Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

Franza

Il-kontenut ipprovdut minn
Franza

Liema awtorità tgħinni biex nibgħat talba lil pajjiż ieħor tal-UE?

L-awtorità ta’ assistenza li tista’ tgħinek tibgħat it-talba tiegħek lejn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea hija l- Uffiċju għas-Sapport tal-Vittim u l-Politika tal-NGO (Bureau de l’aide aux victimes et de la politique associative— BAVPA) fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja.

X’inhu r-rwol tal-awtorità ta’ assistenza?

L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi informazzjoni lill-applikant dwar il-possibiltajiet biex jitlob kumpens, u l-formoli meħtieġa. Imbagħad hija tibgħat it-talba u d-dokumenti ta’ sostenn lill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn seħħ ir-reat jew direttament lill-awtorità li tiddeċiedi hemmhekk.

Jekk ikun meħtieġ għat-talba, l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn? Jekk iva, min iħallas għal dan is-servizz?

L-awtorità ta’ assistenza ma tittraduċix id-dokumenti. Jekk ikun hemm bżonn id-dokumenti iridu jkunu tradotti.

Hemm xi tariffi amministrattivi jew ħlasijiet oħra li jridu jsiru meta t-talba tintbagħat f’pajjiż ieħor?

Le.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.