Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-e-Ġustizzja, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2024.

Jekk it-talba tiegħi se tinbagħat minn dan il-pajjiż għal pajjiż ieħor tal-UE

L-Ingilterra u Wales

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales

Liema awtorità se tgħinni nippreżenta pretensjoni f'pajjiż ieħor tal-UE?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)

Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
G2 8JQ
Glasgow

Telefown: 0300 003 3601

Sit Web: https://www.gov.uk/government/organisations/criminal-injuries-compensation-authority

X'inhu r-rwol tal-awtorità tal-assistenza?

Aħna ngħinu lir-residenti tar-Renju Unit li jkorru f’pajjiż ieħor tal-UE biex jitolbu kumpens minn dak il-pajjiż.

Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk il-pretensjoni li tkun qed tintbagħat tkun teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għaliha?

Aħna nistgħu niksbu u nħallsu għat-traduzzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn.

Hemm spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta l-pretensjoni tintbagħat barra mill-pajjiż?

Aħna ma nitolbux ħlas għas-servizzi tagħna, iżda mhux se nħallsu l-ispejjeż biex issir applikazzjoni fejn ikun hemm imposta minn pajjiż ieħor tal-UE.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.