Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati
Storgatan 49
Umeå, l-Iżvezja
Tel: +46)90708200
Fax : +(46)90178353
Posta elettronika: registrator@brottsoffermyndigheten.se
Sit web: http://www.brottsoffermyndigheten.se/
Indirizz postali:
P.O. Box 470
SE-901 09
Umeå, l-Iżvezja
Iva; jekk ir-reat seħħ fl-Iżvezja, it-talba tista’ tintbagħat direttament lill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati.
– it-talba?
– id-dokumenti ta’ sostenn?
It-talba u d-dokumenti ta’ sostenn jiġu aċċettati bl-Iżvediż u bl-Ingliż.
L-ispejjeż tat-traduzzjoni ser jitħallsu mill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati.
Le.
Ir-rikorrent m’hemmx għalfejn ikun preżenti. L-ipproċessar isir bil-miktub.
Hemm għażliet għall-interpretarjat jekk ikun meħtieġ waqt il-proċess.
Jistgħu jiġu aċċettati ċ-ċertifikati mediċi u n-noti mediċi minn pajjiżi oħra. Meta tkun meħtieġa valutazzjoni addizzjonali, l-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati normalment tinvolvi tobba esperti biex jiktbu opinjoni bbażata fuq l-evidenza medika disponibbli.
Normalment ma jkunx hemm bżonn ta’ eżami mediku fl-Iżvezja jekk inti resident ta’ pajjiż ieħor tal-UE. Madankollu, hemm possibbiltà li l-ispejjeż jiġu rimborżati jekk tkun meħtieġa investigazzjoni oħra ta’ dan it-tip.
Iż-żmien ta’ pproċessar ivarja skont in-natura tal-każ u skont kemm ikollha xogħol l-awtorità. Iż-żmien ta’ pproċessar medju normalment ikun bejn wieħed u ieħor tliet xhur, iżda jista’ jdum inqas jew aktar minn hekk. Il-każijiet jiġu pproċessati skont l-ordni kif jaslu, u normalment ma tingħata l-ebda preċedenza.
Id-deċiżjoni ser tkun bl-Iżvediż. Jekk int ma titkellimx bl-Iżvediż, ser tirċievi wkoll sommarju tad-deċiżjoni bl-Ingliż.
Id-deċiżjonijiet mill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati ma jistgħux jiġu kkontestati, iżda l-awtorità tista’ tibdel id-deċiżjoni tagħha fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk jiġu skoperti ċirkostanzi ġodda jew jekk ikun hemm raġunijiet oħra biex isir dan.
Rikorrent li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni għandu jibgħat talba bil-miktub lill-awtorità biex il-każ jiġi vvalutat mill-ġdid. Il-bidla mixtieqa u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu speċifikati fit-talba. Kwalunkwe materjal supplimentari għandu jiġi ppreżentat flimkien mat-talba.
Kumpens għal spejjeż tar-rappreżentazzjoni legali jingħata biss jekk ikun hemm raġunijiet partikolari għal dan. Normalment ma tkunx meħtieġa l-għajnuna ta' avukat għal kumpens ta’ dannu kriminali. Huwa relattivament faċli biex tippreżenta talba. L-awtorità għandha l-obbligu wkoll li tipprovdi informazzjoni u pariri lil dawk li jitolbu kumpens, kif ukoll responsabbiltà biex tikseb l-evidenza meħtieġa għal deċiżjoni dwar il-każ.
Jekk trid tippreżenta talba jew jekk għandek xi mistoqsijiet dwar kumpens f’każijiet transfruntiera, l-aħjar li tikkonsulta lill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati għall-għajnuna u informazzjoni. L-informazzjoni tista' tinstab fuq https://www.brottsoffermyndigheten.se/. Tista’ wkoll iċċempel l-awtorità fuq +46 90 70 82 00.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.