If my claim is to be sent from this country to another EU country

Information on the procedure for sending a compensation application

If you fell victim to a crime while you were abroad (in an EU country in which you do not live) you can submit the application to the assisting authority of the country in which you live. The assisting authority translates and transmits the application to the deciding authority of the EU country where the crime was committed. The deciding authority is responsible for assessing the application and payment of the compensation.

Here you can find information about the procedure you need to follow to have your application sent from your country of residence to the EU country where the crime was committed. According to EU law, the EU country in which the crime was committed is the one that is responsible for paying the compensation.

In order to find the procedure to follow you should look at information for your country of residence.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 17/10/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Belġju

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

(a) Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali (Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence) tista’ tgħin lill-vittmi li huma ċittadini Belġjani jew residenti tal-Belġju biex jiksbu kumpens f’pajjiż ieħor tal-UE.

Indirizz:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES

(b) Għall-każijiet ta’ vittmi ta’ terroriżmu, jeħtieġ li tiġi kkuntattjata t-Taqsima tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni.

Indirizz postali:

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES
Indirizz tal-Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterrorvictims@just.fgov.be

X’inhu l-irwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Skont l-Artikolu 40 tal-Liġi tal-1 ta’ Awwissu 1985, bħala l-awtorità ta’ assistenza f’każ transfruntier, il-Kummissjoni hija responsabbli li:

1. tipprovdi lir-rikorrent bl-informazzjoni essenzjali dwar il-possibbiltajiet ta’ talba ta’ kumpens fl-Istat Membru fejn ikun twettaq l-att, kif ukoll il-forom ta’ talba meħtieġa, ibbażati fuq manwal prodott mill-Kummissjoni Ewropea;

2. fuq talba, tipprovdi lir-rikorrent, bi gwida u b'informazzjoni ġenerali dwar kif il-formola jenħtieġ li timtela u liema dokumentazzjoni ta’ sostenn jaf tkun meħtieġa;

3. tibgħat it-talba u kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn mill-aktar fis lill-awtorità li tiddeċiedi tal-Istat Membru tal-UE fejn ikun twettaq l-att, bl-użu tal-formola standard prodotta mill-Kummissjoni Ewropea;

4. jekk ikun meħtieġ, tipprovdi lir-rikorrent bil-gwida ġenerali biex jissodisfa kull talba għal informazzjoni supplimentari mill-awtorità li tiddeċiedi u, fuq it-talba tar-rikorrent, tibgħat tali informazzjoni mill-aktar fis direttament lill-awtorità li tiddeċiedi, u fejn xieraq, tehmeż lista’ ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ sostenn mibgħuta;

5. tagħmel l-arranġamenti meħtieġa meta l-awtorità li tiddeċiedi, tiddeċiedi li tisma’ lir-rikorrent jew lil kwalunkwe persuna bħal xhud jew espert.

Din l-awtorità se tittraduċi d-dokumenti ta’ prova, jekk it-talba li toħroġ tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Din il-kwistjoni għadha ma qamitx u għadha qed tiġi kkunsidrata.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Bulgarija

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat

Indirizz: 1 Slavyanska Street, Sofia 1040, Republic of Bulgaria

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.compensation.bg/

X’inhu r-rwol tal-awtorità li tassisti?

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat tfittex assistenza mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra f’każijiet fejn ċittadini Bulgari jkunu saru vittmi ta’ reat f’pajjiż ieħor. Huwa jassisti wkoll ċittadini barranin li jkunu qed jgħixu legalment fir-Repubblika tal-Bulgarija sabiex jipprovdi miżuri ta’ appoġġ.

Il-Kunsill Nazzjonali jassisti ċittadini Bulgari li jkunu saru vittmi ta’ reat fi Stat Membru ieħor tal-UE sabiex jimlew l-applikazzjonijiet għall-kumpens u jibgħat il-formoli mimlija lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor ikkonċernat.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Iva, hija tagħmel dan. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn jekk ikun meħtieġ. Il-vittmi ta’ reat ma jħallsux għal din it-traduzzjoni.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat lil pajjiż ieħor?

Le, ma hemmx.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Repubblika Ċeka

Liema awtorità se tgħini biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja taċ-Ċekja, id-Dipartiment tal-Kumpens

Vyšehradská 16
CZ-128 00
Praga 2

Tel: (420) 221997966
Faks : (420) 221997967

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaodsk@msp.justice.cz

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Tipprovdi kuntatt u komunikazzjoni mal-awtorità li tiddeċiedi dwar it-talba.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Id-dokumenti jiġu tradotti mill-awtorità ta’ assistenza, għas-spejjeż tagħha.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Danimarka

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż tal-UE?

Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż (Erstatningsnævnet)

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Bħala awtorità ta’ assistenza, il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jassisti lill-applikanti bit-traduzzjoni u s-sottomissjoni tal-applikazzjoni tagħhom f’pajjiż ieħor tal-UE u, waqt il-proċedimenti, għandu jassistihom bit-traduzzjoni ta’ dokumenti irċevuti minn, jew li jridu jiġu sottomessi lil, pajjiż ieħor tal-UE.

Jekk it-talba li tkun qed tintbagħat ikollha bżonn traduzzjoni, l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn? Jekk iva, min iħallas għal dan is-servizz?

Iva. Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jikkuntattja traduttur u jħallas l-ispejjeż għat-traduzzjoni tad-dokumenti meħtieġa.

Meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż hemm xi tariffi amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu?

Le. Il-Bord ta’ Kumpens għall-Korrimenti Kriminali Daniż għandu jħallas l-ispejjeż b’rabta mas-sottomissjoni tal-applikazzjoni barra l-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Ġermanja

Liema awtorità ser tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali

Rochusstraße 1
D - 53123
Bonn

Telefon: +49 228 99527 2680
Fax: +49 228 99527 4134

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIVc2@bmas.bund.de
Indirizz tal-Internet: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmas.de/

X'inhu r-rwol tal-punti ta’ kuntatt?

Fejn dan jirreferi għall-awtoritajiet ta’ assistenza, jgħinu lil dawk li jagħmlu t-talba billi jibagħtu talbiet lill-awtoritajiet kompetenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun ħierġa teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Għalkemm sfortunatament m’hemm l-ebda dispożizzjoni għal dan fid-Direttiva 2004/80/KE, l-awtorità ta’ assistenza Ġermaniża, ħafna drabi, tħallas għal traduzzjonijiet meta dawn ikunu meħtieġa.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlas ieħor li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Estonja

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali

Endla 8
15092
TALLINN

Telefon: +372 612 1360
Fax: +372 640 8155

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@sotsiaalkindlustusamet.ee
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.sotsiaalkindlustusamet.ee/

Kummenti:

L-awtorità li tiddeċiedi hija l-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali flimkien mad-dipartimenti tal-pensjoni lokali tiegħu.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Li tassisti fil-mili u s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-kumpens u d-dokumenti ta’ sostenn lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba ’l barra tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Jekk persuna tavviċina lill-awtorità kompetenti ta’ pajjiż ieħor direttament, l-ispejjeż tbatihom hi. Jekk id-dokumenti jiġu ppreżentati permezz tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali, il-formoli meħtieġa jimtlew u tiġi mehmuża traduzzjoni mhux uffiċjali, jekk ikun meħtieġ. Is-servizz tat-traduzzjoni jitħallas mill-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu meta talba tintbagħat f’pajjiż ieħor?

Le.

L-aħħar aġġornament: 28/08/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Greċja

Liema awtorità tista’ tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-Awtorità Ellenika tal-Assistenza (Ellinikí Archí Syndromís)

96, Mesogeion Avenue,
Athens

Tel.: 0030 210 7767312
Faks: 0030 210 7767499

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassistingauthority@justice.gov.gr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ministryofjustice.gr/site/en/HellenicAssistingAuthority.aspx

X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-Assistenza?

Tista’ tibgħatlek formola tat-talba biex timlieha u tagħtik informazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali u dwar il-liġi tal-Istat l-ieħor. Tista’ wkoll timmedja fir-rigward ta’ kwalunkwe kjarifika dwar it-talba tiegħek.

Tieħu ħsieb tibgħat it-talba tiegħek u tgħaddiha lill-awtorità tal-assistenza korrispondenti fil-pajjiż l-ieħor, mingħajr ma tagħmel valutazzjoni tat-talba, u tinfurmak bil-progress tal-każ.

Dan jgħin lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat fis-smigħ tal-attur jew ta’ partijiet oħrajn bħal xhieda jew esperti.

B’talba mill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat: (a) tassisti lill-awtorità tal-kumpens meta s-smigħ jitmexxa direttament mill-awtorità tal-kumpens, bit-telefown jew b’vidjokonferenza, skont il-liġi Griega, u f’dan il-każ l-Awtorità tal-Assistenza tipprovdi u tiżgura l-infrastruttura loġistika meħtieġa; jew (b) tmexxi s-smigħ hija stess, skont il-liġi Griega, u tibgħat rapport dwar is-smigħ lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rapport dwar is-smigħ, li jitfassal bil-Grieg, jinqaleb fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun iddikjara li jista’ jaċċetta.

