonn li nkun preżenti fiżikament?

Le.

Ċertifikati mediċi maħruġin minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi se jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Dan jiġi vvalutat mill-Kummissjoni abbażi tal-korriment u tal-gravità tal-korriment imġarrab mill-vittma.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm jieħdu żmien awtorità/korp bejn wieħed u ieħor biex jiddeċiedu dwar kumpens?

Bħalissa 18-il xahar. Il-proċedura hija l-istess għall-każijiet transfruntiera u għall-każijiet nazzjonali.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bil-Franċiż, bl-Olandiż, bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx issodisfat bid-deċiżjoni, kif nista’ nappellaha?

M’hemm l-ebda proċedura għall-appell tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Quddiem il-Kunsill Belġjan tal-Istat jista’ titressaq biss rikors għal annullament(Conseil d’Etat).

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le, il-Kummissjoni ma tinvolvix ruħha f’dan ir-rigward.

Hemm xi organizzazzjoni tal-appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li tista’ tgħinni nitlob il-kumpens f’każ transfruntier?

Hemm servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinu lill-vittmi jitolbu assistenza finanzjarja mingħand il-Kummissjoni.

L-appoġġ għall-vittmi huwa pprovdut mill-komunitajiet u mir-reġjuni tal-Belġju.

Għal aktar informazzjoni (b’mod partikolari dwar id-diversi servizzi approvati għall-għoti ta’ assistenza), jekk jogħġbok żur is-siti web li ġejjin:

Il-Federazzjoni ta’ Wallonja-Brussell: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavictimes.be

Il-Fjandri: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaslachtofferzorg.be

L-aħħar aġġornament: 14/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Bulgarija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat

Indirizz: 1 Slavyanska Street, Sofia 1040, Republic of Bulgaria

Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.compensation.bg

Fil-każ ta’ reati kriminali mwettqa fit-territorju tar-Repubblika tal-Bulgarija, l-awtorità li tiddeċiedi fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-kumpens f’każijiet transfruntiera hija l-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat.

Fil-każ ta’ reati kriminali mwettqa barra mir-Repubblika tal-Bulgarija, il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat jaġixxi bħala awtorità li tassisti u jibgħat l-applikazzjoni għall-kumpens lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-awtorità li tassisti fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Iva, tista'.

B’liema lingwa/lingwi l-awtorità / awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:

  • it-talba? Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.
  • id-dokumenti ta’ sostenn? Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat iħallas għat-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, ma hemmx.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlob dawn l-ispejjeż? Lil min irrid nikkuntattja?

Il-vittma ma tkunx preżenti waqt il-proċedura għall-għoti tal-kumpens mill-pajjiż.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli bżonn inkun preżenti personalment?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Iva, jiġu aċċettati. Id-dokumenti mediċi, inklużi dawk li jattestaw l-ispejjeż mediċi maħruġa mill-pajjiż ikkonċernat, jistgħu jiġu aċċettati u / jew rikonoxxuti, iżda l-Kunsill Nazzjonali jiddeċiedi dwar din il-kwistjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar relatati ma’ eżami mediku jistgħu jiġu rimborżati, iżda l-Kunsill Nazzjonali jiddeċiedi dwar din il-kwistjoni fuq bażi ta’ każ b’każ.

Bejn wieħed u ieħor kemm jieħu żmien biex l-awtorità / il-korp jiddeċiedu dwar il-kumpens?

L-applikazzjoni għall-kumpens tiġi eżaminata fi żmien xahar mid-data li tasal. Jekk ikun meħtieġ, dan it-terminu jista’ jiġi estiż b’sa tliet xhur.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bil-Bulgaru u bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat ma jistgħux jiġu kkontestati.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Il-proċedura għall-għoti tal-kumpens mill-pajjiż ma tirrikjedix l-involviment ta’ avukat.

Hemm organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Iva. L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Organizzazzjonijiet ta’ Appoġġ lill-Vittmi

Tel. +359 29819300

L-aħħar aġġornament: 25/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Iċ-Ċekja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja taċ-Ċekja, id-Dipartiment tal-Kumpens

Vyšehradská 16
CZ-128 00
Praga 2

Tel: (420) 221997966
Faks : (420) 221997967

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaodsk@msp.justice.cz

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba/dokumenti ta’ sostenn?

Biċ-Ċek, bis-Slovakk jew bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-awtorità li tiddeċiedi dwar it-talba ma taċċettax dokumenti b’lingwi oħra minbarra biċ-Ċek, bis-Slovakk, jew bl-Ingliż (tinjorahom, u tistieden lill-persuna li tkun qed tippreżenta t-talba biex tissottometti t-talba jew id-dokumenti tradotti f’waħda mil-lingwi aċċettati); jekk tkun teħtieġ traduzzjoni tad-dokumenti bl-Ingliż, tagħmel dan għas-spejjeż tagħha stess.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Ma jingħatax rimborż għall-ispejjeż tal-ivjaġġar.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

L-awtorità li tiddeċiedi ma tipprovdix interpretu.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Huwa ferm probabbli li ċ-ċertifikat mediku mill-post tar-residenza tiegħek jiġi rikonoxxut.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

It-talba għandha tiġi deċiża fi żmien 3 xhur.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Biċ-Ċek jew bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tippreżenta rikors amministrattiv fil-qorti.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Iva, għas-spejjeż tiegħek.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

L-akbar organizzazzjoni mhux governattiva li toffri appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità hija Bílý kruh obětí (Ċirku Abjad tal-Vittmi).

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Danimarka

Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż

It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi stess)?

Mhemmx rekwiżit li jgħid li l-applikazzjoni trid tintbagħat permezz tal-awtorità ta’ assistenza. L-applikazzjoni tista’ tintbagħat direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż (il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż) li mbagħad tibgħatha lill-pulizija tad-distrett fejn ikun qiegħed jiġi investigat il-każ kriminali. L-applikazzjoni tista’ tintbagħat ukoll direttament lill-pulizija.

L-awtoritajiet għall-kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw: it-talba? Id-dokumenti ta’ sostenn?

Id-dokumenti mibgħuta jiġu aċċettati kemm bid-Daniż kif ukoll bl-Ingliż. Madankollu, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jippreferi li kemm jista’ jkun id-dokumenti jiġu tradotti bid-Daniż.

Id-Danimarka għandha konvenzjoni dwar il-lingwa mal-pajjiżi Nordiċi tal-Finlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvezja, li bis-saħħa tagħha ċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi għandhom id-dritt jużaw il-lingwa propja tagħhom f’pajjiż Nordiku ieħor. Il-lingwi koperti mill-konvenzjoni huma d-Daniż, il-Finlandiż, l-Iżlandiż, in-Norveġiż u l-Iżvediż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi it-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għaliha?

Il-pulizija Daniża tħallas għat-traduzzjoni tad-dokumenti f’każijiet tal-kumpens.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi? (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif inħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-kunsiderazzjoni tal-każ issir bil-miktub. Għalhekk bħala l-applikant mhemmx għalfejn tkun preżenti matul il-kunsiderazzjoni tal-każ quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż, u l-anqas meta l-Bord jieħu deċiżjoni.

Jekk ikun hemm bżonn li nkun preżenti personalment, jiġi pprovdut interpretu?

Minħabba li l-kunsiderazzjoni tal-każ issir bil-miktub, il-kwistjonijiet ta’ attendenza personali u l-assistenza bl-interpretazzjoni mhumiex rilevanti.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġi aċċettati jew rikonoxxuti - jew inkella jkolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Mhemmx rekwiżit għal valutazzjonijiet u eżaminazzjonijiet mediċi li jridu jsiru minn tobba f'dan il-pajjiż. Bħala regola ġenerali, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jaċċetta ċ-ċertifikati mediċi kollha.

Jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar?

Normalment mhemmx bżonn ta’ eżamijiet mediċi f’dan il-pajjiż jekk tgħix f’pajjiż ieħor tal-UE, għaliex l-eżami jista’ jsir fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

L-infiq għall-ivvjaġġar lejn u mit-trattament jista’ jiġi koperti bħala spiża marbuta mal-irkupru.

Kemm indum biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?

Il-ħin ta’ kunsiderazzjoni tal-każ min-naħa tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jista’ jvarja b’mod konsiderevoli minn każ għal ieħor. Dan huwa dovut, fost affarijiet oħra, għall-bżonn li tinkiseb informazzjoni addizzjonali għall-każ minn, skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, il-pulizija, it-tobba jew awtoritajiet oħra; bl-istess mod, f’każijiet fejn hemm kwistjoni ta’ korriment permanenti jew telf ta’ kapaċità tal-qligħ, il-każ jista’ jkollu bżonn jintbagħat lill-Assigurazzjoni tas-Suq tax-Xogħol (Arbejdsmarkedets Erhvervssikring), li jista’ jirriżulta f’estensjoni tal-ħin ta’ kunsiderazzjoni.

Aktar minn 50% tal-każiijiet il-ġodda li jaslu quddiem il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jiġu pproċessati fi żmien ħamsin jum b’proċedura partikolarment rapida użata f’każiijiet mhux ikkumplikati. Dawn jinkludu każijiet fejn ikun hemm sentenza finali rigward kemm il-kwistjoni ta’ ħtija kif ukoll l-ammont ta’ kumpens.

Jekk il-każ ma jistax jiġi deċiż b’din il-proċedura partikolarment rapida, il-ħin ta’ pproċessar ta’ każ ordinarju min-naħa tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż attwalment huwa ta’ massimu ta’ tmintax il-xahar minn meta l-Bord jirċievi applikazzjoni ġdida għall-kumpens.

Inti tista’ tħaffef il-kunsiderazzjoni tal-każ tiegħek billi tippreżenta provi tat-talbiet tiegħu lill-Bord. Id-dokumentazzjoni tista’ tikkonsisti minn, pereżempju, irċevuti għall-akkwist ta’ mediċini, ċertifikati mediċi għall-perjodu ta’ mard jew dikjarazzjoni mill-impjegatur tiegħek rigward il-qligħ mitluf kawża tal-korriment.

B’liema lingwa nirċievi deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jipprepara d-deċiżjonijiet kollha bid-Daniż. Inti mbagħad ikollok l-opportunità li jkollik traduzzjoni tad-deċiżjoni mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?

Ma tistax tmur għand awtoritajiet oħra biex tappella d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż. Jekk trid bidla fid-deċiżjoni, l-ewwel trid tikkuntattja lill-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż u tispjega għalfejn ma taqbilx mad-deċiżjoni. Il-Bord imbagħad jivvaluta jekk hemmx bażi biex jerġa jiftaħ l-eżaminazzjoni tal-każ. Il-kriterju normalment huwa li l-applikant ikun provda informazzjoni ġdida u rilevanti li hija importanti għall-eżitu tal-każ.

Jekk il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jilqa’ d-deċiżjoni, id-deċiżjoni tiegħek tista’ tiġi rieżaminata mill-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż.

Tista tappella wkoll quddiem l-Ombudsman Parlamentari.

Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Il-kunsiderazzjoni tal-każijiet hija organizzata b’tali mod li ġeneralment ma jkollokx bżonn għajnuna legali, iżda hemm il-possibiltà tagħha skont ir-regolamenti tal-pajjiż. F’każijiet speċjali, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż jista’ jiddeċiedi li l-applikant irid iħallas bi sħiħ jew parzjalment l-ispejjeż imġarrba minnu b’rabta mal-proċedimenti quddiem il-Bord.

Mhemmx rekwiżit li l-għajuna legali jew l-aċċess għall-avukat trid tiġi provduta minn avukat jew minn organizzazzjoni għall-għajnuna legali f’dan il-pajjiż.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni biex nitlob kumpens f’każ transfruntier?

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Ġermanja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet ta’ assistenza f’kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat. Biex ir-rikorrenti barranin ma jkollhomx għalfejn ifittxu l-korp responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw lill-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali (il-Ministeru Federali għax-Xogħol u għall-Affarijiet Soċjali), li jgħaddi t-talba għal kumpens lill-awtorità t-tajba.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-punt ta’ kuntatt f’pajjiżi)?

Tista’, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ assistenza.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:

It-talba?

Bi kwalunkwe lingwa Ewropea

Id-dokumenti ta’ sostenn?

Bi kwalunkwe lingwa Ewropea

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

It-traduzzjonijiet huma bla ħlas għar-rikorrenti. Dawn l-ispejjeż normalment jiġġarrbu mill-awtoritajiet li jiddeċiedu.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, min iħallas l-ispejjeż?

M’hemm l-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor għal talbiet ta’ kumpens għall-vittmi fil-Ġermanja.

Jekk ikolli bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.

Huwa pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti fiżikament?

M’intix intitolat(a) legalment għal interpretu. Madankollu, fil-prattika, l-interpreti huma ta’ spiss użati meta jkunu meħtieġa.

Se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħi - jew is-saħħa/korrimenti tiegħi se jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Dawn iċ-ċertifikati huma ġeneralment aċċettati.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.

Bejn wieħed u ieħor, kemm iddum biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?

Ma hemm l-ebda risposta definittiva għal din il-mistoqsija, peress li t-tul tal-proċedura tal-kumpens huwa marbut mill-qrib maċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni rigward it-talba tiegħi?

Normalment id-deċiżjoni tiġi tradotta bil-lingwa nazzjonali rilevanti.

Jekk id-deċiżjoni ma tissodisfanix, kif nista’ nikkontestaha?

Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni fil-proċedura tal-kumpens. Jekk l-appell ma jintlaqax, ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Qorti Soċjali.

Nista’ nikseb assistenza legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Ir-rikorrenti kollha jistgħu jiksbu assistenza legali fi kwalunkwe ħin, madankollu l-ispejjeż ma jistgħux jitħallsu lura.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?

Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Ġermanja li jistgħu jipprovdu assistenza. Is-sit web li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali tajba u huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bl-Ispanjol ukoll: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.odabs.org.

L-aħħar aġġornament: 17/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Estonja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali

Endla 8
15092
TALLINN

Telefon: +372 612 1360
Fax: +372 640 8155

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@sotsiaalkindlustusamet.ee
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sotsiaalkindlustusamet.ee/

Kummenti:
L-awtorità li tiddeċiedi hija l-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali flimkien mad-dipartimenti tal-pensjoni lokali tiegħu. Dalwaqt se tkun tista’ ssib informazzjoni dwar id-dipartimenti lokali tal-pensjoni fuq din il-paġna.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Iva.

B’liema lingwa/lingwi taċċetta d-dokumenti l-awtorità ta’ kumpens?

Bil-lingwi uffiċjali Ewropej, preferibbilment l-Estonjan jew l-Ingliż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Is-servizz tat-traduzzjoni jitħallas mill-awtorità li tikkummissjona t-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tkun qiegħda tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min irrid nikkuntattja?

Mhijiex meħtieġa l-preżenza fiżika tiegħek waqt il-proċess ta' teħid ta' deċiżjoni.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli bżonn inkun preżenti personalment?

Mhijiex meħtieġa l-preżenza personali tiegħek.

Iċ-ċertifikati mediċi maħruġa mit-tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew saħħti / il-korriment tiegħi jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Id-dokumenti maħruġa fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea huma aċċettati, iżda tabib espert jivvaluta s-saħħa u l-korrimenti tal-vittma abbażi tad-dokumenti mediċi maħruġa fil-pajjiż tar-residenza tal-vittma.

Niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Ma għandekx għalfejn tattendi għal eżami mediku.

Bejn wieħed u ieħor kemm jieħu żmien biex l-awtorità/korp jiddeċiedu dwar il-kumpens?

Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum minn meta jasal l-aħħar dokument.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Estonjan.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tiġi ppreżentata oġġezzjoni kontra d-deċiżjoni fi żmien 30 jum minn meta tasal. B’mod alternattiv, jista’ jiġi ppreżentat ilment f’qorti amministrattiva skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva. Aħna nsolvu oġġezzjoni fi żmien 30 jum minn meta nirċievu l-oġġezzjoni.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva.

Hemm organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob il-kumpens f’każ transfruntier?

Iva: il-fornituri ta’ appoġġ lill-vittmi. Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jistgħu jinstabu fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-aħħar aġġornament: 15/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Greċja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każi transfruntiera?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Awtorità Griega tal-Kumpens (Archí Apozimíosis)

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tieħu d-deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każi transfruntiera (mingħajr ma jkolli nirrikorri għand l-awtorità tal-assistenza fil-pajjiż ta’ appartenenza tiegħi)?

Jekk ir-residenza (katoikía) jew ir-residenza abitwali tiegħek (siníthi diamoní) tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, it-talba għandha titressaq lill-awtorità tal-assistenza tal-Istat Membru kkonċernat, u din tibgħatha lill-Awtorità Griega tal-Kumpens. F’dak il-każ, l-Awtorità Griega tal-Kumpens tibgħat l-informazzjoni li ġejja malajr kemm jista’ jkun lill-awtorità tal-assistenza tal-Istat Membru kkonċernat u lill-attur: (a) il-persuna ta’ kuntatt jew id-dipartiment responsabbli mill-indirizzar tal-kwistjoni; (b) rikonoxximent tal-wasla tat-talba; u (c) indikazzjoni approssimattiva taż-żmien li fih ikun mistenni li tittieħed deċiżjoni dwar it-talba.

F’liema lingwa/i l-awtorità/ajiet tal-kumpens jaċċettaw it-talba?

Il-lingwa uffiċjali għas-sottomissjoni tat-talba u tal-iskambju tal-informazzjoni, tad-data u tad-dokumenti ta’ sostenn hija l-Grieg.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/d-dokumenti ta’ sostenn, min iħallas għal dan?

L-awtorità ma ġġorrx ir-responsabbiltà għat-traduzzjoni u għaldaqstant ma tħallasx dawn l-ispejjeż.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (jekk tasal minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Iva, il-ħlas huwa ta’ EUR 50. Jekk it-tariffa ma tkunx tħallset meta t-talba tiġi kkunsidrata mill-Awtorità tal-Kumpens, it-talba tiġi rrifjutata. L-Awtorità Griega tal-Assistenza tista’ tipprovdilek l-informazzjoni dwar it-trasferiment bankarju li tintalab tagħmel.

Jekk tinsab f’pajjiż SEPA (Żona Unika ta’ Pagament bl-Euro), tista’ tħallas it-tariffa elettronika permezz ta’ trasferiment ta’ kreditu SEPA fil-munita euro, mal-Bank of Greece bħala bank riċevitur. In-numru tal-kont IBAN u d-dettalji tat-trasferiment huma dawn:

Isem tal-benefiċjarju: IL-MINISTERU GĦALL-FINANZI

Indirizz tal-benefiċjarju: 10 Kar. Servias St., 10562 Ateni

IBAN tal-benefiċjarju: GR1201000230000000481090510

Kodiċi għall-Identifikazzjoni tan-Negozju (BIC) tal-bank tal-benefiċjarju BNGRGRAA

Informazzjoni dwar it-trasferiment: xxxxxxxxx95xxxxxxxxx (il-kodiċi tal-password / kodiċi tal-ħlas b’20 ċifra jingħatalek mill-Awtorità Griega tal-Assistenza)

Jekk niġi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ ningħata rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif nista’ nitolbu? Lil min għandi nikkuntattja?

L-Awtorità Griega tal-Kumpens tista’, jekk tqis li jkun meħtieġ, tistieden lilek, lit-trasgressur jew lil partijiet oħra, bħal xhieda jew esperti, biex tidhru personalment ħalli tixhdu quddiemha.

Jekk il-post tar-residenza jew ir-residenza abitwali tiegħek tkun tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-Awtorità Griega tal-Kumpens titlob lill-awtorità tal-assistenza rilevanti biex tisma’ lill-persuna kkonċernata skont il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab u biex tibagħtilha rapport dwar is-smigħ. Tista’ wkoll, b’kooperazzjoni mal-awtorità tal-assistenza rilevanti, twettaq is-smigħ hija stess, skont il-liġi Griega, bit-telefon jew b’vidjokonferenza. F’dak il-każ, l-Awtorità Griega tal-Kumpens ma tistax tobbligak tidher quddiemha. L-Awtorità Griega tal-Assistenza għandha tgħin lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat fis-smigħ tiegħek jew fis-smigħ ta’ partijiet oħrajn, bħal xhieda jew esperti.

Għal dan il-għan, l-Awtorità Griega tal-Assistenza, wara talba mill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat, tagħmel dan li ġej: (a) tassisti lill-awtorità tal-kumpens meta s-seduta titmexxa direttament minn din tal-aħħar bit-telefown jew b’vidjokonferenza, skont il-liġi Griega, u f’dan il-każ l-Awtorità tal-Assistenza tipprovdi u tiżgura l-infrastruttura loġistika meħtieġa; jew (b) tmexxi s-seduta hija stess, skont il-liġi Griega, u tibgħat rapport dwar is-seduta lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rapport dwar is-seduta, li jitfassal bil-Grieg, jinqaleb fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.

L-ispejjeż imġarrba f’dan ir-rigward mill-Awtorità Griega tal-Assistenza jitħallsu mill-Istat Grieg.

Ikun hemm interpretu f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Iva, ikun hemm interpretu.

Iċ-ċertifikati mediċi mogħtija minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew qabelxejn is-saħħa/korriment tiegħi jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tiegħek?

Huma aċċettati, iżda jibqa’ possibbli li jiġi ordnat isir ukoll rapport minn espert.

Ningħata rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Iva, tingħata rimborż.

Kemm iddum ma tittieħed, bejn wieħed u ieħor, id-deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?

L-Awtorità Griega tal-Kumpens għandha teżamina l-każ fi żmien 3 xhur mid-data li fiha tkun saret it-talba, u għandha tagħti d-deċiżjoni finali tagħha fi żmien 3 xhur mid-data tal-valutazzjoni tat-talba.

F’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Fil-lingwa li tifhem.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Amministrattiva Ġenerali (Dioikitikó Protodikeío) fi żmien 4 xhur.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Il-vittmi ta’ atti kriminali jikkwalifikaw ukoll għal għajnuna legali fir-rigward ta’ kwalunkwe talba kriminali u ċivili. Il-liġi (l-Artikolu 1 tal-Liġi 3226/2004) tipprovdi għajnuna legali lil ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE b’introjtu baxx, ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr Stat jekk dawn ikunu residenti legalment jew ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Iċ-ċittadini b’introjtu baxx intitolati għall-għajnuna legali huma dawk li l-introjtu annwali tal-familja tagħhom ma jaqbiżx iż-żewġ terzi tal-introjtu personali annwali minimu ddefinit fil-Ftehim Kollettiv Nazzjonali Ġenerali tax-Xogħol. Fil-każ ta’ tilwima domestika, l-introjtu tal-parti l-oħra fit-tilwima ma jiġix ikkunsidrat.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru tar-Riċerka għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (Kéntro Erevnón gia Thémata Isótitas – KEThI)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (Ethnikó Kéntro Koinonikís Allilengýis – EKKA)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri (Genikí Grammateía Isótitas ton Fýlon)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Grieg għar-Refuġjati (Ellinikó Symvoúlio gia tous Prósfyges)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmnesty International – it-Taqsima Griega (Diethnís Amnistía – Ellinikó Tmíma)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPulizija Ellenika – Ċiberkriminalità

L-aħħar aġġornament: 25/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Spanja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

-

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli ngħaddi mill-awtorità tal-assistenza fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħi)?

Għal reati vjolenti u reati sesswali, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità (Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito) huma l-awtorità tal-assistenza.

Tista’ ssib il-post tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħolqa li ġejja.

Għal reati ta’ terroriżmu, il-Ministeru tal-Intern huwa l-awtorità tal-assistenza.

Tista’ tiċċekkja s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Ministeru tal-Intern għal informazzjoni dwar l-awtorità tal-assistenza.

Jista’ jkun hemm każijiet fejn l-awtoritajiet tal-assistenza ta’ Stati Membri oħra jistabbilixxu kuntatt dirett mal-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet, għalkemm aħna nirrakkomandaw li t-talbiet jgħaddu mill-awtoritajiet tal-assistenza.

F’liema lingwa / lingwi l-awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw - it-talba? - id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-lingwa aċċettata għat-talbiet għall-kumpens u d-dokumenti hija l-Ispanjol.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Din l-informazzjoni mhix disponibbli.

Hemm spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata t-talba tiegħi (li tasal minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi, nista’ niġi rrimborżat(a) għall-ispejjeż tiegħi għall-ivvjaġġar? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u reati sesswali, ladarba jitlestew l-investigazzjonijiet kollha u qabel ma titfassal id-deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna mitluba, tiġi organizzata seduta ta’ smigħ għar-rikorrent skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, sabiex ir-rikorrent ikun jista’ jippreżenta l-argumenti rilevanti.

Jekk ir-reat twettaq fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE, meta t-talba għall-għajnuna ssir permezz tal-awtorità tal-assistenza tal-Istat Membru fejn jgħix abitwalment ir-rikorrent, id-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika (Dirección General de Costes de Personal y Pensiones Públicas del Ministerio de Hacienda y Función Pública), bħala l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet, jista’ jikseb il-kooperazzjoni tal-awtorità tal-assistenza rilevanti biex iwettaq il-proċedura għas-seduta ta’ smigħ tar-rikorrent jew ta’ kwalunkwe persuni jekk hija tqis li dan huwa meħtieġ.

Sabiex iwettaq is-seduta ta’ smigħ, id-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jista’ jitlob lill-awtorità tal-assistenza tal-Istat Membru fejn ir-rikorrent għall-għajnuna huwa resident abitwali biex tipprovdi dak kollu meħtieġ sabiex l-entità li tinvestiga l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna tkun tista’ tmexxi seduta ta’ smigħ direttament, bit-telefon jew b’vidjokonferenza, jekk ir-rikorrent jaqbel ma’ dan. Barra minn hekk, l-awtorità tal-assistenza li tmexxi s-seduta ta’ smigħ trid tibgħat lid-Direttorat Ġenerali tal-Ispejjeż tal-Persunal u l-Pensjonijiet Pubbliċi tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika rapport tas-seduta ta’ smigħ imwettqa.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, japplikaw l-istess regoli bħar-reati vjolenti u r-reati sesswali f’każijiet fejn ir-reat ikun twettaq fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE, jekk it-talba għall-għajnuna ssir permezz tal-awtorità tal-assistenza tal-Istat Membru fejn ir-rikorrent ikun resident abitwali, u huwa l-Ministeru tal-Intern, permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi ta’ Terroriżmu, bħala l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet, li jwettaq l-azzjonijiet deskritti hawn fuq fir-rigward tas-seduta ta’ smigħ.

Kif stabbilit hawn fuq, huwa possibbli li s-seduta ta’ smigħ titmexxa bit-telefon jew b’vidjokonferenza jekk ir-rikorrent jaqbel ma’ dan, b’hekk jiġu evitati spejjeż għall-ivvjaġġar.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

B’mod ġenerali, għall-vittmi ta’ kwalunkwe reat, kwalunkwe vittma li ma titkellimx jew ma tifhimx l-Ispanjol jew il-lingwa uffiċjali użata fil-proċedimenti għandha d-dritt li tiġi assistita mingħajr ħlas minn interpretu li jitkellem lingwa li tifhem il-vittma meta ssir dikjarazzjoni fl-istadju tal-investigazzjoni mill-maġistrat, il-prosekutur pubbliku jew uffiċjali tal-pulizija, jew meta persuna tiġi involuta bħala xhud fil-proċess jew fi kwalunkwe proċediment orali ieħor. Dan id-dritt japplika wkoll għal persuni b’nuqqas ta’ smigħ jew b’diffikultajiet fit-taħdit.

L-assistenza minn interpretu tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ vidjokonferenza jew kwalunkwe mezz ta’ telekomunikazzjoni, sakemm l-imħallef jew il-qorti, fuq inizjattiva tagħhom jew fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, ma jiddeċidux li l-interpretu jkun fiżikament preżenti sabiex jissalvagwardja d-drittijiet tal-vittma.

Fil-każ ta’ azzjoni tal-pulizija, kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix ipprovdut interpretar lil vittma tista’ tiġi appellata quddiem il-maġistrat inkwirenti. Dan l-appell jiġi mifhum li ġie ppreżentat meta l-persuna affettwata mid-deċiżjoni tesprimi l-iskuntentizza tagħha fiż-żmien tar-rifjut.

Deċiżjoni ġudizzjarja biex ma jiġix ipprovdut interpretar lil vittma tista’ tiġi appellata.

Barra minn hekk, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità, li huma l-awtoritajiet tal-assistenza għar-reati transfruntiera, jipprovdu informazzjoni lill-vittmi dwar is-servizzi ta’ interpretar disponibbli.

Ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew irrikonoxxuti – jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Id-dokumenti kollha inklużi mat-talba jridu jiġu tradotti għall-Ispanjol, peress li din hija l-unika lingwa aċċettata mill-awtorità tal-kumpens.

Niġi rrimborżat(a) għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm jgħaddi żmien bejn wieħed u ieħor sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/mill-entità?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u reati sesswali, il-perjodu perentorju għat-talba tal-għajnuna ġeneralment ikun ta’ sena mid-data li fiha seħħ ir-reat.

Il-limiti ta’ żmien biex tinħareġ deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta l-għajnuna, b’mod finali jew provviżorju, huma kif ġej:

  • Għal korrimenti li jikkawżaw diżabbiltà, aggravar ta’ tali korrimenti jew mewt: sitt (6) xhur.
  • Għal inkapaċità temporanja: 4 xhur.
  • Għall-ispejjeż ta’ trattament terapewtiku wara reati sesswali u għall-ispejjeż tal-funeral: xahrejn.

It-talbiet jistgħu jitqiesu bħala rrifjutati jekk ma tkun ħarġet l-ebda deċiżjoni b’mod ċar meta l-perjodu perentorju biex tinħareġ deċiżjoni jkun skada.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, b’mod ġenerali t-talbiet iridu jkunu ġew ippreżentati fi ħdan perjodu perentorju ta’ sena minn meta seħħ id-dannu jew miż-żmien meta kien hemm dijanjosi li turi relazzjoni kawżali bejn il-konsegwenza u l-att terroristiku. Fil-każ ta’ għajnuna għall-istudju, il-perjodu perentorju huwa ta’ tliet xhur mir-reġistrazzjoni għall-kors.

Il-perjodu perentorju biex tiġi adottata u nnotifikata d-deċiżjoni rilevanti huwa ta’ 12-il xahar, ħlief għall-għajnuna għall-istudju fejn huwa ta’ 6 xhur, u t-talba titqies bħala approvata jekk il-limiti ta’ żmien ikunu skadew mingħajr ma tkun ħarġet deċiżjoni ċara.

F’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Ispanjol.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Għal reati vjolenti u reati sesswali, ir-rikorrenti jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar l-għajnuna stabbilita legalment fi żmien perjodu ta’ xahar wara n-notifika. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix ikkontestata fi ħdan dak il-perjodu perentorju, l-unika possibbiltà tkun li tiġi ppreżentata talba għal rieżami eċċezzjonali lill-Ministeru msemmi hawn fuq.

Il-kontestazzjoni tista’ ssir lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jew lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Għajnuna u l-Assistenza lill-Vittmi ta’ Reati Vjolenti (Comisión Nacional de Ayuda y Asistencia a las Víctimas de Delitos Violentos).

Il-Kummissjoni Nazzjonali hija l-entità kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar l-għajnuna mogħtija skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

Jekk jgħaddu tliet xhur wara l-kontestazzjoni mingħajr ma l-Kummissjoni Nazzjonali tadotta deċiżjoni, il-kontestazzjoni tista’ titqies bħala miċħuda, u jista’ jiġi ppreżentat appell għal rieżami ġudizzjarju kontriha.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, id-deċiżjonijiet maħruġa mill-Ministeru tal-Intern dwar il-proċeduri amministrattivi biex issir talba għat-tipi differenti ta’ għajnuna jistgħu jiġu appellati internament jew ikkontestati direttament fis-sistema legali tal-ġustizzja amministrattiva.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u reati sesswali, il-vittmi jistgħu jitolbu għajnuna legali skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli fi Spanja.

B’mod partikolari, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, il-vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ sess għandhom id-dritt jirċievu parir legali mingħajr ħlas immedjatament wara li jippreżentaw ilment, u għal difiża u rappreżentanza minn avukat u rappreżentant tal-qorti mingħajr ħlas fil-proċessi u l-proċedimenti amministrattivi kollha li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-vjolenza mġarrba.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, tim legali wieħed għandu jmexxi d-difiża tal-vittma, sakemm dan jiggarantixxi kif xieraq id-dritt tad-difiża tal-vittma. Dan id-dritt japplika wkoll għall-benefiċjarji ta’ kwalunkwe għajnuna fil-każ ta’ mewt tal-vittma, sakemm ma kinux involuti fl-atti.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, il-vittmi ta’ terroriżmu rrikonoxxuti mil-leġiżlazzjoni Spanjola għandhom id-dritt għal għajnuna legali fil-proċedimenti ġudizzjarji u l-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mill-att terroristiku li rriżulta fl-istatus tagħhom ta’ vittma, irrispettivament mir-riżorsi finanzjarji tagħhom, skont it-termini tal-leġiżlazzjoni dwar l-għajnuna legali fis-seħħ fi Spanja.

Fi kwalunkwe każ, tiġi ggarantita għajnuna legali immedjata lill-vittmi kollha ta’ terroriżmu li japplikaw għaliha. Id-dritt għal għajnuna legali jintilef jekk l-istatus ta’ vittma sussegwentement ma jiġix irrikonoxxut jew jekk tinħareġ liberazzjoni li ma tistax tiġi appellata, jew il-każ jiġi miċħud, mingħajr l-ebda obbligu li titħallas lura l-ispiża tal-benefiċċji li jkunu tgawdew mingħajr ħlas sa dak il-punt.

Hemm organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Għal reati vjolenti u reati sesswali, għal għajnuna biex jiġu ppreżentati u jintbagħtu talbiet għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jżuru l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità rilevanti, fejn tingħatalhom informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għalihom u l-proċeduri differenti biex jitolbu din l-għajnuna.

Dawn l-uffiċċji jinsabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, u anki fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-post tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħolqa li ġejja.

L-Uffiċċju ta’ Appoġġ u Informazzjoni għall-Vittmi tat-Terroriżmu tal-Qorti Superjuri Nazzjonali (Oficina de Información y Asistencia a Víctimas del Terrorismo de la Audiencia Nacional) jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi ta’ terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Franza

Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

F’kull qorti reġjonali (tribunal de grande instance), hemm il-Bord għal Kumpens ta’ Vittmi ta’ Reati (Commission d’indemnisation des victimes d’infractions — CIVI) li jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens ippreżentati mill-vittmi ta’ reati jew mill-persuni dipendenti fuqhom.

Fir-rigward tat-terroriżmu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFR., il-Fond ta’ Garanzija għall-Vittmi tat-Terroriżmu u Reati Oħra (Fonds de garantie des actes de terrorisme et d’autres infractions — FGTI) jiddeċiedi fuq it-talbiet, b’rieżami mill-qorti f’każ ta’ tilwim.

It-talba tiegħi nista’ nibgħatha lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ninvolvi lill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva, tista’ tirreferi l-kwistjoni direttament lill-awtorità, li mbagħad tiddeċiedi fuq it-talba tiegħek.

L-awtoritajiet ta’ kumpens b’liema lingwa(i) jaċċettaw:

- it-talba?

- id-dokumenti ta’ sostenn?

It-talba u d-dokumenti ta’ sostenn jiġu aċċettati bil-Franċiż jew bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallsu dan is-servizz?

Il-vittmi ta’ reati transfruntiera huma mitluba, kull meta jkun possibbli, biex jipprovdu traduzzjoni bil-Franċiż tad-dokumenti ewlenin bi spejjeż tagħhom.

Hemm tariffi amministrattivi jew spejjeż oħra li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif għandi nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nirċievi rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif għandi nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Ma għandekx għalfejn tkun preżenti. Madankollu, taħt ċertu kundizzjonijiet tista’ titlob ir-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, gratifika għas-sussistenza għal kull jum, u kumpens għall-attendenza (indemnité de comparution).

Biex tikseb dan ir-rimborż, trid tikkuntattja lill-qorti li ħarkitek.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti personalment, jiġi provdut interpretu?

Iva, jekk tiġi, l-interpretu jkun mingħajr ħlas.

Iċ-ċertifikati mediċi, maħruġa minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew ikolli niġi eżaminat rigward saħħa/korriment mill-esperti mediċi tiegħek?

Iċ-ċertifikati mediċi mill-pajjiż tar-residenza tiegħek jiġu aċċettati. Skont il-każ, tista’ ssir evalwazzjoni medika skont id-dokumenti provduti.

Nirċievi rimborż għall-ispejjez tal-ivjaġġar, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Preferibbilment l-eżami mediku jiġi organizzat bi ftehim reċiproku mal-vittma matul waħda miż-żjarat tagħhom fi Franza/ Inkella, l-ispejjeż tal-ivjaġġar tal-vittma biex tattendi għall-eżami mediku jistgħu, fuq preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn, jiġu rimborżati mill-FGTI.

Kemm indum nistenna bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?

L-applikazzjoni tiġi ppreżentata mir-reġistru lill-FGTI mingħajr dewmien.

L-FGTI trid tagħmel offerta lill-vittma fi żmien xahrejn mil-wasla tal-fajl komplut mibgħut mir-reġistru tac-CIVI.

Jekk il-vittma taċċetta l-offerta, nota dwar il-ftehim tintbagħat lill-President tac-CIVI għall-approvazzjoni. Mal-approvazzjoni, il-ftehim huwa eżegwibbli. Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-vittma u lill-FGTI, li jwettaq il-ħlas.

Jekk l-FGTI jirrifjuta, u jagħti r-raġunijiet tiegħu, jew jekk il-vittma tirrifjuta l-offerta, jew jekk il-vittma ma tweġibx għall-offerta tal-FGTI fi żmien xahrejn, ic-CIVI tikkunsidra l-każ, skont proċedura ġudizzjarja: f’dak il-każ, l-imħallef jisma’ r-ikors u jivverifika d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti provduti.

Il-prosekutur pubbliku l-FGTI jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom mhux iktar tard minn ħmistax il-jum qabel is-seduta ta’ smigħ. Ir-rikorrent u l-FGTI iridu jitħarrku mill-inqas xahrejn bil-quddiem.

Wara l-proċedimenti li jsiru f’seduta mhux miftuħa għall-pubbliku, id-deċiżjoni tal-FGTI biex tagħti jew tiċħad il-kumpens tiġi notifikata lir-rikorrent u lill-FGTI, li tħallas kwalunkwe kumpens mogħti fix-xahar wara dak tan-notifika.

Fir-rigward tat-terroriżmu (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFR.), jekk tapplika, l-FGTI iħallas somma bil-quddiem matul ix-xahar wara l-irċevuta tal-fajl komplut. L-FGTI jissottometti offerta ta’ kumpens lill-vittma (fejn l-kundizzjoni tagħhom tkun stabbli) jew lill-membri tal-familja ta’ vittma li tkun mietet fi żmien tliet xhur.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni tirċeviha bil-Franċiż. Tista’ titlob traduzzjoni tagħha mingħajr ħlas.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nikkontestaha?

Jekk ma tkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tac-CIVI, inti tista titlob rieżami tagħha mill-qorti tal-appell (cour d’appel) li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ c-CIVI.

Għandi dritt għall-għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż?

Għandek dritt għall-għajnuna legali skont ir-regoli applikabbli fi Franza.

Hemm xi organizzazzjonijiet għas-sapport tal-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-assoċjazzjonijiet ta’ sapport għall-vittmi li jistgħu jiġu kkuntattjati fl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċji ta’ sapport għall-vittmi tal-qrati jew fl-uffiċċji tagħhom stess jistgħu jagħtuk għajnuna b’xejn fit-tħejjija tat-talba ta’ kumpens tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - il-Kroazja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f'każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa)
Ulica grada Vukovara 49
Zagreb

Nikica Hamer Vidmar

Telefown: +385 1 371 47 56
Faks : + +385 1 371 47 98

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNikica.HamerVidmar@mpu.hr

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

Nista' nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f'dan il-pajjiż anke f'każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn immexxiha permezz tal-awtorità ta' għajnuna f'pajjiżi)?

