Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-Ministeru Federali għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali
Rochusstraße 1
53123 Bonn
Tel.: +49 228 99527 0
Faks: +49 228 99527 4134
E-mail: dub@bmas.bund.de
Hawnhekk wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni:
Dritt għall-kumpens għall-vittmi ta’ reati mwettqa fi Stat Membru ieħor tal-UE (bil-Ġermaniż)
Kumpens għall-vittmi ta’ reati vjolenti mwettqa fi Stat Membru ieħor tal-UE
L-awtorità Ġermaniża ta’ assistenza fil-Ministeru Federali għax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tgħin lill-vittmi ta’ reati vjolenti li huma residenti fil-Ġermanja biex jitolbu kumpens fl-Istat Membru Ewropew li fih ikun seħħ ir-reat.
Ir-rwol tagħha jinkludi, b’mod partikolari:
L-Istati Membri tal-UE jiddeċiedu rigward talba abbażi biss tal-liġi nazzjonali tagħhom. L-awtorità Ġermaniża ta’ assistenza ma tistax tinfluwenza l-proċedura fl-Istat Membru l-ieħor jew id-deċiżjoni.
Tista’ tibgħat id-dokumenti meħtieġa bil-lingwi nazzjonali tiegħek. Dawn jiġu tradotti għalik bla ħlas.
L-awtoritajiet Ġermaniżi ma jżommu l-ebda ħlas. Stati Membri oħra tal-UE jaf jimponu xi tariffa li trid titħallas qabel ma t-talba tiegħek tiġi pproċessata.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.