Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Skotland

Indholdet er leveret af
Skotland

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefon: 00 44 300 003 3601

Sit Web: https://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

Nista’ nibgħat il-pretensjoni tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dak il-pajjiż anki f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mingħand l-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Aħna naċċettaw applikazzjoni direttament mingħandek mingħajr ma jkollok tgħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżek.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

  • il-pretensjoni?
  • id-dokumenti ta’ sostenn?

Il-preferenza tagħna hija li nirċievu dawn id-dokumenti bl-Ingliż.

Jekk l-awtorità li tkun qed tipprovdi l-kumpens tittraduċi l-pretensjoni/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

Aħna nħallsu għal dawn it-traduzzjonijiet.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż biex tiġi pproċessata l-pretensjoni tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Aħna ma nitolbu l-ebda ħlas għas-servizzi tagħna.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ nippreżenta pretensjoni għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Aħna nipproċessaw l-applikazzjonijiet u nikkorrispondu mal-applikanti bil-miktub. M'għandekx bzonn tkun prezenti.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Mhux applikabbli.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/il-korriment tiegħi jrid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

Aħna naċċettaw rapporti minn professjonisti mediċi kkwalifikati f’pajjiżi oħra.

Ser niġi rimborżat(a) għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Aħna ma nħallsux l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.

Kemm tieħu żmien bejn wieħed u ieħor biex l-awtorità/korp jiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens?

Aħna nimmiraw li nirriżolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta jiġu rċevuti.  Il-każijiet kumplessi jieħdu aktar żmien.  Aħna ma nagħtux deċiżjoni finali dwar il-każ tiegħek jekk it-trattament mediku tiegħek għadu għaddej jew il-livell ta’ rkupru mhux magħruf.

B’liema lingwa se nirċievi d-deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Aħna se jikkorrispondu miegħek bl-Ingliż.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tixtieq li nirreveduha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni bil-miktub tiegħek għal reviżjoni fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Ikollok bżonn tehmeż evidenza addizzjonali li tixtieq li tiġi kkunsidrata bħala sostenn għat-talba tiegħek.

Meta nirċievu t-talba tiegħek għal reviżjoni flimkien mal-informazzjoni kollha ta’ sostenn, uffiċjal għall-pretensjonijiet, li ma jkunx dak li jkun ħa d-deċiżjoni oriġinali, jikkunsidraha. Id-deċiżjoni ta’ reviżjoni tista’ ssir aktar jew inqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew id-deċiżjoni oriġinali tista’ ma tinbidilx.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni ta’ reviżjoni, int tista’ tappella lit-Tribunal tal-Ewwel Livell (Kumpens għal Korrimenti Kriminali) skont ir-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal. Int tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-sit web tat-Tribunal tal-Ewwel Livell.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) taħt ir-regoli tal-pajjiżi l-ieħor?

Ma għandekx bżonn ta’ rappreżentant imħallas bħal avukat jew kumpanija ta’ maniġment ta’ pretensjonijiet biex titlob kumpens. Jekk tagħżel rappreżentazzjoni mħallsa ma nistgħux inħallsu l-ispejjeż ta’ dan, u jkollok tħallas dawn l-ispejjeż int stess.

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntier?

Tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-Informazzjoni għall-Vittmi u x-Xhieda għall-għajnuna bl-applikazzjoni tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Brug formularen nedenfor til at skrive kommentarer og feedback om vores nye website