Iva, billi tissottometti t-talba lill-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja direttament jew bil-posta reġistrata.

B'liema lingwa (lingwi) l-awtorità (awtoritajiet) għal kumpens jaċċettaw:

It-talba u d-dokumenti ta' sostenn iridu jkunu bil-Kroat. Jekk it-talba u d-dokumenti ta' sostenn ikunu b'lingwa barranija, iridu jiġu sottomessi flimkien ma' traduzzjoni ċċertifikata maħruġa minn traduttur tal-qorti liċenzjat.

Jekk l-awtorità għal kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-awtorità li tiddeċiedi ma tittraduċix it-talba jew id-dokumenti ta' sostenn u ma tkoprix l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li jridu jitħallsu f'dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista' nħallas dawn?

L-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor m'għandu jitħallas fil-proċedimenti ta' din it-talba.

Jekk hemm bżonn li nkun preżenti waqt il-proċedimenti u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nista' ningħata rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif nista' nitlobhom lura? Lil min irrid nikkuntattja?

Jekk il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati (Odbor za novčanu naknadu žrtvama) jiddeċiedi li jsejjaħ lilr-rikorrent għal seduta jew biex jipparteċipa fil-proċedimenti personalment, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-applikant għandhom jiġu rrimborżati.

Bħala regola, matul il-proċedimenti u waqt li tkun qed tittieħed deċiżjoni, il-preżenza tar-rikorrent mhix meħtieġa, u jekk ir-rikorrent, ix-xhieda, l-esperti maħtura mill-qorti jew persuni oħra jeħtiġilhom jinstemgħu, il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati bħala l-awtorità li tiddeċiedi jista' jitlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tal-UE fejn ġiet sottomessa t-talba għal kumpens biex twettaq dawn l-azzjonijiet.

Barra minn hekk, is-seduta meħtieġa minn proċedura bħal din tista' ssir bl-użu ta' għajnuniet tekniċi, inklużi t-teknoloġija tal-kompjuters, in-networks elettroniċi ta' komunikazzjoni u għajnuniet oħra għat-trażmissjoni tal-immaġini u tal-ħoss. F'dak il-każ is-seduta għandha titmexxa mill-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati, jiġifieri l-awtorità li tiddeċiedi.

Interpretu ser jiġi pprovdut fil-każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Iva.

Ser jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta' residenza tiegħi – jew ser jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom is-saħħa/il-korriment tiegħi?

Id-dokumenti mediċi barranin huma aċċettati; madankollu, il-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati bħala l-awtorità li tiddeċiedi, tivverifika u tevalwa d-dokumenti mediċi u, jekk meħtieġ, tista' tordna li jinkiseb rapport ta' espert mediku.

Ser ningħata rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jekk ikolli nagħmel eżami mediku f'dan il-pajjiż?

Le.

Kemm indum, bejn wieħed u ieħor, ma nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità/korp?

L-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar talba fi żmien 60 jum jekk it-talba tkun kompleta u kif suppost (jekk id-dokumenti kollha meħtieġa jkunu nkisbu u jkunu ġew sottomessi l-informazzjoni u l-evidenza kollha meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni). Madankollu, jekk it-talba ma tkunx kompleta, iż-żmien meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni jista' jkun itwal.

B'liema lingwa ser nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar it-talba ser tkun bil-lingwa Kroata.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista' nikkuntestaha?

L-ebda appell ma jista' jitressaq kontra d-deċiżjoni; madankollu, il-parti tista' tressaq appell amministrattiv billi tissottometti lment amministrattiv lill-qorti amministrattiva kompetenti fi żmien 30 jum minn meta tiġi notifikata d-deċiżjoni.

Nista' nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le.

Hawn organizzazzjonijiet ta' appoġġ lill-vittmi f'dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f'każ transfruntier?

Iva.

L-aħħar aġġornament: 25/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Italja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transkonfinali?

Il-Kumitat għall-Appoġġ ta’ Vittmi ta’ Reati bi stil tal-Mafja u Reati Vjolenti Intenzjonati (Comitato di Solidarietà per le vittime dei reati di tipo mafioso e dei reati intenzionali violenti), li huwa marbut mal-Ministeru tal-Intern (Via Cavour n. 6; indirizz elettroniku ċċertifikat (“PEC”): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprotocollovittimemafia@pecdlci.interno.it). Il-Kumitat huwa magħmul mill-Kummissarju (Commissario), li jippresedi, flimkien ma’ rappreżentant wieħed tal-Ministeru tal-Intern, żewġ rappreżentanti tal-Ministeru tal-Ġustizzja, rappreżentant wieħed tal-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku, rappreżentant wieħed tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi, rappreżentant wieħed tal-Ministeru tal-Impjiegi, is-Saħħa u l-Politiki Soċjali, u rappreżentant wieħed li ma jivvutax tal-korporazzjoni tas-servizzi tal-assigurazzjoni pubblika CONSAP, li hija responsabbli għall-ġestjoni finanzjarja tal-fond rilevanti.

Talbiet għal aċċess għall-fond għandhom jiġu ppreżentati, għal investigazzjoni, lill-Uffiċċju tal-Prefettura/Territorjali tal-Gvern (Prefettura Ufficio territoriale del Governo) għal wieħed mill-postijiet li ġejjin: il-post fejn hija sedenti l-qorti li ħarġet il-kundanna għal waħda mir-reati msemmija fl-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 122/2016; jew il-post ta’ residenza tal-parti interessata, jew tal-persuni l-oħra intitolati jekk il-vittma tar-reat tkun mietet; jew il-post ta’ residenza tar-rappreżentant speċjali (procuratore speciale) li jirrappreżenta lill-vittma jew persuni intitolati oħra jekk dawn ikunu ċittadini Taljani jew ċittadini tal-UE li ma jgħixux fl-Italja.

Id-deċiżjoni attwali dwar it-talba tibqa’ f’idejn il-Kumitat.

Il-prerekwiżiti għal aċċess għall-fond, u l-formola tat-talba, jinsabu fil-paġna li ġejja fis-sit web tal-Ministeru tal-Intern:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.giustizia.it/giustizia/it/mg_2_10_6.page

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transkonfinali (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva, għalkemm jekk tgħaddi mill-awtorità ta’ assistenza, dan jista’ jkun utli sabiex issirlek traduzzjoni tat-talba u ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni oħra.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

  • il-pretensjoni?
  • id-dokumenti ta’ sostenn?

Bit-Taljan.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-attur ma jħallas l-ebda spiża.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’hemmx għalfejn tkun preżenti, peress li m’hemm l-ebda seduta avversarjali; jekk tixtieq tippreżenta osservazzjonijiet jew dokumentazzjoni ulterjuri, tista’ tibgħathom permezz ta’ ittra elettronika ċċertifikata jew mill-awtorità ta’ assistenza.

Id-Digriet Nru 222/2008, l-Artikolu 6: “Is-smigħ tal-attur mitluba mill-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Italja

“1. Jekk l-awtorità ta’ deċiżjoni Taljana tiddeċiedi li tisma’ lill-attur jew lil xi persuna oħra skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 2(3) tad-Digriet Leġiżlattiv, din għandha tibgħat it-talba lill-awtorità ta’ assistenza fl-Istat Membru l-ieħor, billi ssegwi l-proċeduri indikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. It-talba għandha tinkludi informazzjoni dwar il-formalitajiet proċedurali stipulati mil-liġi Taljana, u għandha titlob lill-awtorità ta’ assistenza fl-Istat Membru l-ieħor li rċieva t-talba biex tinforma lill-persuna li trid tinstema' b'dawn il-formalitajiet.

“2. Jekk l-awtorità ta’ deċiżjoni Taljana titlob lill-awtorità ta’ assistenza fl-Istat Membru l-ieħor biex tisma’ lill-attur jew lil xi persuna oħra skont il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru, skont il-parti finali tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 2(3) tad-Digriet Leġiżlattiv, din għandha tibgħat it-talba billi ssegwi l-proċeduri indikati fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament."

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-mistoqsija preċedenti.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Dawn jiġu rikonoxxuti, diment li jaslu bit-Taljan jew bl-Ingliż. Mhi meħtieġa li ssir l-ebda valutazzjoni speċifika mit-tobba domestiċi.

Ser niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

M’hemmx għalfejn isiru eżamijiet mediċi; minflok, ikollok tippreżenta d-dokumentazzjoni medika rilevanti u l-fatturi għall-ispejjeż mediċi li ġarrabt.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens?

Ir-regola attwali hija 60 jum minn meta tasal it-talba. Madankollu, għandek iżżomm f’moħħok li l-proċedimenti jiġu sospiżi jekk l-awtorità ta’ deċiżjoni titlob dokumenti jew informazzjoni oħra (l-Artikolu 10-bis tal-Liġi Nru 241/90).

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Bit-Taljan.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tressaq azzjoni fil-qorti ordinarja (tribunale) fi żmien 60 jum min-notifika tad-deċiżjoni.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Le.

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transkonfinali?

L-uffiċċju li jforni din l-informazzjoni ma jafx b'dan.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Ċipru

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Ebda informazzjoni disponibbli.

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Int tista’ tippreżenta l-pretensjoni tiegħek direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

– il-pretensjoni?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

– id-dokumenti ta’ sostenn?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Mhux applikabbli.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li l-pretensjoni tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’għandekx bżonn tkun preżenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Iċ-ċertifikati mediċi li jinħarġu mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek jiġu aċċettati.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli.

Kemm irid jgħaddi żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/il-korp kompetenti jieħu deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens?

Iridu jgħaddu 6 xhur mid-data li fiha l-informazzjoni kollha tkun disponibbli biex tittieħed deċiżjoni.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Bil-Grieg u bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tikkontesta d-deċiżjoni billi tressaq pretensjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva fi żmien 75 jum tad-deċiżjoni.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Tista’ tapplika għal għajnuna legali fir-rigward tal-proċeduri legali li jikkonċernaw il-każ tiegħek.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar il-pretensjoni għal kumpens billi tikkuntattja direttament Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalis-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Latvja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija)
Pils laukums 4
Riga

Telefown: +371 67514208
Linja ta’ assistenza mingħajr ħlas: +371 80001801
Fax: +371 67514209

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajpa@jpa.gov.lv
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.jpa.gov.lv/par-mums-eng

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Int tista’ tibgħat it-talba għall-kumpens mill-Istat direttament lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni għall-Għajnuna Legali mingħajr ma tapplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens taċċetta/jaċċettaw it-talba?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali taċċetta talbiet għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħhom bil-Latvjan jew bl-Ingliż. Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni għall-Għajnuna Legali m’għandhomx bżonn jiġu legalizzati, u l-formalitajiet ekwivalenti ma japplikawx għal dawn id-dokumenti.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Jekk ikun hemm bżonn li t-talba għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħha jiġu tradotti, l-ispejjeż tat-traduzzjoni jkunu koperti mill-finanzjament tal-baġit nazzjonali mogħti lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?

Int mhux se tintalab tħallas għar-rieżami tat-talba għall-kumpens mill-Istat riċevuta mingħand Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.

Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali ssib li hi meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tieħu d-deċiżjoni, int tiġi notifikat(a) kif xieraq fi żmien sebat ijiem mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat.

Id-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz speċifikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-professjonisti mediċi tagħkom?

Il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tiddeċiedi dwar l-investigazzjoni tal-esperti. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali titlob informazzjoni dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-esperti mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti.

Il-perizja tkun ibbażata fuq rekords mediċi jew fuq data oġġettiva oħra.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Jekk il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tkun iddeċidiet li titlob investigazzjoni tal-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek ikunu koperti (mill-baġit nazzjonali) skont il-proċedura u fl-ammont stabbilit bil-liġijiet u bir-regolamenti tar-Repubblika tal-Latvja.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tiddeċiedi dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat u d-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz indikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.

Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tkun teħtieġ xi informazzjoni addizzjonali mingħandek jew mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), il-perjodu għat-teħid tad-deċiżjoni jiġi sospiż sakemm tiġi riċevuta l-informazzjoni mitluba kollha.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat tintbagħat lilek bil-Latvjan ma’ traduzzjoni fil-lingwa li l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li fih tirresjedi jkun indika li jaċċetta.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Int tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din billi tippreżenta applikazzjoni għal dak l-għan lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali li tingħadda lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

M’għandekx bżonn għajnuna legali biex titlob kumpens mill-Istat. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tipprovdi l-assistenza neċessarja għall-proċess tat-talba ta’ kumpens mill-Istat.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

L-assoċjazzjoni “Skalbes” toffri linja ta’ assistenza mingħajr ħlas fuq 116006 “Linja ta’ assistenza għall-vittmi ta’ reat” (kuljum bejn is-7.00 u l-22.00), billi tipprovdi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku lill-vittmi ta’ reati, informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-vittmi (pereżempju d-drittijiet fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet għall-kumpens għad-danni, il-kumpens mill-Istat, eċċ.), is-servizzi disponibbli u s-servizzi ta’ appoġġ eżistenti għall-vittmi.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Litwanja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija)
Gedimino pr. 30
Vilnius

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi t-talba f’dan il-pajjiż anke f’każ transfruntier (mingħajr ma jkolli ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż tal-oriġini tiegħi)?

