Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Bħala l-awtorità ta’ deċiżjoni, l-Uffiċċju tal-Gvern ta’ Budapest (Budapest Főváros Kormányhivatala) huwa awtorizzat biex jiddeċiedi dwar pretensjonijiet ta’ kumpens li jirċievi mill-Istati Membri l-oħra:

1117 Budapest, Prielle Kornélia u. 4.

+36 1 896 2104

indirizz elettroniku: isz.igazgatosag@bfkh.gov.hu

web: http://www.kormanyhivatal.hu/hu/budapest/hirek/aldozatsegitse-es-jogi-segitsegnyujtas

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i l-awtoritajiet li jkunu qed jipprovdu l-kumpens jaċċettaw:

– pretensjoni?

Kwalunkwe lingwa.

– dokumenti ta’ sostenn?

Kwalunkwe lingwa.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

L-Istat Ungeriż

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, m’hemm l-ebda imposta bħal din li għandha titħallas.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nagħmel pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Ma tistax tiġi rimborżat, peress li l-proċedura ma tirrikjedikx li tkun preżenti personalment.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti personalment?

Iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Naċċettawhom.

Se niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm tieħu żmien bejn wieħed u ieħor biex nirċievi deċiżjoni dwar kumpens mill-awtorità/korp?

Waqt il-proċedura, għandha tittieħed deċiżjoni fi żmien massimu ta’ 60 jum.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Bl-Ungeriż.

Jekk ma nkunx sodisfatt/a bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Deċiżjoni li tingħata fil-prim’istanza hija soġġetta għal appell u l-appell jinstema’ mill-Ministeru tal-Ġustizzja bħala l-korp tat-tieni istanza. Il-proċedimenti amministrattivi jistgħu jitressqu quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni li tingħata mill-Ministeru tal-Ġustizzja fit-tieni istanza.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Tista’ tirċievi għajnuna legali fuq il-bażi tal-Att Ungeriż LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

Servizzi biex jgħinuk tiddikjara l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe uffiċċju ta’ servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, fejn il-konsulenti tal-appoġġ għall-vittmi se jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza biex timla l-applikazzjonijiet, jipprovdu informazzjoni) lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu wkoll jirrikorru għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Ċirku Abjad (Fehérgyűrű), Għajnuna Battista Ungeriża (Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.)

L-aħħar aġġornament: 21/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna