Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija)
Pils laukums 4
Riga
Telefown: +371 67514208
Linja ta’ assistenza mingħajr ħlas: +371 80001801
Fax: +371 67514209
Posta elettronika: jpa@jpa.gov.lv
Sit web: https://www.jpa.gov.lv/par-mums-eng
Int tista’ tibgħat it-talba għall-kumpens mill-Istat direttament lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali mingħajr ma tapplika mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħek.
B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens taċċetta/jaċċettaw it-talba?
L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali taċċetta talbiet għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħhom bil-Latvjan jew bl-Ingliż. Dokumenti li għandhom jiġu sottomessi lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali m’għandhomx bżonn jiġu legalizzati, u l-formalitajiet ekwivalenti ma japplikawx għal dawn id-dokumenti.
Jekk ikun hemm bżonn li t-talba għall-kumpens mill-Istat u d-dokumenti mehmuża magħha jiġu tradotti, l-ispejjeż tat-traduzzjoni jkunu koperti mill-finanzjament tal-baġit nazzjonali mogħti lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali.
Int mhux se tintalab tħallas għar-rieżami tat-talba għall-kumpens mill-Istat riċevuta mingħand Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.
Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali ssib li hi meħtieġa informazzjoni addizzjonali biex tieħu d-deċiżjoni, int tiġi notifikat(a) kif xieraq fi żmien sebat ijiem mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat.
Id-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz speċifikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.
Il-preżenza tiegħek mhix meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talba għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat.
Il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tiddeċiedi dwar l-investigazzjoni tal-esperti. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali titlob informazzjoni dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-esperti mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti.
Il-perizja tkun ibbażata fuq rekords mediċi jew fuq data oġġettiva oħra.
Jekk il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) tkun iddeċidiet li titlob investigazzjoni tal-esperti, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħek ikunu koperti (mill-baġit nazzjonali) skont il-proċedura u fl-ammont stabbilit bil-liġijiet u bir-regolamenti tar-Repubblika tal-Latvja.
L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tiddeċiedi dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mir-riċevuta tat-talba għall-kumpens mill-Istat u d-deċiżjoni tintbagħat fuq l-indirizz indikat fit-talba għall-kumpens mill-Istat.
Jekk l-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tkun teħtieġ xi informazzjoni addizzjonali mingħandek jew mingħand il-persuna li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), il-perjodu għat-teħid tad-deċiżjoni jiġi sospiż sakemm tiġi riċevuta l-informazzjoni mitluba kollha.
Id-deċiżjoni dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat tintbagħat lilek bil-Latvjan ma’ traduzzjoni fil-lingwa li l-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li fih tirresjedi jkun indika li jaċċetta.
Int tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali dwar il-ħlas jew ir-rifjut tal-ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din billi tippreżenta applikazzjoni għal dak l-għan lill-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali li tingħadda lill-Ministeru tal-Ġustizzja.
M’għandekx bżonn għajnuna legali biex titlob kumpens mill-Istat. L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tipprovdi l-assistenza neċessarja għall-proċess tat-talba ta’ kumpens mill-Istat.
L-assoċjazzjoni “Skalbes” toffri linja ta’ assistenza mingħajr ħlas fuq 116006 “Linja ta’ assistenza għall-vittmi ta’ reat” (kuljum bejn is-7.00 u l-22.00), billi tipprovdi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku lill-vittmi ta’ reati, informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-vittmi (pereżempju d-drittijiet fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet għall-kumpens għad-danni, il-kumpens mill-Istat, eċċ.), is-servizzi disponibbli u s-servizzi ta’ appoġġ eżistenti għall-vittmi.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.