Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Slovakkja

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja

Liema awtorità se tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka — Id-Dipartiment għar-Riabilitazzjoni u għall-Kumpens

Telefown: +421288891225
Faks: +4212888 91 579

Posta elettronika: victims@justice.sk
Sit web: http://www.justice.gov.sk/

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jipprovdi informazzjoni lill-vittmi dwar il-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ kumpens fis-seħħ fl-Istat Membru fejn twettaq ir-reat li kkawża offiża fuq il-persuna u dwar il-formoli ta’ applikazzjoni meħtieġa biex issir talba għat-tali kumpens u, fuq talba, assistenza fil-mili ta’ dawn. Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jwassal it-talbiet.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka ma jipprovdix traduzzjoni tad-dokumenti neċessarji. Il-vittma ta’ reat tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni u għall-ispejjeż assoċjati.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra mill-pajjiż?

Le.

L-aħħar aġġornament: 16/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna