Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet ta’ assistenza f’kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat. Biex ir-rikorrenti ma jkollhomx għalfejn ifittxu l-korp responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw lill-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali (il-Ministeru Federali għax-Xogħol u għall-Affarijiet Soċjali), li jgħaddi t-talba għal kumpens lill-awtorità t-tajba.
Tista’, iżda għandhom jiġu mgħarrfa wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta’ assistenza.
- it-talba?
Bi kwalunkwe lingwa Ewropea
- id-dokumenti ta’ sostenn?
Bi kwalunkwe lingwa Ewropea
It-traduzzjonijiet huma bla ħlas għar-rikorrenti. Dawn l-ispejjeż normalment jiġġarrbu mill-awtoritajiet li jiddeċiedu.
M’hemm l-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor għal talbiet ta’ kumpens għall-vittmi fil-Ġermanja.
L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.
M’intix intitolat(a) legalment għal interpretu. Madankollu, fil-prattika, l-interpreti huma ta’ spiss użati meta jkunu meħtieġa.
Dawn iċ-ċertifikati huma ġeneralment aċċettati.
L-ispejjeż tal-ivjaġġar, fejn huma meħtieġa, jitħallsu mill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi.
Ma hemm l-ebda risposta definittiva għal din il-mistoqsija, peress li t-tul tal-proċedura tal-kumpens huwa marbut mill-qrib maċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali.
Normalment id-deċiżjoni tiġi tradotta bil-lingwa nazzjonali rilevanti.
Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra d-deċiżjoni fil-proċedura tal-kumpens. Jekk l-appell ma jintlaqax, ilment jista’ jiġi ppreżentat lill-Qorti Soċjali.
Ir-rikorrenti kollha jistgħu jiksbu assistenza legali, madankollu l-ispejjeż ma jistgħux jitħallsu lura.
Hemm numru ta’ organizzazzjonijiet lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi fil-Ġermanja li jistgħu jipprovdu assistenza. Is-sit web li ġej jipprovdi ħarsa ġenerali tajba u huwa disponibbli kemm bl-Ingliż kif ukoll bl-Ispanjol ukoll: http://www.odabs.org/.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.