Iva, persuna tista’ tibgħat it-talba tagħha direttament lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

L-awtorità (jiet) għall-kumpens b’liema lingwa (i) jaċċettaw:

- it-talba?

- id-dokumenti ta’ sostenn?

It-talba u d-dokumenti addizzjonali jridu jiġu sottomessi bil-Litwan jew bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità għall-kumpens tittraduċi t-talba / id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min irid iħallas?

L-ispejjeż tat-traduzzjoni tat-talba u/jew tad-dokumenti ta’ sostenn mehmuża magħha bil-Litwan jew l-Ingliż iridu jitħallsu mir-rikorrent jew mill-awtorità li tibgħat it-talba.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li jridu jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikun hemm bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tingħata deċiżjoni fuq it-talba tiegħi, nista’ nikseb rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Vittma ta’ reat ma hemmx għalfejn tkun preżenti meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tagħha. Għalhekk dawn l-ispejjeż mhumiex eliġibbli għal rimborż.

F’każ li jkolli nkun preżenti personalment, jiġi pprovdut interpretu?

Vittma ta’ reat ma hemmx għalfejn tkun preżenti meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tagħha.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew inkella saħħti/l-korriment li nkun ġarrabt iridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tiegħek?

Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjonijiet/individwi kompetenti tal-pajjiż tar-residenza tal-vittma jiġu rikonoxxuti.

Ningħata rimborż għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, jekk ikolli ngħaddi minn eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm indum, bejn wieħed u ieħor, biex nirċievi deċiżjoni dwar il-kumpens mingħand l-awtorità/il-korp?

Deċiżjoni tittieħed fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba u tad-dokumenti kollha meħtieġa lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Normalment bil-Litwan.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista nappella minnha?

Deċiżjoni meħuda mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja tista’ tiġi appellata quddiem il-Kummissjoni Litwana għat-Tilwim Amministrattiv (Lietuvos administracinių ginčų komisija) jew quddiem il-Qorti Reġjonali Amministrattiva ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos administracinis teismas) fi żmien xahar mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva. Persuna tista’ titlob għall-għajnuna legali mis-Servizz ta’ Għajnuna Legali Iggarantit mill-Istat (Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos tarnyba) li jiddeċiedi dwar l-għoti ta’ għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Le.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Lussemburgu

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

13, rue Erasme
L-2934
LUXEMBOURG

Tel.: (352) 2478 45 27, (352) 2478 45 17
Fax: (352) 26 68 48 61, (352) 22 52 96

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva, il-pretensjoni għal kumpens għandha tintbagħat direttament lill-Ministru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu permezz ta’ ittra, sakemm ir-rikorrent ma jkunx intitolat għal kumpens minn Stat Membru ieħor u jista’ juri li jirrisjedi legalment u abitwalment fil-Lussemburgu.

Ir-rikorrent jista’ jkun eżentat milli jkollu jirrisjedi fil-Lussemburgu legalment u abitwalment jekk ikun vittma ta’ reat imsemmi fl-Artikolu 382-1 tal-Kodiċi Kriminali (traffikar ta’ bnedmin).

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw il-pretensjoni/dokumenti ta’ prova?

Il-pretensjoni għal kumpens u d-dokumenti ta’ prova huma aċċettati f'dawn il-lingwi li ġejjin:

  • il-Lussemburġiż,
  • il-Franċiż,
  • il-Ġermaniż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/dokumenti ta’ prova minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jkopri l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-preżenza tal-vittma hija fakultattiva. Hija tista' tkun rappreżentata minn avukat. Għaldaqstant, m’hemmx bżonn ta’ vjaġġar.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Ċertifikati mediċi, maħruġin minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti bħala dokumenti ta’ sostenn għall-atti u l-ħsara li ġarrabt.

Se niġi rimborsat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli. Ċertifikati mediċi barranin huma aċċettati bħala dokumenti ta’ prova.

Kemm tieħu żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens?

Il-Ministru tal-Ġustizzja jiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta tkun tressqet il-prestensjoni għal kumpens.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Peress li l-pretensjoni trid tkun miktuba bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż, id-deċiżjoni rispettiva tinkiteb ukoll f’waħda mit-tliet lingwi aċċettati.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk id-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja tiġi kkontestata skont il-prinċipju jew l-ammont mogħti, tista' tinfetaħ kawża kontra l-Istat, rappreżentat mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din il-kawża għandha tinfetaħ quddiem il-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) tal-Lussemburgu jew ta’ Diekirch, skont kif jagħżel ir-rikorrent.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Kull min jista’ jagħti prova li m'għandux dħul suffiċjenti jista' jirċievi għajnuna legali bla ħlas, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi. Jista’ jinħatar avukat biex joffrilek pariri legali jew jirrappreżentak fil-qorti, bl-ispejjeż jkunu koperti mill-Istat. Kulħadd jista’ jikkonsulta lill-korpi li joffru informazzjoni legali u pariri jew medjazzjoni. Tista’ taċċessa s-Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni (Service d’Accueil et d’Information juridique) biex tikseb kwalunkwe informazzjoni legali mingħajr ħlas.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Service central d’assistance sociale (SCAS) (Servizz Ċentrali għal Assistenza Soċjali) - Service d’aide aux victimes (Servizz ta’ Appoġġ għal Vittmi)
Bâtiment Plaza Liberty,
Entrée A,
12-18, rue Joseph Junck
L-1839 il-Lussemburgu

Tel.: (+352) 47 58 21-627 / 628

L-aħħar aġġornament: 19/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Ungerija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntieri?

Bħala l-awtorità li tiddeċiedi, l-Uffiċċju tal-Gvern ta’ Budapest (Budapest Főváros Kormányhivatala) huwa awtorizzat jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens li jaslu minn Stati Membri oħrajn:

1117 Budapest, Prielle Kornélia u. 4.

+36 1 896 2104

email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaisz.igazgatosag@bfkh.gov.hu

web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.kormanyhivatal.hu/hu/aldozatsegito-szolgalat-at

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i, l-awtorità jew l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:

– it-talba?

Kwalunkwe lingwa.

– id-dokumenti ta’ sostenn?

Kwalunkwe lingwa.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għat-traduzzjoni?

L-Istat Ungeriż.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn x’jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, ma hemmx imposti ta’ dan it-tip x’jitħallsu.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ napplika għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-proċedura ma teħtieġx li tkun preżenti personalment.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

L-awtorità Ungeriża taċċetta ċ-ċertifikati mediċi tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

Niġi rimborżat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm tieħu żmien biex l-awtorità/il-korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Matul il-proċedura, trid tittieħed deċiżjoni fi żmien massimu ta’ 60 jum.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Ungeriż; din tiġi tradotta għall-klijenti li ma jitkellmux bl-Ungeriż.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jistgħu jitressqu proċedimenti amministrattivi quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Tista’ tirċievi għajnuna legali abbażi tal-Att Ungeriż LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’kawża transfruntiera?

Is-servizzi biex jgħinu jasserixxu l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe unità organizzattiva tas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, jiġifieri fl-uffiċċji tal-gvern tal-kontea u ta’ Budapest u fiċ-Ċentri tas-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi, fejn il-konsulenti ta’ appoġġ għall-vittmi jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza biex jimtlew l-applikazzjonijiet) u informazzjoni lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu jirrikorru wkoll għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Iċ-ċirku abjad (Fehérgyűrű), l-Għajnuna Battista Ungeriża (Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.).

L-aħħar aġġornament: 03/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Malta

Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transkonfinali?

Claims Officer

The Palace, St George’s Square
Valletta

Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transkonfinali (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?

Ma tistax tibgħat talba direttament

B’liema lingwa(i), l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:

  • it-talba? Il-lingwa Maltija jew Ingliza
  • id-dokumenti ta’ sostenn? Il-lingwa Maltija jew Ingliza

Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Tħallas għal dan l-awtorita' ta' kumpens

Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?

M'hemmx imposti ħlasijiet

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?

Mhux applikabbli

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Mhux applikabbli

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?

Jistgħi jiġu aċċettati fid-diskrezzjoni tal-Uffiċjali tat-Talbiet li jista' wkoll jiddeċiedi li jqabbad esperti mediċi lokali

Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Iva, dawn jingħataw lura

Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

L-awtorita' tieħu bejn xahar u xahrejn

B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċizjoni tista' tirċeviha bl-Ingliz

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Dan mhux possibbli

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva, tista' tingħata

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transkonfinali?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://vso.org.mt/

jew l-Avukat Ewlieni għall-Għajnuna Legali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.gov.mt/mt/LegalAidMalta/Pages/home.aspx

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Olanda

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Fond ta’ Kumpens bħala riżultat ta’ Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldmisdrijven)

Indirizz:
Kneuterdijk 1
2514 EM The Hague

Telefon: 070-4142000
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@schadefonds.nl

Indirizz postali:
Postbus 71
2501 CB The Hague

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa(i) l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

it-talba?

Kull lingwa li inti tagħżel, iżda preferibbilment l-Olandiż jew l-Ingliż.

dokumenti ta’ sostenn?

Kull lingwa li inti tagħżel, iżda preferibbilment l-Olandiż jew l-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Fond għal Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, mhemm ebda spejjeż amministrattivi jew oħrajn għall-ipproċessar tat-talba.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat/a għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’hemmx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċedura. Id-deċiżjoni tingħata dejjem bil-miktub u tintbagħtlek bil-posta.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, ser jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

L-informazzjoni medika mit-tabib tiegħek normalment tiġi aċċettata mill-Fond għall-Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti u, fejn meħtieġ, tiġi ppreżentata lill-konsulenti mediċi tiegħu stess għal valutazzjoni u parir. Dawn il-konsulenti mediċi ma jwettqux eżamijiet mediċi huma nfushom.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli.

Bejn wieħed u ieħor, kemm jittieħed żmien biex l-awtorità/il-korp t/jiddeċiedi dwar il-kumpens?

Mhux aktar minn 26 ġimgħa, iżda normalment anqas.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Il-lingwa li biha int tissottometti t-talba.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tippreżenta oġġezzjoni mad-dipartiment tal-appelli tal-Fond għal Kumpens b’riżultat ta’ Reati Vjolenti. Id-deċiżjoni dwar it-talba tiegħek se tinkludi informazzjoni dwar il-proċedura għall-kontestazzjoni tagħha.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland) jista’ jkun ta’ għajnuna għalik. L-Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands jista’ jiġi kkuntattjat fuq 0900-0101.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Awstrija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice).
Babenbergerstraße 5, A-1010 Vienna

Tel.: 0043 158831
FAKS: 0043(0)10599882516

posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapost.wien@sozialministeriumservice.at

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i l-awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw it-talba u d-dokumenti ta’ sostenn?

Jekk ippreżentati minn awtorità li tassisti jew mill-vittma, ġeneralment bil-Ġermaniż u bl-Ingliż.

(Jekk il-vittma ma tistax tippreżenta dokumenti lill-awtorità bil-Ġermaniż jew bl-Ingliż, talbiet f’lingwi oħra jiġu aċċettati wkoll u mbagħad jiġu tradotti).

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba / d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-awtorità.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?

Mhi involuta ebda spiża.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Ġeneralment ma jkollokx bżonn tkun preżenti.

Jekk tiġi mħarrek/imħarrka, l-awtorità tkopri l-ispejjeż, li mbagħad ikollok titlob. L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet hu responsabbli għal dan.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Jekk meħtieġ, iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa / il-korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

F’ħafna każijiet, ikun involut espert Awstrijak li jinħatar mill-awtorità. Dan jieħu ċertifikati mill-pajjiż ta’ residenza tiegħek f’kunsiderazzjoni meta jagħmel il-valutazzjoni.

Niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Iva.

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?

Jiddependi mill-assistenza mitluba. F’ħafna mill-każijiet, id-deċiżjoni tittieħed fi żmien sitt xhur.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bil-Ġermaniż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Federali kontra d-deċiżjoni tal-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali (l-appelli jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali wkoll (Verfassungsgerichtshof) u l-Qorti Amministrattiva Suprema (Verwaltungsgerichtshof)).

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Iva. Madankollu, l-ispejjeż legali ma jitroddux lura mill-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali jew mill-Qorti Amministrattiva Federali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Ikollok bżonn tistaqsi lill-organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi (pereż. Weisser Ring) biex tara jekk it-tali appoġġ hux disponibbli.

L-aħħar aġġornament: 19/08/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Polonja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli bħalissa.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn nirrikorri għand l-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta' oriġini tiegħi)?

It-talba għal kumpens għandha, bħala regola, tintbagħat lill-awtorità li tiddeċiedi mill-awtorità ta’ assistenza. Madankollu, il-persuna intitolata tista’ tibgħat ukoll it-talba direttament lill-awtorità Pollakka li tiddeċiedi.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

- it-talba?

- id-dokumenti ta’ sostenn?

L-awtorità li tiddeċiedi taċċetta korrispondenza bil-Pollakk u bl-Ingliż.

L-awtorità li tiddeċiedi taċċetta l-minuti tas-seduti ta’ smigħ immexxija mill-awtorità ta’ assistenza ta’ pajjiż ieħor bil-lingwa uffiċjali ta’ dak il-pajjiż.

Jekk l-awtorità li tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba jew id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-ispejjeż tat-traduzzjoni tad-dokumenti huma koperti mit-Teżor tal-Istat.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

In-nies li jfittxu kumpens huma eżentati kompletament mill-obbligu li jħallsu l-ispejjeż tal-qorti.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rrimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Inti ma tistax tiġi rrimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek. Madankollu, is-smigħ tiegħek jista’ jsir mill-bogħod, jiġifieri mingħajr ma jkollok bżonn tmur għand l-awtorità li tiddeċiedi. Inti tista’ titlob lill-awtorità li tiddeċiedi sabiex tapplika mal-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżek għal assistenza fl-organizzazzjoni tat-trażmissjoni tas-smigħ tiegħek. Inti trid tagħti l-kunsens tiegħek għal dan is-smigħ.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità li tiddeċiedi taħtar interpretu espert. Inti mintix se tħallas l-ispejjeż li jirriżultaw.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti - jew is-saħħa/korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tiegħek stess?

L-awtorità li tiddeċiedi tivvaluta jekk l-eżami mwettaq mit-tobba fil-post tar-residenza tiegħek huwiex kredibbli. Jekk issib li huwa meħtieġ eżami ġdid, inti għandek toqgħod għalih. Inti se tintalab tħallas biss l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Se niġi rimborsat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Inti ma tistax tiġi rrimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek, anki jekk kellek tiġi f’dan il-pajjiż sabiex isirlek eżami mediku.

Kemm jieħdu żmien (bejn wieħed u ieħor) l-awtorità / il-korp sabiex jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?

Ma hemm ebda skadenza għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar it-talbiet għal kumpens. It-tul ta’ żmien jiddependi mhux biss fuq kemm ikun kumpless il-każ u x’evidenza għandha tieħu l-awtorità li tiddeċiedi, iżda wkoll fuq l-għadd ta’ każijiet li qegħdin jiġu eżaminati bħalissa mill-awtorità li tiddeċiedi.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar il-kumpens se tkun bil-Pollakk.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni dwar il-kumpens, tista’ tappella kontriha quddiem il-qorti tat-tieni istanza (sąd II instancji). Ma inti se tħallas ebda spiża relatata mal-appell.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

L-għajnuna legali tista’ tiġi pprovduta skont il-liġi Pollakka. Din tiġi pprovduta lin-nies li juru li ma jistgħux jaffordjaw avukat. Jekk jogħġbok ftakar: meta tfittex kumpens, tista’ tistenna assistenza mingħand il-prosekutur pubbliku li jmexxi l-proċedimenti relatati mar-reat li għalih tkun qed tfittex kumpens.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f'dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Fil-Polonja, hemm il-Fond ta’ Assistenza Post-Penitenzjarja u Appoġġ għall-Vittmi (Fundusz Pomocy Pokrzywdzonym oraz Pomocy Postpenitencjarnej), li jiġbor il-fondi allokati, inter alia, sabiex tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ reati u l-qraba tagħhom. Il-fond huwa amministrat mill-Ministru tal-Ġustizzja. L-appoġġ huwa organizzat b’tali mod li l-amministratur tal-fond jagħżel, fi proċedura tal-offerti miftuħa, l-organizzazzjonijiet li l-offerti tagħhom iqis li huma l-aħjar u jagħtihom sussidji allokati għal miżuri għall-vittmi ta’ reati.

Il-fondi jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-għajnuna legali, psikoloġika u materjali. L-għajnuna legali tista’ tkopri l-assistenza fit-tfittxija ta’ kumpens, inkluż f’każijiet transfruntiera.

Jekk tixtieq tibbenifika mill-għajnuna, għandek tikkuntattja organizzazzjoni mhux governattiva li rċeviet sussidju mingħand il-Ministru tal-Ġustizzja għal dan il-għan, u turi li inti vittma ta’ reat. Lista ta’ tali organizzazzjonijiet, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ms.gov.pl/en/about-the-ministry-of-justice/), fit-taqsima li tittratta l-attivitajiet/appoġġ għall-vittmi ta’ reati u l-qraba tagħhom - lista ta’ entitajiet u organizzazzjonijiet (ikklikkja fuq: działalność / pomoc pokrzywdzonym przestępstwem / pomoc pokrzywdzonym przestępstwem oraz osobom im najbliższym - lista podmiotów i organizacji).

L-aħħar aġġornament: 03/04/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Portugall

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għall-kumpens f’każijiet transfruntiera?

Fil-Portugall, l-awtorità hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (CPCV).

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Le. Il-vittmi ta’ reati vjolenti jew ta’ vjolenza domestika li abitwalment jgħixu fi Stat Membru ieħor tal-UE jridu jissottomettu t-talba għall-għoti ta’ kumpens/ħlas bil-quddiem pagabbli mill-Istat Portugiż lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-UE li jirrisjedu fih.

Dik l-awtorità tibgħat it-talba lis-CPCV fil-Portugall, li tirċeviha u tieħu l-passi neċessarji biex tinvestiga l-fatti u tiddeċiedi dwar it-talba.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet li jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

a) it-talba?

Is-CPCV taċċetta t-talbiet u d-dokumenti bil-Portugiż jew bl-Ingliż.

b) id-dokumenti ta’ sostenn?

Jekk is-CPCV titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tar-rikorrent biex torganizza s-smigħ tar-rikorrent jew ta’ kwalunkwe persuna oħra (pereżempju xhud jew espert), is-CPVC ma tistax tirrifjuta r-rekord bil-miktub tas-smigħ tiegħu, bil-kundizzjoni li r-rekord ikun miktub b’waħda mil-lingwi tal-istituzzjonijiet Komunitarji.

Jekk l-awtorità li tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Is-CPCV. Is-servizzi mitluba u pprovduti mis-CPVC għal każijiet ta’ reati vjolenti jew ta’ vjolenza domestika ma jikkwalifikaw għall-ebda talba għar-rimborż tal-imposti jew tal-ispejjeż.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Is-CPVC tirċievi d-dokumenti kollha li jkollha bżonn sabiex tinvestiga u tiddeċiedi dwar il-proċedura għall-kumpens pagabbli mill-Istat Portugiż għal reat imwettaq fil-Portugall kontra vittma li abitwalment tkun residenti fi Stat Membru ieħor. Hija tista’ titlob ukoll lill-awtorità tal-Istat Membru ta’ residenza tal-vittma biex tisma’ lill-vittma. Ir-rikorrent ma għandux għalfejn jivvjaġġa lejn il-Portugall biex jinstema’ mill-kummissjoni.

Jekk il-qorti Portugiża tħoss il-ħtieġa li tisma’ lir-rikorrent personalment, mingħajr l-użu ta' ebda mezz ieħor, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż oħra assoċjati jitħallsu mill-Istat Portugiż.

L-uffiċċju tas-sigurtà soċjali huwa l-awtorità nazzjonali li tirċievi u tipproċessa t-talbiet għall-għajnuna legali.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż tar-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Id-dokumenti kollha mibgħuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn abitwalment jirrisjedi r-rikorrent jiġu aċċettati mingħajr l-ebda formalità partikolari u huma eżentati mil-legalizzazzjoni jew formalitajiet ekwivalenti.

Niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Id-dokumenti mediċi li r-rikorrent ikun issottometta lill-awtorità tal-Istat Membru fejn normalment jirrisjedi u li jkunu meħtieġa biex jiġi deċiż il-każ, jew oħrajn li jistgħu jintalbu, jintbagħtu lis-CPCV mingħajr il-ħtieġa ta’ eżamijiet mediċi addizzjonali fil-Portugall.

Bejn wieħed u ieħor kemm tieħu żmien biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Fi żmien 10 ijiem, kemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tar-rikorrent kif ukoll ir-rikorrent innifsu jirċievu notifika li t-talba waslet għand is-CPCV, b’indikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien probabbli għal deċiżjoni dwar it-talba.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens tista’ tintbagħat bil-Portugiż jew bl-Ingliż lir-rikorrent u lill-awtorità tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tar-rikorrent. Is-CPCV tista’ tiddeċiedi wkoll li tuża lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-UE fejn tinsab ir-residenza abitwali tar-rikorrent, jew lingwa oħra ta’ dak l-Istat Membru, bil-kundizzjoni li din tkun waħda mil-lingwi tal-istituzzjonijiet Komunitarji.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, nista’ nikkontestaha?

Iva. Jekk ir-rikorrent iħoss li d-deċiżjoni tas-CPCV tkun żbaljata, huwa għandu 15-il jum biex jissottometti lment lill-kummissjoni nnifisha. Permezz ta’ rikors, ir-rikorrent għandu jistabbilixxi l-bażi għat-talba tiegħu, flimkien ma’ kwalunkwe evidenza li jqis xierqa. Is-CPCV imbagħad ikollha perjodu ta’ 30 jum biex tirrieżamina u tiddeċiedi dwar l-ilment, u tista’ tikkonferma, tħassar, tannulla, temenda jew tissostitwixxi l-att ikkontestat.

Jekk ir-rikorrent ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni dwar l-ilment, huwa jista’ jikkontestaha quddiem il-qrati amministrattivi.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) bir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Is-CPCV ma toffri l-ebda tip ta’ intervent dwar din il-kwistjoni speċifika.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (CPVC):

  • Personalment – Av. Fontes Pereira de Melo, nº 7, 7.º dto., 1050-115 Lisbona, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9.30am san-12.30pm, u mis-2pm sal-4.30pm;
  • Bil-posta, billi tuża l-formola disponibbli fuq is-sit web tal-kummissjoni;
  • Bil-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacorreio.cpcv@sg.mj.pt;
  • Online, billi timla l-formola għall-vittmi ta’ reati vjolenti jew il-formola għall-vittmi ta' vjolenza domestika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cpvc.mj.pt/);
  • Bit-telefon: (+351) 213 222 490, il-ħlas tat-telefonati huwa bir-rati ta’ linja fissa, mid-9.30am san-12.30pm, u mis-2pm sal-4.30pm;

APAV:

  • Linja ta’ għajnuna għall-appoġġ lill-vittmi: (+351) 116 006 (mid-9am sad-9pm fil-ġranet tax-xogħol);
  • Online, fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-APAV (disponibbli bil-PT, EN, Russu, Ċiniż); jew fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infovitimas.pt/pt/app/
  • Servizz ta’ vidjointerpretu bil-Lingwa tas-Sinjali/SERV IIN – permezz ta’ vidjotelefonata (+351 12 472), mill-10am sas-6pm fil-ġranet tax-xogħol.

Il-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Comissão para a Cidadania e Igualdade de Género) (GIG):

  • Servizz ta' Informazzjoni għall-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika (Serviço de Informação às Vítimas de Violência Doméstica) (jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u dwar ir-riżorsi disponibbli fit-territorju nazzjonali kollu u fejn jista’ jinkiseb appoġġ psikoloġiku u soċjali u informazzjoni legali) – Telefon: (+351) 800 202 148 (servizz kunfidenzjali, b’xejn, anonimu, disponibbli 24/7).
L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Rumanija

Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-awtorità Rumena li tieħu d-deċiżjonijiet maħtura skont l-Artikolu 3(2) hija:

Il-Qorti Distrettwali ta’ Bucharest (Tribunalul București)
Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati (Comisia pentru acordarea de compensații financiare victimelor infracțiunilor)

Bulevardul UNIRII, nru 37, settur 3, Bucharest, kodiċi 030823

Tel. +40 214083600, +40 214083700
Fax +4021 3187731

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatribunalul.bucuresti@just.ro

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tmb.ro/

Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?

Iva.

B’liema lingwa(i), l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:

  • it-talba? Bir-Rumen
  • id-dokumenti ta’ sostenn? Bir-Rumen

Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti tat-talba/ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Le, mhux applikabbli.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?

Il-preżenza fiżika mhijiex meħtieġa.

L-għajnuna legali tkopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar meta l-preżenza fiżika tkun meħtieġa mil-liġi jew mill-qorti u meta l-qorti tiddeċiedi li ma hemm l-ebda possibbiltà oħra li l-persuni rispettivi jinstemgħu kif meħtieġ.

Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Il-preżenza fiżika mhijiex meħtieġa.

L-għajnuna legali tkopri wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar meta l-preżenza fiżika tkun meħtieġa mil-liġi jew mill-qorti u meta l-qorti tiddeċiedi li ma hemm l-ebda possibbiltà oħra li l-persuni rispettivi jinstemgħu kif meħtieġ.

Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?

Dan huwa eżaminat mill-awtorità Rumena maħtura għat-teħid tad-deċiżjonijiet, jiġifieri l-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati tal-Qorti Distrettwali ta’ Bukarest.

Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Il-qorti tiddeċiedi jekk dawn l-ispejjeż humiex se jitħallsu jew le u tinforma lill-parti dwar kif għandha tikruprahom.

Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Bejn sena u sentejn.

B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bir-Rumen.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Meta tiddeċiedi dwar it-talba għal kumpens finanzjarju jew it-talba għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju, il-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, li jikkonsisti f’bord ta’ żewġ imħallfin, tista’ tagħti waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin f’deċiżjoni:

  1. li taċċetta t-talba, tiddetermina l-valur tal-kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, tal-ħlas bil-quddiem li jsir minnha;
  2. li tirrifjuta t-talba jekk ir-rekwiżiti taħt din il-liġi għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, il-ħlas bil-quddiem li jsir minnha ma jkunux ġew sodisfatti.

Id-deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens finanzjarju jew it-talba għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju tiġi nnotifikata lill-vittma.

Id-deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qorti tal-appell fi żmien 15-il jum min-notifika.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Tista’ tirċievi għajnuna legali pubblika skont il-liġi Rumena (l-Artikolu 14 et seq. tal-Liġi Nru 211/2004 rigward ċerti miżuri li jipprovdu għal informazzjoni, appoġġ u protezzjoni lill-vittmi ta’ reati).

tingħata għajnuna legali bla ħlas, fuq talba, lill-kategoriji ta' vittmi li ġejjin:

  1. il-persuni li kontrihom ikunu twettqu r-reati li ġejjin: tentattiv ta’ omiċidju, omiċidju involontarju, offiża fuq il-persuna, offiża fuq il-persuna, reat volontarju li jirriżulta f’offiża fuq il-persuna tal-vittma, stupru, attakk sesswali, konġunġiment karnali ma' minorenni, korrompiment sesswali ta’ minorenni;
  2. il-konjuġi, it-tfal u l-persuni dipendenti fuq il-persuni li mietu bħala riżultat tat-twettiq tar-reati ta’ omiċidju volontarju, omiċidju involontarju u reati volontarji li rriżultaw fil-mewt tal-persuna.

Tingħata għajnuna legali bla ħlas lill-vittmi msemmija hawn fuq jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija jew, meta r-reat ikun twettaq barra mit-territorju tar-Rumanija, jekk il-vittma tkun ċittadin Rumen jew barrani li jirrisjedi legalment fir-Rumanija u l-proċedimenti kriminali jitmexxew fir-Rumanija.

Tingħata għajnuna legali bla ħlas, fuq talba, lill-vittmi ta’ reati oħra jekk id-dħul ta’ kull xahar tal-vittma għal kull membru tal-familja ma jaqbiżx is-salarju bażiku minimu gross nazzjonali għas-sena li fiha l-vittma ppreżentat ir-rikors tagħha għal għajnuna legali bla ħlas.

L-għajnuna legali bla ħlas tingħata biss jekk il-vittma tkun irreferiet lill-korpi tal-prosekuzzjoni jew lill-qorti fi żmien 60 jum mit-twettiq tar-reat jew mid-data meta l-vittma tkun saret konxja mit-twettiq tar-reat. Jekk il-vittma ma tkunx kapaċi, fiżikament jew mentalment, li tirrapporta lill-korpi tal-prosekuzzjoni, il-limitu ta' żmien ta' 60 jum jiġi kkalkulat mid-data meta l-inkapaċità tkun waqfet.

Il-vittmi li ma jkunux laħqu l-età ta' 18-il sena u dawk li jitqiegħdu taħt ordni ta' projbizzjoni ma għandhomx l-obbligu li jirrappurtaw lill-korpi ta' prosekuzzjoni jew lill-qorti b'rabta mat-twettiq tar-reat. Ir-rappreżentant legali tal-minorenni jew tal-persuna li titqiegħed taħt l-ordni ta' projbizzjoni jista' jirrapporta lill-korpi ta' prosekuzzjoni b'rabta mat-twettiq tar-reat.

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha l-vittma hija domiċiljata u tiġi deċiża minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi permezz ta’ konklużjoni fi żmien 15-il jum mid-data tas-sottomissjoni. Kopji tad-dokumenti ta’ sostenn għall-informazzjoni li tinsab fir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas, kif ukoll kwalunkwe dokument ieħor fil-pussess tal-vittma, li huma utli biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors, għandhom jiġu annessi ma’ dak ir-rikors.

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi deċiż in camera, fejn il-vittma tissejjaħ tidher.

Jekk il-vittma ma tkunx għażlet avukat, id-deċiżjoni favur l-aċċettazzjoni tar-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas għandha tinkludi wkoll il-ħatra ta’ avukat ex officio skont il-Liġi Nru 51/1995 dwar l-organizzazzjoni u l-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata, u skont ir-Regolamenti dwar il-professjoni ta' avukat.

Il-vittma tiġi nnotifikata bil-konklużjoni dwar ir-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas. Il-konklużjoni li tiċħad ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas hija soġġetta għal stħarriġ mill-qorti distrettwali, li lilha tappartjeni l-Kummissjoni għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, fuq talba tal-vittma, fi żmien 15-il jum min-notifika. L-istħarriġ isir minn bord magħmul minn żewġ imħallfin.

Għajnuna legali bla ħlas tingħata lil kull vittma għad-durata tal-proċedimenti sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal żewġ salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbiliti għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas. Il-fondi meħtieġa għall-għoti ta’ għajnuna legali bla ħlas jingħataw mill-baġit tal-Istat, permezz tal-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu applikati wkoll kif xieraq għall-għoti tal-ammonti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza dwar l-għoti ta’ kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat.

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni li tat kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat jistgħu jiġu ppreżentati wkoll mir-rappreżentant legali tal-minorenni jew tal-persuna li tkun taħt l-ordni ta’ projbizzjoni. Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ biex tiġi eżegwita d-deċiżjoni li tat kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat huma eżentati mit-tariffa tal-boll.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ għall-eżekuzzjoni tas-sentenza li tagħti kumpens ċivili lill-vittma tar-reat jistgħu jiġu ppreżentati wkoll minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li l-attività tagħhom tinvolvi l-protezzjoni tal-vittmi jekk ikunu ffirmati mill-vittma, jekk jinkludu l-informazzjoni kollha u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Slovenja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja
Župančičeva 3
Ljubljana

Telefown: +386 1 369 54 40
Faks: +386 1 369 54 75

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagp.mp@gov.si
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.si/drzavni-organi/ministrstva/ministrstvo-za-pravosodje/

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtorità(jiet) tal-kumpens taċċetta/jaċċettaw:

— talba? Bis-Sloven.

— dokumenti ta’ prova? Bis-Sloven, bħala traduzzjoni ċċertifikata.

Jekk it-talba u d-dokumenti ta’ prova ma jkunux bis-Sloven, il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jirritornahom lir-rikorrent jew lill-awtorità tal-Istat Membru li mingħandha tkun waslet it-talba, flimkien ma’ spjegazzjoni li t-talba u d-dokumenti ta’ prova jridu jkunu bis-Sloven.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Jekk it-talba u d-dokumenti ta’ prova ma jkunux bis-Sloven, il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jirritornahom lir-rikorrent jew lill-awtorità li mingħandha tkun waslet it-talba, flimkien mal-ispjegazzjoni li t-talba u d-dokumenti ta’ prova jridu jkunu bis-Sloven. Fi kliem ieħor, l-awtorità tal-kumpens ma tittraduċix it-talba jew id-dokumenti ta’ prova mingħand Stati Membri oħra tal-UE. L-ispejjeż tat-traduzzjoni jiġu koperti mir-Repubblika tas-Slovenja.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le. Ma tintalab ebda tariffa għal talbiet, għal azzjonijiet u għal deċiżjonijiet fi proċedimenti ta’ kumpens skont dan l-Att.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Le, l-ispejjeż ma jiġux rimborżati.

Jiġi pprovdut interpretu f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Bħala regola, ma jkollokx bżonn tkun preżenti personalment fil-proċedura.

Il-Kumitat għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-kumpens lil vittmi ta’ reati jista’ jiddeċiedi li jorganizza smigħ jew jisma’ lil parti jew lil espert. Skont ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali, partijiet li ma jafux il-lingwa jew ma jistgħux jużawha minħabba diżabilità għandhom id-dritt għal interpretu biex isegwu l-proċedura. L-awtorità hi obbligata tinforma lir-rikorrenti dwar dan.

Madankollu, skont il-liġi, il-Kumitat jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru l-ieħor tal-UE fejn ir-rikorrent ippreżenta talba għal kumpens biex twettaq dawn l-atti minfloku. F’dan il-każ, ma jkunx hemm bżonn li r-rikorrent ikun personalment preżenti.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Ċertifikati mediċi mehmuża jiġu aċċettati jew rikonoxxuti jekk jiġu ppreżentati bis-Sloven, bħala traduzzjoni ċċertifikata.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Skont ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali, le, għaliex din hi proċedura li ssir fuq it-talba tar-rikorrent.

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità/korp jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?

L-iskadenza legali għall-ħruġ ta’ deċiżjoni hi ta’ 3 xhur mil-wasla ta’ applikazzjoni kompluta. Bħala regola, il-proċedura attwali ddum anqas minn sitt xhur, skont iċ-ċirkustanzi individwali.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni tkun bis-Sloven.

Jekk il-proċedura tkun se titmexxa mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, id-deċiżjoni tintbagħat flimkien mal-formola standard predefinita stabbilita mill-Kummissjoni Ewropea li trid tkun bil-lingwa tal-Istat Membru kompetenti li tintbagħat lilu. Parti mill-formola standard hi wkoll sommarju tad-deċiżjoni, spjegazzjoni jew struzzjoni dwar ir-rimedju legali, u spjegazzjoni ta’ azzjonijiet oħra li huma mistennija mir-rikorrent.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Int tista’ tikkontesta d-deċiżjoni b’azzjoni fi proċedimenti amministrattivi, li tiġi deċiża mill-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Fi proċedimenti amministrattivi li jinvolvu t-tħejjija ta’ talba ta’ kumpens, l-għajnuna legali b’xejn mhix possibbli.

Madankollu, skont ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali, uffiċjal irid jirrispetta l-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet tar-rikorrent, u dan ifisser li l-uffiċjal irid jippermetti lir-rikorrent jeżerċita d-drittijiet tiegħu, iwissih f’dan ir-rigward, jistiednu jlesti t-talba u jipprovdi spjegazzjonijiet, filwaqt li jiżgura li n-nuqqas ta’ għarfien tar-rikorrent jew il-fatt li ma jkunx jaf ma jtelliflux drittijietu.

Ir-rikorrent jista’ jiddeċiedi li jiftaħ azzjoni kontra deċiżjoni tal-Kumitat. F’tilwima amministrattiva li tkun proċedura ġudizzjarja wkoll, barranin (li ma jkunux residenti tar-Repubblika tas-Slovenja) huma intitolati għal għajnuna legali b’xejn bil-kundizzjoni ta’ reċiproċità jew skont il-kundizzjonijiet u f’każijiet determinati mit-trattati internazzjonali li jorbtu lir-Repubblika tas-Slovenja.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Aħna m’għandniex informazzjoni dwar dan.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Slovakkja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka — Id-Dipartiment għar-Riabilitazzjoni u għall-Kumpens

Telefown: +421288891225
Faks: +4212888 91 579

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavictims@justice.sk
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.gov.sk

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Mhuwiex possibbli li tikkomunika direttament mal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka. Għandha tintuża l-awtorità tal-assistenza fil-pajjiż ta’ oriġini għal talbiet transfruntiera.

B’liema lingwa/i l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kumpens taċċetta/jaċċettaw:

  • talba?
    Bis-Slovakk.
  • dokumenti ta’ sostenn?
    Bis-Slovakk.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka ma jipprovdix traduzzjoni tad-dokumenti neċessarji. Il-vittma ta’ reat tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni u għall-ispejjeż assoċjati.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?

Il-proċedura mhix soġġetta għall-ispejjeż.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-preżenza tal-vittma ta’ reat vjolenti mhix meħtieġa f’valutazzjoni ta’ talba għal kumpens. Kwalunkwe smigħ jitwettaq mill-awtorità tal-assistenza rikjesta jew mill-awtoritajiet Slovakki permezz tal-faċilitajiet tekniċi għat-trażmissjoni awdjoviżiva. Bħala riżultat ta’ dan, ma jiġġarrbux spejjeż tal-ivvjaġġar u ma jkunx hemm bżonn ta’ rimborż.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Il-liġi ma tipprovdix għall-parteċipazzjoni personali tar-rikorrent fil-proċedura ta’ kumpens. Il-preżenza tal-vittma ta’ reat vjolenti mhix meħtieġa f’valutazzjoni ta’ talba għal kumpens.

Iċ-ċertifikati mediċi mingħand it-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkunu jridu jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Rapport mediku li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-kodiċi legali Slovakk hu meħtieġ għall-finijiet ta’ determinazzjoni tal-kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija. Madankollu, għadu possibbli li l-istatus tas-saħħa jiġi vvalutat minn tabib fir-Repubblika Slovakka fuq il-bażi ta’ rapporti mediċi maħruġa fil-pajjiż ta’ residenza.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivvjaġġar ma jiġux rimborżati.

Kemm jgħaddi żmien bejn wieħed u ieħor biex l-awtorità/il-korp jiddeċiedu dwar talba għal kumpens?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jiddeċiedi fi żmien sitt (6) xhur minn meta jirċievi talba kompluta.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bis-Slovakk.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

B’kawża quddiem il-qorti.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Ma hemm ebda għajnuna legali speċifikament għall-fini ta’ talbiet għal kumpens previst fil-kodiċi legali tas-Slovakkja. Hu possibbli li tintuża assistenza legali ġenerali pprovduta mill-Istat miċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali, jew li tintalab għajnuna mingħand waħda mill-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna lill-vittmi ta’ reati. Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka stess jipprovdi gwida bażika dwar kif jintalab kumpens.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Hemm organizzazzjonijiet nongovernattivi li jipprovdu għajnuna u appoġġ lil vittmi ta’ reati vjolenti fi ħdan ir-Repubblika Slovakka, li huma ffokati fuq ċerti vittmi. L-għażliet għall-organizzazzjonijiet individwali biex jipprovdu għajnuna għal talbiet ta’ kumpens f’każijiet transfruntiera jiddependu primarjament mill-kapaċitajiet tal-persunal tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Finlandja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntieri?

State Treasury

P.O. Box 50

FI-00054 State Treasury, Finland

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarikosvahingot@valtiokonttori.fi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.valtiokonttori.fi/en/frontpage/

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mil l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Inti tista’ tibgħa it-talba tiegħek direttament lit-Teżor tal-Istat (Valtiokonttori). Innota, madankollu, ir-restrizzjonijiet fuq il-lingwa tad-dokumenti kif spjegat hawn taħt.

B’liema lingwa/i l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw it-talba?

U d-dokumenti ta’ sostenn?

It-talba trid issir bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż. Id-dokumenti ta’ sostenni wkoll iridu jkunu f’waħda minn dawn il-lingwi.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

It-Teżor tal-Istat mhux se jaċċetta talba għall-ipproċessar jekk din ma ssirx f’waħda mil-lingwi msemmija hawn fuq. Jekk teħtieġ għajnuna bit-traduzzjoni tad-dokumenti, tista’ tikkuntattja lill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż fejn tgħix.

Hemm xi ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas għalihom?

Inti mhux se tintalab tħallas kwalunkwe kost amministrattivi għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tiegħek.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għall-ħlas lura? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-każ se jiġi pproċessat mit-Teżor tal-Istat bil-miktub. Inti mhux se tintalab tidher personalment matul kwalunkwe stadju tal-proċess.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Ara t-tweġiba preċedenti.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Ċertifikat mediku maħruġ minn tabib fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek se jiġi aċċettat bħala evidenza tal-korriment li soffrejt.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Ara t-tweġiba preċedenti.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Inti tirċievi deċiżjoni fuq medja ta’ 6-8 xhur wara li t-Teżor tal-Istat jirċievi t-talba tiegħek.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

It-Teżor tal-Istat joħroġ id-deċiżjonijiet bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss. Jekk inti għamilt it-talba tiegħek bl-Ingliż, inti se tirċievi sommarju bl-Ingliż tal-kontenut tad-deċiżjoni flimkien mad-deċiżjoni.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Inti tista’ tappella bil-miktub lill-Qorti tal-Assigurazzjoni (Vakuutusoikeus) kontra deċiżjoni dwar kumpens li tkun irċevejt, fi żmien 30 jum mid-data li fiha ssir taf bid-deċiżjoni. Il-linji gwida dwar kif tista’ tappella huma mehmużin mad-deċiżjoni dwar il-kumpens tat-Teżor tal-Istat.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

It-Teżor tal-Istat jista’ jagħtik parir dwar affarijiet relatati mat-talba għal kumpens. Jekk inti tuża l-għajnuna ta’ avukat estern biex tipprepara t-talba tiegħek, il-kostijiet li jqumu minn dan jistgħu jiġu kumpensati biss jekk inti tkun ingħatajt għajnuna legali jew ġejt assenjat konsulent legali għas-smigħ tal-każ minn qorti. Il-kostijiet tal-preparazzjoni tat-talba jistgħu jiġu kkumpensati wkoll meta l-każ ma jinstemax minn qorti, jekk inti tissodisfa l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti biex tikseb għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Inti tista’ tikseb għajnuna biex tagħmel talba minn Appoġġ għall-Vittmi Finlandja (Rikosuhripäivystys) (RIKU). Inti tista’ ssib id-dettalji tal-kuntatt ta’ din l-organizzazzjoni fuq is-sit web tagħha fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.riku.fi/en/home/

L-aħħar aġġornament: 09/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Svezja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten)

Storgatan 49
Umeå

Tel. (+46)90708200
Faks  (+46)90178353

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@brottsoffermyndigheten.se
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brottsoffermyndigheten.se/

Indirizz postali:
Box 470
SE-901 09
Umeå, l-Iżvezja

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn nirrikorri għand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva. Jekk ir-reat seħħ l-Iżvezja, it-talba tista’ tintbagħat direttament lill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati.

B’liema lingwa/i l-awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:

– it-talbiet?

– id-dokumenti ta’ sostenn?

It-talba u d-dokumenti ta’ sostenn jiġu aċċettati bl-Iżvediż u bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għalihom?

L-ispejjeż tat-traduzzjoni jitħallsu mill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

Jekk ikolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rrimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Ir-rikorrent m’għandux għalfejn ikun preżenti. L-ipproċessar isir bil-miktub.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Hemm opzjonijiet għall-interpretazzjoni jekk ikun meħtieġ waqt il-proċess.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti — jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Jistgħu jiġu aċċettati ċ-ċertifikati mediċi u n-noti mediċi minn pajjiżi oħra. Meta tkun meħtieġa valutazzjoni addizzjonali, l-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati normalment tinvolvi tobba esperti biex jiktbu opinjoni bbażata fuq l-evidenza medika disponibbli.

Niġi rrimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Normalment ma jkunx hemm bżonn ta’ eżami mediku fl-Iżvezja jekk inti resident ta’ pajjiż ieħor tal-UE. Madankollu, hemm possibbiltà li l-ispejjeż jiġu rrimborżati jekk tkun meħtieġa investigazzjoni oħra ta’ dan it-tip.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) l-awtorità biex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Iż-żmien ta’ pproċessar ivarja skont in-natura tal-każ u skont kemm ikollha xogħol l-awtorità. Iż-żmien ta’ pproċessar medju normalment ikun bejn wieħed u ieħor tliet xhur, iżda jista’ jdum inqas jew aktar minn hekk. Il-każijiet jiġu pproċessati skont l-ordni li jaslu fiha, u normalment ma tingħata l-ebda preċedenza.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Id-deċiżjoni tkun bl-Iżvediż. Jekk int ma titkellimx bl-Iżvediż, tirċievi wkoll sommarju tad-deċiżjoni bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjonijiet mill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati ma jistgħux jiġu kkontestati, iżda l-awtorità tista’ tibdel id-deċiżjoni tagħha fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk jitfaċċaw ċirkustanzi ġodda jew jekk ikun hemm raġunijiet oħra biex isir hekk.

Rikorrent li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni għandu jibgħat talba bil-miktub lill-awtorità biex il-każ jiġi eżaminat mill-ġdid. Il-bidla mixtieqa u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu speċifikati fit-talba. Kwalunkwe materjal supplimentari għandu jiġi ppreżentat flimkien mat-talba.

Ir-rikorrent dejjem ikun intitolat għal rieżami tad-deċiżjoni tiegħu mit-Tribunal ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (Nämnden för brottsskadeersättning).

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Il-kumpens għall-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali jingħata biss jekk ikun hemm raġunijiet partikolari biex isir dan. Normalment ma tkunx meħtieġa l-għajnuna ta' avukat għal kumpens ta’ dannu kriminali. Huwa relattivament faċli biex tippreżenta talba. L-awtorità għandha wkoll l-obbligu li tipprovdi informazzjoni u pariri lil dawk li jitolbu kumpens, kif ukoll responsabbiltà biex tikseb l-evidenza meħtieġa għal deċiżjoni dwar il-każ.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Jekk trid tippreżenta talba jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kumpens f’każijiet transfruntiera, ikun aħjar jekk tikkonsulta lill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati għal għajnuna u informazzjoni. Tista’ ssib informazzjoni fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/. Tista’ wkoll iċċempel lill-awtorità fuq +46 90 70 82 00.

L-aħħar aġġornament: 22/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - L-Ingilterra u Wales

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali (CICA - Criminal Injuries Compensation Authority)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefon: 00 44 203 684 2517

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta' oriġini tiegħi)?

Naċċettaw applikazzjoni direttament mingħandek mingħajr ma jkollok tgħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

  • il-pretensjoni?
  • id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-preferenza tagħna hija li nirċievu dawn id-dokumenti bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi l-pretensjoni / d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Se nħallsu għal dawn it-traduzzjonijiet.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Aħna ma nitolbu l-ebda ħlas għas-servizzi tagħna.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Aħna nipproċessaw l-applikazzjonijiet u nikkorrispondu mal-applikanti bil-miktub. M'għandekx bzonn tkun prezenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew l-istat ta’ saħħa / il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Aħna se naċċettaw rapporti minn professjonisti mediċi kwalifikati f’pajjiżi oħra.

Ser niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Ma nħallsux l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / l-entità tiddeċiedi dwar kumpens?

It-tul ta’ żmien meħtieġ biex tiġi eżaminata pretensjoni jiddependi fuq kemm inhi kkumplikata. Pereżempju, il-pretensjonijiet li jinvolvu telf ta’ introjtu jieħdu aktar żmien minn dawk li jinvolvu ħlas skont it-tariffa tal-korrimenti. Is-CICA ma tiffinalizzax talba sakemm inti tikkonferma li rkuprajt, kemm jista’ jkun, mill-korrimenti tiegħek. L-għan tagħna huwa li nsolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta jaslu quddiemna.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Aħna se nikkorrispondu miegħek bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tixtieqna nirreveduha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni bil-miktub tiegħek għal reviżjoni fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Jenħtieġ li tehmeż kull evidenza addizzjonali li tixtieq li tiġi kkunsidrata f’sostenn għat-talba tiegħek.

Meta nirċievu t-talba tiegħek għal reviżjoni flimkien mal-informazzjoni kollha ta’ sostenn, l-uffiċjal għall-pretensjonijiet, apparti l-persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni oriġinali, jikkunsidraha. Id-deċiżjoni ta’ reviżjoni tista’ tkun aktar jew anqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew id-deċiżjoni oriġinali tista’ ma tinbidilx.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni ta’ reviżjoni, tista’ tappella lit-Tribunal tal-Ewwel Livell (Kumpens għal Korrimenti Kriminali) skont ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal. Tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-sit web tat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Ewwel Livell.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

M’għandekx bżonn ta’ rappreżentant imħallas bħal solicitor jew kumpanija ta’ maniġment għall-pretensjonijiet biex titlob għal kumpens. Jekk tagħżel rappreżentazzjoni mħallsa, ma nistgħux nirrimborżaw -ispejjeż ta’ dan, u jkollok tħallas dawn l-ispejjeż int stess.

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Tista’ tikkuntattja lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Informazzjoni dwar il-Vittmi għall-għajnuna bl-applikazzjoni tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima mhijiex applikabbli. Is-Servizzi għall-Għoti ta’ Kumpens fl-Irlanda ta’ Fuq (Compensation Services Northern Ireland) jittrattaw biss pretensjonijiet li jokkorru fl-Irlanda ta’ Fuq.

Liema awtorità tiddeċiedi fuq talba għal kumpens f’każijiet transkonfinali?

-

Nista’ nibgħat talba direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transkonfinali (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta' assistenza f’art twelidi)?

-

Jekk l-awtorità li trid tagħti kumpens tittraduċi dokumenti minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

-

Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?

-

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min irrid nikkuntattja?

-

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

-

Iċ-ċertifikati mediċi, mogħtija mit-tobba mill-pajjiż fejn għandi r-residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti, jew is-saħħa tiegħi/korriment ikun irid jiġi eżaminat minn esperti mediċi t’hemmhekk stess?

-

Ser ningħata lura l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

-

Kemm tieħu żmien biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

-

B’liema lingwa nista’ nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

-

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

-

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

-

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transkonfinali?

-

L-aħħar aġġornament: 02/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż - Skozja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefon: 00 44 300 003 3601

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Aħna naċċettaw applikazzjoni direttament mingħandek mingħajr ma jkollok tgħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

  • il-pretensjoni?
  • id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-preferenza tagħna hija li nirċievu dawn id-dokumenti bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Aħna nħallsu għal dawn it-traduzzjonijiet.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Aħna ma nitolbu l-ebda ħlas għas-servizzi tagħna.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Aħna nipproċessaw l-applikazzjonijiet u nikkorrispondu mal-applikanti bil-miktub. M'għandekx bzonn tkun prezenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Aħna naċċettaw rapporti minn professjonisti mediċi kkwalifikati f’pajjiżi oħra.

Ser niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Aħna ma nħallsux l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Kemm tieħu żmien bejn wieħed u ieħor biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens?

Aħna nimmiraw li nirriżolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta jiġu rċevuti.  Il-każijiet kumplessi jieħdu aktar żmien.  Aħna ma nagħtux deċiżjoni finali dwar il-każ tiegħek jekk it-trattament mediku tiegħek għadu għaddej jew il-livell ta’ rkupru mhux magħruf.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Aħna se jikkorrispondu miegħek bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tixtieq li nirreveduha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni bil-miktub tiegħek għal reviżjoni fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Ikollok bżonn tehmeż evidenza addizzjonali li tixtieq li tiġi kkunsidrata bħala sostenn għat-talba tiegħek.

Meta nirċievu t-talba tiegħek għal reviżjoni flimkien mal-informazzjoni kollha ta’ sostenn, uffiċjal għall-pretensjonijiet, li ma jkunx dak li jkun ħa d-deċiżjoni oriġinali, jikkunsidraha. Id-deċiżjoni ta’ reviżjoni tista’ ssir aktar jew inqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew id-deċiżjoni oriġinali tista’ ma tinbidilx.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni ta’ reviżjoni, int tista’ tappella lit-Tribunal tal-Ewwel Livell (Kumpens għal Korrimenti Kriminali) skont ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal. Int tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-sit web tat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Ewwel Livell.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Ma għandekx bżonn ta’ rappreżentant imħallas bħal avukat jew kumpanija ta’ maniġment ta’ pretensjonijiet biex titlob kumpens. Jekk tagħżel rappreżentazzjoni mħallsa ma nistgħux inħallsu l-ispejjeż ta’ dan, u jkollok tħallas dawn l-ispejjeż int stess.

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Tista’ tikkuntattja lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Informazzjoni għall-Vittmi u x-Xhieda għall-għajnuna bl-applikazzjoni tiegħek.