Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-Fond għal Kumpens għal Offiżi Vjolenti (Schadefonds Geweldmisdrijven)

Kneuterdijk 1
NL-2514 EM
The Hague

Telefon: 070-4142000
Fax: 070-4142001

Posta elettronika: info@schadefonds.nl
Sit web: https://www.schadefonds.nl/english-information/

Indirizz postali:
Postbus 71
NL-2501 CB
The Hague

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa(i) l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

– it-talba?

– id-dokumenti ta’ sostenn?

Bl-Olandiż, bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat/a għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel talba għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

M’hemmx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċedura.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, ser jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Dan jiddependi mit-tobba kkonċernati u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni li ssir mill-esperti mediċi tagħna.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Mhux applikabbli.

Bejn wieħed u ieħor, kemm jittieħed żmien biex l-awtorità/il-korp tiddeċiedi dwar il-kumpens?

Mhux aktar minn 26 ġimgħa.

B’liema lingwa ser nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Olandiż jew bil-lingwa tiegħek.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tressaq oġġezzjoni. Ara hawn fuq.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Le.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Appoġġ għall-Vittmi fin-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland): https://www.slachtofferhulp.nl/english/.

Telefon: 0900-0101.

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna