Civilinės teisenos srityje nebaigtos procedūros ir procesai, pradėti iki pereinamojo laikotarpio pabaigos, bus tęsiami pagal ES teisę. Remiantis abipusiu susitarimu su Jungtine Karalyste, atitinkama su Jungtine Karalyste susijusi informacija E. teisingumo portale bus saugoma iki 2024 m. pabaigos.

Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Anglija ir Velsas

Turinį pateikė
Anglija ir Velsas

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

L-Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali (CICA - Criminal Injuries Compensation Authority)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefon: 00 44 203 684 2517

Sit Web: https://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta' oriġini tiegħi)?

Naċċettaw applikazzjoni direttament mingħandek mingħajr ma jkollok tgħaddi mill-awtorità ta’ assistenza fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

  • il-pretensjoni?
  • id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-preferenza tagħna hija li nirċievu dawn id-dokumenti bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi l-pretensjoni / d-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Se nħallsu għal dawn it-traduzzjonijiet.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tal-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Aħna ma nitolbu l-ebda ħlas għas-servizzi tagħna.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Aħna nipproċessaw l-applikazzjonijiet u nikkorrispondu mal-applikanti bil-miktub. M'għandekx bzonn tkun prezenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew l-istat ta’ saħħa / il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Aħna se naċċettaw rapporti minn professjonisti mediċi kwalifikati f’pajjiżi oħra.

Ser niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Ma nħallsux l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità / l-entità tiddeċiedi dwar kumpens?

It-tul ta’ żmien meħtieġ biex tiġi eżaminata pretensjoni jiddependi fuq kemm inhi kkumplikata. Pereżempju, il-pretensjonijiet li jinvolvu telf ta’ introjtu jieħdu aktar żmien minn dawk li jinvolvu ħlas skont it-tariffa tal-korrimenti. Is-CICA ma tiffinalizzax talba sakemm inti tikkonferma li rkuprajt, kemm jista’ jkun, mill-korrimenti tiegħek. L-għan tagħna huwa li nsolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta jaslu quddiemna.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Aħna se nikkorrispondu miegħek bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tixtieqna nirreveduha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni bil-miktub tiegħek għal reviżjoni fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Jenħtieġ li tehmeż kull evidenza addizzjonali li tixtieq li tiġi kkunsidrata f’sostenn għat-talba tiegħek.

Meta nirċievu t-talba tiegħek għal reviżjoni flimkien mal-informazzjoni kollha ta’ sostenn, l-uffiċjal għall-pretensjonijiet, apparti l-persuna li tkun ħadet id-deċiżjoni oriġinali, jikkunsidraha. Id-deċiżjoni ta’ reviżjoni tista’ tkun aktar jew anqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew id-deċiżjoni oriġinali tista’ ma tinbidilx.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni ta’ reviżjoni, tista’ tappella lit-Tribunal tal-Ewwel Livell (Kumpens għal Korrimenti Kriminali) skont ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal. Tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-sit web tat-Tribunal tal-Ewwel Livell.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

M’għandekx bżonn ta’ rappreżentant imħallas bħal solicitor jew kumpanija ta’ maniġment għall-pretensjonijiet biex titlob għal kumpens. Jekk tagħżel rappreżentazzjoni mħallsa, ma nistgħux nirrimborżaw -ispejjeż ta’ dan, u jkollok tħallas dawn l-ispejjeż int stess.

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-Informazzjoni dwar il-Vittmi għall-għajnuna bl-applikazzjoni tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.