Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Greċja

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

Liema awtorità tista’ tgħinni nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-Awtorità Ellenika tal-Assistenza (Ellinikí Archí Syndromís)

96, Mesogeion Avenue,
Athens

Tel.: 0030 210 7767312
Faks: 0030 210 7767499

Email: assistingauthority@justice.gov.gr
http://www.ministryofjustice.gr/site/en/HellenicAssistingAuthority.aspx

X’inhu r-rwol tal-awtorità tal-Assistenza?

Tista’ tibgħatlek formola tat-talba biex timlieha u tagħtik informazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali u dwar il-liġi tal-Istat l-ieħor. Tista’ wkoll timmedja fir-rigward ta’ kwalunkwe kjarifika dwar it-talba tiegħek.

Tieħu ħsieb tibgħat it-talba tiegħek u tgħaddiha lill-awtorità tal-assistenza korrispondenti fil-pajjiż l-ieħor, mingħajr ma tagħmel valutazzjoni tat-talba, u tinfurmak bil-progress tal-każ.

Dan jgħin lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat fis-smigħ tal-attur jew ta’ partijiet oħrajn bħal xhieda jew esperti.

B’talba mill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat: (a) tassisti lill-awtorità tal-kumpens meta s-smigħ jitmexxa direttament mill-awtorità tal-kumpens, bit-telefown jew b’vidjokonferenza, skont il-liġi Griega, u f’dan il-każ l-Awtorità tal-Assistenza tipprovdi u tiżgura l-infrastruttura loġistika meħtieġa; jew (b) tmexxi s-smigħ hija stess, skont il-liġi Griega, u tibgħat rapport dwar is-smigħ lill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rapport dwar is-smigħ, li jitfassal bil-Grieg, jinqaleb fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun iddikjara li jista’ jaċċetta.

L-ispejjeż imġarrba mill-Awtorità Ellenika tal-Assistenza fuq dan il-għan jitħallsu mill-Istat Grieg.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-formola tat-talba u kwalunkwe dokument ta’ sostenn meħtieġ jiġu tradotti taħt ir-responsabbiltà u aspejjeż tal-Awtorità Ellenika tal-Assistenza fil-lingwa uffiċjali jew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-korp tal-kumpens li tintbagħatlu d-dokumentazzjoni, jew fi kwalunkwe lingwa oħra tal-UE li dak l-Istat Membru jkun indika li jista’ jaċċetta.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?

Le, sakemm il-pajjiż li jirċievi t-talba ma jimponi ebda ħlas.

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.