L-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità Ellenika tal-Assistenza fuq dan il-għan jitħallsu mill-Istat Grieg.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-formola tat-talba u kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ jiġu tradotti taħt ir-responsabbiltà u aspejjeż tal-Awtorità Ellenika tal-Assistenza fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp tal-kumpens li tintbagħatlu d-dokumentazzjoni, jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

Le, sakemm il-pajjiż li jirċievi t-talba ma jimponi ebda ħlas.

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Spanja

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Għal reati vjolenti u reati sesswali, l-Oficinas de Asistencia a las Víctimas del delito (l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità) hija l-awtorità tal-assistenza.

Tista’ ssib il-post tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaħolqa li ġejja.

Għal reati ta’ terroriżmu, il-Ministeru tal-Intern huwa l-awtorità tal-assistenza.

Tista’ tiċċekkja s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Ministeru tal-Intern għal informazzjoni dwar l-awtorità tal-assistenza.

X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Għal reati vjolenti u reati sesswali, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità huma l-awtorità tal-assistenza għall-vittmi ta’ reati f’sitwazzjonijiet transfruntiera, f’każijiet fejn ir-reat ikun twettaq fi Stat Membru tal-UE li mhuwiex Spanja u l-vittma tkun residenti abitwali fi Spanja.

Jista’ jsir rikors għal kumpens skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, minbarra fejn ir-reat ikun twettaq fi Spanja u r-rikorrent tal-għajnuna jkun resident abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE, meta r-reat ikun twettaq fi Stat Membru tal-UE li mhuwiex Spanja u r-rikorrent ikun resident abitwali fi Spanja. F’dan l-aħħar każ, l-awtorità tal-assistenza, li hija l-Uffiċċju ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità tal-provinċja fejn tgħix il-vittma, tikkoopera biex jinbdew u jiġu mmaniġġjati l-proċeduri għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat Membru tal-UE fejn twettaq ir-reat, u tipprovdi dan li ġej lir-rikorrent tal-għajnuna għall-għajnuna:

  • Informazzjoni dwar il-possibbiltajiet li tintalab għajnuna finanzjarja jew kumpens, il-proċeduri u l-formoli meħtieġa, inkluż il-mod kif dawn iridu jimtlew, u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn li tista’ tkun meħtieġa.
  • Gwida ġenerali dwar kif tissodisfa t-talbiet għal informazzjoni addizzjonali.

Barra minn hekk, bħala l-awtorità tal-assistenza, l-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità jridu jagħmlu dan li ġej:

  • Jibagħtu t-talba u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn, kif ukoll kwalunkwe dokument li jista’ jkun meħtieġ sussegwentement lill-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet maħtura mill-Istat li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat.
  • Jikkooperaw mal-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet indikata għall-Istat li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat jekk, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, dak l-Istat jaqbel dwar seduta ta’ smigħ għar-rikorrent jew kwalunkwe persuna oħra.

Fuq talba tal-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet, din il-kooperazzjoni mill-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità tista’ tikkonsisti fil-provvediment ta’ dak kollu meħtieġ biex l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet torganizza s-seduta ta’ smigħ, b’mod partikolari bit-telefon jew b’vidjokonferenza, jew fl-organizzazzjoni ta’ seduta ta’ smigħ għar-rikorrent tal-għajnuna finanzjarja jew lil kwalunkwe persuna oħra u tibgħat rapport tas-seduta ta’ smigħ lill-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet. Jekk il-persuna li għandha tinstema’ taqbel, l-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet tista’ torganizza seduta ta’ smigħ direttament.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu, jekk l-att terroristiku seħħ barra minn Spanja, iċ-ċittadini Spanjoli barra mill-pajjiż li saru vittmi ta’ gruppi li normalment joperaw fi Spanja, jew ta’ atti terroristiċi kontra l-Istat Spanjol u l-interessi Spanjoli, ġeneralment ikunu intitolati għal għajnuna. Bl-istess mod, parteċipanti f’operazzjonijiet ta’ paċi u sigurtà li jifformaw parti minn kontiġenti Spanjoli barra mill-pajjiż li jkunu s-suġġett ta’ attakk terroristiku jkunu intitolati wkoll għall-għajnuna prevista fil-liġi.

Fil-każ ta’ reati ta’ terroriżmu f’sitwazzjonijiet transfruntiera, jekk ir-reat jitwettaq fi Stat Membru tal-UE li mhuwiex Spanja u l-vittma tkun resident abitwali fi Spanja, il-Ministeru tal-Intern - b’mod speċifiku, id-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ tal-Vittmi ta’ Terroriżmu (Dirección General de Apoyo a las Víctimas del Terrorismo del Ministerio del Interior) - ikun l-awtorità tal-assistenza għall-iskopijiet imsemmija hawn fuq, u jwettaq l-istess funzjonijiet ta’ awtorità tal-assistenza bħal dawk deskritti hawn fuq għall-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi tal-Kriminalità.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn jekk it-talba li tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Le.

Hemm spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra minn Spanja?

Le.

L-aħħar aġġornament: 02/12/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Franza

Liema awtorità tgħinni biex nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-awtorità ta’ assistenza li tista’ tgħinek tibgħat it-talba tiegħek lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea hija l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUffiċju għas-Sapport tal-Vittim u l-Politika tal-NGO (Bureau de l’aide aux victimes et de la politique associative— BAVPA) fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi informazzjoni lill-applikant dwar il-possibiltajiet biex jitlob kumpens, u l-formoli meħtieġa. Imbagħad hija tibgħat it-talba u d-dokumenti ta’ sostenn lill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat jew direttament lill-awtorità li tiddeċiedi hemmhekk.

Jekk ikun meħtieġ għat-talba, l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn? Jekk iva, min iħallas għal dan is-servizz?

L-awtorità ta’ assistenza ma tittraduċix id-dokumenti. Jekk ikun hemm bżonn id-dokumenti iridu jkunu tradotti.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew ħlasijiet oħra li jridu jsiru meta t-talba tintbagħat f’pajjiż ieħor?

Le.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - il-Kroazja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba f'pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa)
Ulica grada Vukovara 49
Zagreb

Telefown: +385 1 371 40 00
Faks : + +385 1 371 45 07

Sit web : Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

X'inhu r-rwol tal-awtorità ta' għajnuna?

  • L-awtorità ta' għajnuna hija l-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja (Ministarstvo pravosuđa Republike Hrvatske) u l-applikant jista' jissottometti talba lil din l-awtorità f'dawn il-każijiet
  • Skont il-Liġi Kroata, dawn jissejħu każijiet transfruntiera (prekogranični slučajevi)
  • L-awtorità ta' għajnuna għandha, kemm jista' jkun malajr, tissottometti t-talba u l-annessi tagħha lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn l-applikant jitlob kumpens, bil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż jew b'lingwa oħra meqjusa aċċettabbli mill-pajjiż inkwistjoni.
  • It-talba msemmija hawn fuq għandha tiġi sottomessa bl-użu tal-formola preskritta mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Jekk l-awtorità responsabbli biex tiddeċiedi dwar it-talba fil-pajjiż inkwistjoni titlob li l-applikant, ix-xhieda, l-esperti maħtura mill-qorti jew persuni oħra jinstemgħu fir-Repubblika tal-Kroazja, dan isir mill-Kumitat għall-Kumpens lill-Vittmi ta' Reati (Odbor za novčanu naknadu žrtvama kaznenih djela), li mbagħad jissottometti rapport dwar is-seduta lill-awtorità tal-pajjiż l-ieħor li tkun responsabbli biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba.
  • Jekk l-awtorità tal-pajjiż l-ieħor li tkun responsabbli biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba titlob li s-seduta ssir bl-użu ta' għajnuniet tekniċi, is-seduta għandha ssir f'kooperazzjoni mal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja bil-kundizzjoni li l-persuna li ser tinstema' taqbel ma' din il-proċedura.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta' sostenn jekk it-talba li tintbagħat barra teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja bħala l-awtorità ta' għajnuna għandu jittraduċi t-talba fil-lingwa tal-pajjiż li minnu jintalab il-kumpens, jew f'lingwa oħra magħżula bħala l-lingwa tal-komunikazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra?

  • M'hemmx ħlasijiet amministrattivi jew ħlasijiet oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra.
L-aħħar aġġornament: 09/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Italja

Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

Fl-Italja, l-awtorità ta’ assistenza hija l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (procura generale della Repubblica) fil-qorti tal-appell (corte d’appello) li għandha ġurisdizzjoni fil-post ta’ residenza tar-rikorrent.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Fl-Italja, l-awtorità ta’ assistenza hija l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-appell li għandha ġurisdizzjoni fil-post ta’ residenza tar-rikorrent.

Bil-kapaċità tiegħu bħala awtorità ta’ assistenza, l-uffiċċju għandu d-doveri li ġejjin:

  • li jipprovdi lir-rikorrent bl-informazzjoni essenzjali kollha relatata mas-sistema ta’ kumpens fis-seħħ fl-Istat Membru tal-UE li sar ir-reat fih;
  • li jipprovdi lir-rikorrent bil-formoli meħtieġa biex jippreżenta l-pretensjoni tiegħu;
  • jekk ir-rikorrent jitlob dan, li jipprovdilu gwida ġenerali u informazzjoni dwar kif għandha timtela t-talba u x’dokumentazzjoni tista’ tkun meħtieġa;
  • li jirċievi pretensjonijiet għal kumpens u jressaqhom mingħajr dewmien, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, lill-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru tal-UE fejn sar ir-reat;
  • li jassisti lir-rikorrent biex jissodisfa kwalunkwe talba għal informazzjoni supplimentari li ssir mill-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru tal-UE fejn sar ir-reat;
  • jekk ir-rikorrent jitlob dan, li jittrażmetti kwalunkwe informazzjoni supplimentari u dokumentazzjoni ulterjuri lill-awtorità ta’ deċiżjoni.
  • Jekk l-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru tal-UE fejn sar ir-reat tiddeċiedi li tisma’ lir-rikorrent jew lil xi persuna oħra, l-uffiċċju ser jagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex jiżgura li l-awtorità ta’ deċiżjoni tkun tista’ tisma’ lill-persuna kkonċernata direttament skont il-liġijiet ta’ dan l-Istat Membru. Jekk issir vidjokonferenza, japplikaw ir-regoli fil-Liġi Nru 11 tas-7 ta’ Jannar 1998.
  • Jekk l-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru l-ieħor tal-UE titlob dan, l-uffiċċju nnifsu jisma’ lir-rikorrent jew lil xi persuna oħra u jibgħat rapport tas-seduta lill-awtorità ta’ deċiżjoni.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tinħareġ tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-kompiti mwettqa mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-qorti tal-appell, bħala awtorità ta’ assistenza, jistgħu jinkludu t-traduzzjoni tad-dokumenti, li r-rikorrent ma jkun meħtieġ jagħmel l-ebda ħlas għaliha.

L-informazzjoni kollha tintbagħat mill-uffiċċju lill-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru l-ieħor tal-UE jew bil-lingwa uffiċjali (jew waħda mil-lingwi uffiċjali) ta’ dan l-Istat Membru, li madankollu għandha tkun waħda mil-lingwi tal-istituzzjonijiet tal-Komunità, jew inkella b’lingwa oħra tal-istituzzjonijiet tal-Komunità li l-Istat Membru ddikjara li jista’ jaċċetta.

Ir-rapporti tas-seduti li jsiru mill-awtorità ta’ assistenza jintbagħtu bit-Taljan.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 24/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Ċipru

Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?

Ebda informazzjoni disponibbli.

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Ir-rwol tal-awtorità tal-assistenza huwa li tgħinek issib l-informazzjoni meħtieġa biex tfassal l-applikazzjoni u tippreżentaha flimkien mad-dokumenti rilevanti sabiex tikseb kumpens, biex b’hekk tegħleb kemm id-diffikultajiet prattiċi kif ukoll dawk lingwistiċi.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Is-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali jaġixxu bħala l-awtorità tal-assistenza iżda mhumiex responsabbli għat-traduzzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

M’hemm l-ebda spiża amministrattiva jew spiża oħra li trid titħallas meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 31/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Latvja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija)
Pils laukums 4
Riga

Telefown: +371 67514208
Linja ta’ assistenza mingħajr ħlas: +371 80001801
Faks : +371 67514209

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidajpa@jpa.gov.lv
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.jpa.gov.lv/par-mums-eng

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Il-vittma tista’ tippreżenta talba għall-kumpens mill-Istat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tal-Unjoni Ewropea bl-assistenza tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmministrazzjoni għall-Għajnuna Legali.

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali tipprovdi lill-vittma b’informazzjoni dwar il-provvedimenti għall-ħlas, il-proċedura u r-rekwiżiti addizzjonali għall-kumpens mill-Istat stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Din tiżgura wkoll li l-persuni involuti fil-proċedimenti kriminali jkunu jistgħu jinstemgħu, meta jintalbu mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea li tirrieżamina t-talba għal kumpens mill-Istat.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Int għandek tippreżenta t-talba għall-kumpens mill-Istat bil-lingwa li l-Istat Membru kkonċernat tal-Unjoni Ewropea indika li jaċċetta.

L-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali se tiżgura t-traduzzjoni tad-dokumenti neċessarji li hi tibgħat lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-ispejjeż tat-traduzzjoni jkunu koperti mill-baġit nazzjonali.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Jekk it-talba għall-kumpens mill-Istat tintbagħat lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea permezz tal-Amministrazzjoni għall-Għajnuna Legali, il-vittma ma jkollhiex bżonn tħallas għall-ispejjeż assoċjati mat-trażmissjoni tat-talba.

L-aħħar aġġornament: 20/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Litwanja

Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija),
Gedimino pr. 30,
Vilnius

X’inhuwa r-rwol tal-awtorità li tassisti?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorizzat jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea rikorsi minn ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u persuni oħra li huma legalment u ordinarjament residenti fir-Repubblika tal-Litwanja għal kumpens minħabba danni kkawżati minn reat vjolenti kommess fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi lin-nies b’informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal kumpens dwar dannu kkawżat minn reati vjolenti skont l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ appoġġ, jekk it-talba li trid tintbagħat ikollha bżonn? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Iva, jekk meħtieġ, il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jassisti fit-traduzzjoni tad-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati. Il-vittma tar-reat mhix obbligata tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħra li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

Le, ma hemmx tariffi x’jitħallsu.

L-aħħar aġġornament: 22/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Lussemburgu

Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

13, rue Erasme
L-2934
LUXEMBOURG

Tel.: (352) 2478 45 27, (352) 2478 45 17
Faks: (352) 26 68 48 61, (352) 22 52 96

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/services_citoyens/indemnisation/index.html

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Lussemburgu se jgħin lill-vittma biex tikseb informazzjoni essenzjali dwar il-possibbiltajiet li tressaq pretensjoni għal kumpens fi Stat Membru ieħor u biex tibgħat il-pretensjoni ta’ kumpens lill-awtorità responsabbli f’dak l-Istat Membru l-ieħor sabiex dan ikun jista’ jiddeċiedi dwar il-pretensjoni.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja bl-istess mod se jgħin lill-vittma meta tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali mill-awtorità li qed tiddeċiedi fl-Istat Membru l-ieħor.

Fejn applikabbli, il-Ministeru tal-Ġustizzja għandu jagħmel arranġamenti biex il-vittma tinstema’ mill-awtorità li qed tiddeċiedi, b’mod partikolari permezz ta’ konferenzi bit-telefon. Jista’ wkoll jingħata struzzjonijiet mill-awtorità li qed tiddeċiedi biex jikseb dikjarazzjonijiet orali mill-vittma, li jiġu rreġistrati f'rapport li għandu jintbagħat lill-awtorità li qed tiddeċiedi.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Il-pretensjoni li tkun se tiġi ppreżentata tista’ tintbagħat bil-Ġermaniż, bil-Franċiż jew bl-Ingliż sabiex, fil-prinċipju, it-traduzzjoni ma tkunx meħtieġa.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 19/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Ungerija

Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

L-uffiċċji tad-distrett tal-uffiċċji tal-gvern ta’ Budapest jew tal-kontea (servizzi ta’ appoġġ għall-vittmi lokali), bħala awtoritajiet ta’ assistenza.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi formoli ta’ applikazzjoni u assistenza biex jimtlew il-formoli ta’ applikazzjoni u tittrażmetti l-formoli ta’ applikazzjoni.

Din l-awtorità se tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tinħareġ tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Iva, u l-ispejjeż iħallashom l-Istat.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le, is-sottomissjoni tal-applikazzjoni hija mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 21/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Malta

Liema awtorità ser tgħini biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Ministry for Justice, Culture and Local Government

30, Old Treasury Street
Valletta

X'inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Ir-rwol tagħha huwa li tagħmel proċess preliminari u valutazzjoni tat-talba.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ din? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Iva, l-awtorita' tittraduċi d-dokumenti ta' sostenn.  L-Aġenzija għall-Għajnuna Legali tkopri l-ispejjez kif ukoll l-ispejjez relatati.

Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

M'hemm ebda ħlasijiet oħrajn li għandhom jitħallsu.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Olanda

Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat pretensjoni f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven)

Indirizz:
Kneuterdijk 1
2514 EM The Hague

Telefon: 070-4142000
Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@schadefonds.nl

Indirizz postali:
Kneuterdijk 71
2501 EM The Hague

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFond ta’ Kumpens għal Reati Vjolenti jibgħat formola ta’ applikazzjoni għall-fond barrani rilevanti fuq talba. Ladarba l-Fond ikun irċieva l-formola ta’ applikazzjoni mimlija u d-dokumenti li jakkumpanjawha mingħandek, dan jittraduċihom, jekk ikun hemm bżonn, u mbagħad jgħaddihom lill-awtorità kkonċernata.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Il-Fond ta’ Kumpens għal Reati Vjolenti jkollu d-dokumenti tradotti, jekk meħtieġ, bl-ispejjeż tiegħu stess.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Awstrija

Liema awtorità tista’ tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice) – Il-Fergħa ta’ Vjenna
Babenbergerstraße 5
A-1010 Vienna

Tel.: 0043 158831
Faks: 0043(0)1599882266

posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapost.wien@sozialministeriumservice.at

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-kompiti tal-awtorità li tassisti huma stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE. Dawn huma spjegati wkoll fit-Taqsima 9a tal-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat (Verbrechensopfergsetz).

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, il-vittma ma għandhiex bżonn tħallas għal din.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Il-vittma ma ġġarrab ebda spiża.

L-aħħar aġġornament: 21/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Polonja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Din l-informazzjoni mhijiex disponibbli bħalissa.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

L-awtorità ta’ assistenza tagħtik l-informazzjoni meħtieġa dwar kif tikseb kumpens, tagħmel disponibbli l-formola mudell xierqa għat-talba u tgħinek timliha, u mbagħad tibgħatha mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti li tiddeċiedi fi Stat Membru ieħor tal-UE.

L-awtorità ta’ assistenza tikkoopera mal-awtoritajiet li jiddeċiedu fi Stati Membri oħrajn tal-UE, li jeżaminaw it-talbiet għal kumpens minn nies li r-residenza permanenti tagħhom tinsab fil-Polonja. Bħala parti mill-kooperazzjoni, l-awtorità ta’ assistenza tipprovdi, f’konsultazzjoni man-nies li jfittxu kumpens, informazzjoni u dokumenti addizzjonali, tisma’ lill-persuni indikati mill-awtoritajiet ta’ assistenza u tgħin fl-organizzazzjoni tas-smigħ tal-persuni indikati, bl-użu ta’ tagħmir tekniku li jagħmel is-smigħ mill-bogħod possibbli.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li toħroġ tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Jekk ikun meħtieġ li d-dokumenti li jintbagħtu lill-awtoritajiet li jiddeċiedu fi Stati Membri oħrajn tal-UE jiġu tradotti, l-awtorità ta’ assistenza tiddeċiedi jekk dawn għandhomx jiġu tradotti għall-ispejjeż tat-Teżor tal-Istat.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Ma hemm ebda spiża sabiex tibgħat it-talba għal kumpens barra mill-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Slovenja

Liema awtorità se tgħinni biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovenja
Župančičeva 3
Ljubljana

Telefown: +386 1 369 53 38
Fax: +386 1 369 53 06

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagp.mp@gov.si
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mp.gov.si

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja (bħala awtorità tal-assistenza) hu responsabbli għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kumitat (li jiddeċiedi dwar il-kumpens), il-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra, u jgħin biex jinstabu soluzzjonijiet xierqa f’każijiet transfruntiera (meta barrani jisfa vittma fir-Repubblika tas-Slovenja jew meta ċittadin Sloven jisfa vittma barra pajjiżu).

Il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi lir-rikorrenti b’informazzjoni bażika dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet għat-talba ta’ kumpens fi Stati Membri oħra u, għalhekk, jitlob ukoll informazzjoni mingħand l-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra. Il-Ministeru tal-Ġustizzja hu kompetenti wkoll biex jirċievi u jgħaddi talbiet f’każijiet transfruntiera.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Iva, l-ispejjeż tat-traduzzjoni huma koperti mir-Repubblika tas-Slovenja.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le. Ma tintalab ebda tariffa għat-talbiet, għall-azzjonijiet u għad-deċiżjonijiet fi proċedimenti ta’ kumpens skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati (Zakon o odškodnini žrtvam kaznivih dejanj – ZOZKD).

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Slovakkja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka — Id-Dipartiment għar-Riabilitazzjoni u għall-Kumpens

Telefown: +421288891225
Faks: +4212888 91 579

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidavictims@justice.sk
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gov.sk/

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jipprovdi informazzjoni lill-vittmi dwar il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ kumpens fis-seħħ fl-Istat Membru fejn twettaq ir-reat li kkawża offiża fuq il-persuna u dwar il-formoli ta’ applikazzjoni meħtieġa biex issir talba għat-tali kumpens u, fuq talba, assistenza fil-mili ta’ dawn. Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jwassal it-talbiet.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka ma jipprovdix traduzzjoni tad-dokumenti neċessarji. Il-vittma ta’ reat tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni u għall-ispejjeż assoċjati.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Finlandja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

State Treasury (Valtiokonttori)
P.O. Box 50
00054 State Treasury, Finland

E-mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarikosvahingot@valtiokonttori.fi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.valtiokonttori.fi/en/service/compensation-to-crime-victims/

X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Jekk inti kont vittma ta’ reat vjolenti u intenzjonat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, inti tista’ tikseb informazzjoni mit-Teżor tal-Istat dwar id-dritt tiegħek biex titlob kumpens mill-awtorità għal ħsara kriminali fil-pajjiż fejn twettaq ir-reat. Inti tista’ tikseb ukoll il-formoli ta’ applikazzjoni meħtieġa mit-Teżor tal-Istat, kif ukoll gwida u informazzjoni ġenerali dwar kif trid timla l-formola ta’ applikazzjoni u x’dokumenti jista’ jkollok bżonn tehmeż mal-applikazzjoni.

Inti tista’ tippreżenta l-applikazzjoni lit-Teżor tal-Istat, li jibgħatha flimkien mal-annessi tagħha għall-kumpens lill-awtorità kompetenti tal-post fejn twettaq ir-reat.

Jekk l-awtorità tal-kumpens ta’ Stat Membru ieħor titolbok tipprovdi aktar informazzjoni, it-Teżor tal-Istat se jagħtik gwida ġenerali, jekk meħtieġ, dwar kif twieġeb għat-talba u titrażmetti l-informazzjoni addizzjonali lill-awtorità tal-kumpens li tkun talbitha.

It-Teżor tal-Istat se jipprovdi wkoll għajnuna uffiċjali lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru l-ieħor billi jirranġa opportunità biex din tikkonsulta l-applikant, ix-xhieda, esperti jew individwi oħrajn li jinsabu fil-Finlandja. Inkella, it-Teżor tal-Istat jista’ jikkonsulta wkoll dawn il-persuni huwa stess u jibgħat ir-rapport li jipproduċi dwar dik il-konsultazzjoni lill-awtorità tal-kumpens.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

It-Teżor tal-Istat jieħu ħsieb it-traduzzjoni tal-applikazzjoni u tad-dokumenti mehmużin magħha f’lingwa approvata mill-pajjiż fejn twettaq ir-reat. Inti mhux se tintalab tħallas xi tariffa għat-traduzzjoni tad-dokumenti.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Inti mhux se tintalab tħallas xi tariffa għat-trażmissjoni tat-talba.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Svezja

Liema awtorità ser tgħinni biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati

Storgatan 49
Umeå, l-Iżvezja

Tel: +(46)90708200
Fax: +(46)90178353

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaregistrator@brottsoffermyndigheten.se
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brottsoffermyndigheten.se/

Indirizz postali:
P.O. Box 470
SE-901 09
Umeå, l-Iżvezja

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

Bħala l-awtorità ta’ assistenza, l-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati tista’ tgħin biex tiżgura li talba li ssir lill-awtorità ta’ deċiżjoni f’pajjiż ieħor tal-UE ssir b’mod korrett u li t-talba tintbagħat lill-awtorità li tiddeċiedi. L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati twassal ukoll informazzjoni u messaġġi bejn ir-rikorrent u l-awtorità li tiddeċiedi, pereżempju meta tkun meħtieġa informazzjoni jew evidenza supplimentari mir-rikorrent sabiex tittieħed deċiżjoni.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Iva; it-traduzzjonijiet isiru meta jkun meħtieġ. L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati ser tħallas l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - L-Ingilterra u Wales

Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefown: 0300 003 3601

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Aħna ngħinu lir-residenti tar-Renju Unit li jkorru f’pajjiż ieħor tal-UE biex jitolbu kumpens minn dak il-pajjiż.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Aħna nistgħu niksbu u nħallsu għat-traduzzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Aħna ma nitolbux ħlas għas-servizzi tagħna, iżda mhux se nħallsu l-ispejjeż biex issir applikazzjoni fejn ikun hemm imposta minn pajjiż ieħor tal-UE.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - L-Irlanda ta’ fuq

Il-mistoqsijiet li ġejjin mhumiex applikabbli għall-Iskema tal-Irlanda ta’ Fuq.

Liema awtorità ser tgħini biex nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?

-

X'inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

-

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba tkun teħtieġ din? Jekk iva, min iħallas għal dan?

-

Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

-

L-aħħar aġġornament: 02/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE - Skozja

Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?

L-Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali (CICA, Criminal Injuries Compensation Authority)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefown: 0044 0300 003 3601

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Aħna se ngħinu lir-residenti tar-Renju Unit imweġġgħin f’pajjiż ieħor tal-UE biex jitolbu kumpens minn dak il-pajjiż.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tkun qed issir tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Aħna nistgħu niksbu u nħallsu għat-traduzzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni issir barra mill-pajjiż?

Aħna ma nieħdux flus għas-servizzi tagħna iżda mhux se nħallsu l-ispejjeż biex jitressaq rikors fejn din it-tariffa tiġi imposta minn pajjiż ieħor tal-UE.

L-aħħar aġġornament: 14/11/2019