Il-Ministeru tal-Ġustizzja
13, rue Erasme
L-2934
LUXEMBOURG
Tel.: (352) 2478 45 27, (352) 2478 45 17
Fax: (352) 26 68 48 61, (352) 22 52 96
Email: info@mj.public.lu
Sit web: http://www.mj.public.lu/
Iva, il-pretensjoni għal kumpens għandha tintbagħat direttament lill-Ministru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu permezz ta’ ittra, sakemm ir-rikorrent ma jkunx intitolat għal kumpens minn Stat Membru ieħor u jista’ juri li jirrisjedi legalment u abitwalment fil-Lussemburgu.
Ir-rikorrent jista’ jkun eżentat milli jkollu jirrisjedi fil-Lussemburgu legalment u abitwalment jekk ikun vittma ta’ reat imsemmi fl-Artikolu 382-1 tal-Kodiċi Kriminali (traffikar ta’ bnedmin).
Il-pretensjoni għal kumpens u d-dokumenti ta’ prova huma aċċettati f'dawn il-lingwi li ġejjin:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja jkopri l-ispejjeż tat-traduzzjoni.
Le.
Il-preżenza tal-vittma hija fakultattiva. Hija tista' tkun rappreżentata minn avukat. Għaldaqstant, m’hemmx bżonn ta’ vjaġġar.
Iva.
Ċertifikati mediċi, maħruġin minn tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħek, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti bħala dokumenti ta’ sostenn għall-atti u l-ħsara li ġarrabt.
Mhux applikabbli. Ċertifikati mediċi barranin huma aċċettati bħala dokumenti ta’ prova.
Il-Ministru tal-Ġustizzja jiddeċiedi fi żmien sitt xhur minn meta tkun tressqet il-prestensjoni għal kumpens.
Peress li l-pretensjoni trid tkun miktuba bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż, id-deċiżjoni rispettiva tinkiteb ukoll f’waħda mit-tliet lingwi aċċettati.
Jekk id-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja tiġi kkontestata skont il-prinċipju jew l-ammont mogħti, tista' tinfetaħ kawża kontra l-Istat, rappreżentat mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din il-kawża għandha tinfetaħ quddiem il-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) tal-Lussemburgu jew ta’ Diekirch, skont kif jagħżel ir-rikorrent.
Kull min jista’ jagħti prova li m'għandux dħul suffiċjenti jista' jirċievi għajnuna legali bla ħlas, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi. Jista’ jinħatar avukat biex joffrilek pariri legali jew jirrappreżentak fil-qorti, bl-ispejjeż jkunu koperti mill-Istat. Kulħadd jista’ jikkonsulta lill-korpi li joffru informazzjoni legali u pariri jew medjazzjoni. Tista’ taċċessa s-Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni (Service d’Accueil et d’Information juridique) biex tikseb kwalunkwe informazzjoni legali mingħajr ħlas.
Service central d’assistance sociale (SCAS) (Servizz Ċentrali għal Assistenza Soċjali) - Service d’aide aux victimes (Servizz ta’ Appoġġ għal Vittmi)
Bâtiment Plaza Liberty,
Entrée A,
12-18, rue Joseph Junck
L-1839 il-Lussemburgu
Tel.: (+352) 47 58 21-627 / 628
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.