Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Ġermanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Ġermanja

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet ta’ assistenza f’kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat. Biex ir-rikorrenti ma jkollhomx għalfejn ifittxu l-korp responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw lill-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali (il-Ministeru Federali għax-Xogħol u għall-Affarijiet Soċjali), li jgħaddi t-talba għal kumpens lill-awtorità t-tajba.

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli għalfejn ngħaddi mill-punt ta’ kuntatt f’pajjiżi)?

Tista’, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ assistenza.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet ta’ kumpens jaċċettaw:

- it-talba?

Bi kwalunkwe lingwa Ewropea

- id-dokumenti ta’ sostenn?

Bi kwalunkwe lingwa Ewropea

Jekk l-awtorità ta’ kumpens tittraduċi t-talba/dokumenti ta' sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

It-traduzzjonijiet huma bla ħlas għar-rikorrenti. Dawn l-ispejjeż normalment jiġġarrbu mill-awtoritajiet li jiddeċiedu.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (riċevuta minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, min iħallas l-ispejjeż?

M’hemm l-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor għal talbiet ta’ kumpens għall-vittmi fil-Ġermanja.

Jekk ikolli bżonn li nkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża, se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.

Huwa pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun preżenti fiżikament?

M’intix intitolat(a) legalment għal interpretu. Madankollu, fil-prattika, l-interpreti huma ta’ spiss użati meta jkunu meħtieġa.

Se jiġu aċċettati jew rikonoxxuti ċ-ċertifikati mediċi, mogħtija minn tobba fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħi - jew is-saħħa/korrimenti tiegħi se jkollhom jiġu eżaminati mill-esperti mediċi tagħkom?

Dawn iċ-ċertifikati huma ġeneralment aċċettati.

Se niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.

Bejn wieħed u ieħor, kemm iddum biex tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens mill-awtorità/korp?

Ma hemm l-ebda risposta definittiva għal din il-mistoqsija, peress li t-tul tal-proċedura tal-kumpens huwa marbut mill-qrib maċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni rigward it-talba tiegħi?

Normalment id-deċiżjoni tiġi tradotta bil-lingwa nazzjonali rilevanti.

Jekk id-deċiżjoni ma tissodisfanix, kif nista’ nikkontestaha?

Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni fil-proċedura tal-kumpens. Jekk l-appell ma jintlaqax, ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Qorti Soċjali.

Nista’ nikseb assistenza legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Ir-rikorrenti kollha jistgħu jiksbu assistenza legali, madankollu l-ispejjeż ma jistgħux jitħallsu lura.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi f’dan il-pajjiż li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens f’każ transfruntier?

Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Ġermanja li jistgħu jipprovdu assistenza. Is-sit web li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali tajba u huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bl-Ispanjol ukoll: http://www.odabs.org/.

L-aħħar aġġornament: 03/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna