If my claim is to be considered in this country

Compensation schemes available in EU countries

Article 12 of the Compensation Directive requires that each EU country sets up a national scheme of compensation to all victims of violent intentional crime. According to this law all victims of violent intentional crime have access to a national compensation scheme from the country on whose territory the crime was committed.

Here you find information about the compensation scheme(s) available in the EU countries.

Some of the countries also provide access to compensation to its own nationals if the crime took place abroad. This aspect is not currently covered by the EU rules.

According to the Compensation Directive you can claim compensation from the EU country in which the crime was committed if you live in this State (national case) or if you live in another EU country (cross border case).

Therefore you are advised to look at the information of the country in which the crime was committed.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 08/10/2020

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Belġju

Għall-vittmi ta’ terroriżmu, jekk jogħġbok irreferi għat-taqsima aktar ’l isfel f’din il-paġna billi tikklikkja hawn.

Liema tip ta’ reat nista’ niġi kkumpensat għalih?

Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali (Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence) tista’ tagħti assistenza finanzjarja lill-vittmi (u lill-qraba stretti tal-vittmi) ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali li jkun seħħ fil-Belġju.

Għall-vittmi ta’ terroriżmu, jekk jogħġbok irreferi għall-informazzjoni speċifika hawn taħt.

Liema tip ta’ korriment nista’ niġi kkumpensat għalih?

It-tipi ta’ korrimenti meqjusa mill-Kummissjoni jvarjaw skont il-kategorija tal-vittma:

A. Vittmi diretti – nies li sofrew korriment fiżiku u/jew mentali b'riżultat dirett ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali fil-Belġju.

Għal vittmi diretti, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • diżabbiltajiet temporanji u permanenti;
  • dannu mhux materjali;
  • telf ta’ qligħ;
  • sfigurar;
  • telf ta’ snin tal-iskola (fallimenti akkademiċi);
  • spejjeż mediċi;
  • spejjeż ta’ proċedimenti (inkluż kumpens proċedurali) sa massimu ta’ EUR 6 000;
  • spejjeż materjali (massimu ta’: EUR 1 250).

B. Vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun mietet b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali.

Għal din il-kategorija ta’ vittma, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • spejjeż fuq il-funeral (sa massimu ta’ EUR 6 000 kull mewta);
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti;
  • telf ta’ manteniment ta’ qraba stretti li qabel il-mewt tal-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha;
  • telf ta’ snin tal-iskola.

C. Vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun weġġgħet serjament b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali.

Għal din il-kategorija ta’ vittma, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Nista’ nirċievi kumpens jekk inkun qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet b’konsegwenza ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens?

Iva, qraba stretti (werrieta) sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li mietet b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien qarib jew dipendenti superstita tal-vittma? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens f’dan il-każ?

Iva, qraba stretti (werrieta) sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li ma mititx iżda li weġġgħet serjament b’konsegwenza diretta ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva. Il-Kummissjoni tista’ tagħtik assistenza finanzjarja irrispettivament min-nazzjonalità jew l-istatus legali/illegali tiegħek fil-Belġju.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew jekk jien minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun twettaq ir-reat? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

Le, il-Kummissjoni tista’ tagħti assistenza finanzjarja biss għal atti li jkunu seħħew fil-Belġju.

Madanakollu, hemm eċċezzjoni waħda: fil-każ ta’ atti ta’ terroriżmu mwettqa barra mill-pajjiż fejn il-vittmi jkunu ċittadini Belġjani jew għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-Belġju (ara t-taqsima “vittmi ta’ terroriżmu”).

Għandi l-ewwel inkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija, qabel ma nkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, ir-reat irid ikun ġie rrappurtat lill-pulizija. Il-Liġi tal-1 ta’ Awwissu 1985, li tirregola l-Kummissjoni, titlob ukoll li inti tkun fittixt lit-trażgressur għad-danni fi proċedimenti kriminali.

Għandi nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċedimenti kriminali qabel ma nitlob il-kumpens?

L-assistenza finanzjarja prinċipali mogħtija mill-Istat tista’ tintalab biss fi tmiem il-proċedimenti legali u abbażi tad-deċiżjoni finali tal-qrati.

Madankollu, tista’ tingħata assistenza ta’ emerġenza, skont ċerti kundizzjonijiet, qabel tmiem il-proċedimenti legali.

Għandi l-ewwel infittex kumpens mingħand it-trażgressur – jekk dan ikun ġie identifikat?

Iva. Il-vittma jeħtiġilha tfittex lit-trażgressur għad-danni fi proċedimenti kriminali, jekk it-trażgressur ikun ġie identifikat, minħabba li l-assistenza tal-Kummissjoni hija forma alternattiva ta’ kumpens li tingħata biss bħala l-aħħar alternattiva.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat sa tmiem il-proċedimenti legali jew jekk il-każ jingħalaq mingħajr azzjoni ulterjuri minħabba li t-trażgressuri ma jkunux ġew identifikati, vittma tista’ titlob assistenza finanzjarja lill-Kummissjoni. F’tali każijiet, jeħtieġ li tal-anqas il-vittma tkun irrappurtat ir-reat (lill-pulizija jew lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku).

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

Talba għall-assistenza finanzjarja ewlenija trid tiġi sottomessa fi żmien tliet snin mid-deċiżjoni finali tal-qorti li ssir fil-każ jew fi żmien tliet snin minn deċiżjoni biex jingħalaq il-każ mingħajr azzjoni ulterjuri minħabba li t-trażgressuri ma jkunux ġew identifikati.

Liema telf u spejjeż huma koperti mill-kumpens?

Għal vittmi diretti, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • diżabbiltajiet temporanji u permanenti;
  • dannu mhux materjali;
  • telf ta’ qligħ;
  • sfigurar;
  • telf ta’ snin tal-iskola (fallimenti akkademiċi);
  • spejjeż mediċi;
  • spejjeż ta’ proċedimenti (inkluż kumpens proċedurali) sa massimu ta’ EUR 6 000;
  • spejjeż materjali (massimu ta’: EUR 1 250).

Għal vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li mietet minħabba att ta’ vjolenza intenzjonali –

il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • spejjeż fuq il-funeral (sa massimu ta’ EUR 6 000 kull mewta);
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti;
  • telf ta’ manteniment ta’ qraba stretti li qabel il-mewt tal-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha;
  • telf ta’ snin tal-iskola.

Għal vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun weġġgħet serjament b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali –

  • il-Kummissjoni tista’ tqis:
  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew fi ħlasijiet parzjali kull xahar?

L-assistenza finanzjarja tal-Kummissjoni titħallas f’pagament uniku.

B’liema mod tista' l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas tiegħi milli nikkoopera matul il-proċedimenti tal-kumpens taffettwa ċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-Kummissjoni tista’ tqis l-imġiba tal-vittma diretta tal-att ta’ vjolenza intenzjonali fil-mument ta’ dak l-att u l-fatt li l-vittma kkontribwiet għall-korriment tagħha.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa ċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma titqiesx.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw iċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-Kummissjoni tqis il-kumpens imħallas mit-trażgressur u kwalunkwe pagament li jkun sar minn organizzazzjonijiet jew kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku (il-prinċipju tas-sussidjarjetà).

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-Kummissjoni, li hija tribunal amministrattiv, tagħti l-assistenza finanzjarja abbażi tal-korrettezza.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ammont minimu: EUR 500

L-ammont massimu tal-assistenza prinċipali (u assistenza sħiħa): EUR 125 000

Mistenni nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Dan mhux meħtieġ.

Kwalunkwe kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħall-iskema tal-assigurazzjoni privata jew dik tal-impjegatur tiegħi) se jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva, l-assistenza tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-kumpens imħallas mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni (kif ukoll mit-trażgressur) għalhekk jittieħed inkonsiderazzjoni.

Nista’ nirċievi avvanz fuq il-kumpens? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tingħata anke meta deċiżjoni tal-qorti tkun għadha ma ttiħditx fil-każ. F’konformità mal-każistika, il-Kummissjoni tista’ tagħti assistenza ta’ emerġenza biss għall-ispejjeż mediċi (minimu ta’ EUR 500) li jkunu pagabbli mill-vittma (wara li kwalunkwe kumpanija tal-assigurazzjoni tkun għamlet jew irrifjutat li tagħmel il-kontribuzzjoni tagħha).

L-assistenza ta’ emerġenza hija limitata għal EUR 30 000.

Nista’ nirċievi kumpens kumplimentarju jew addizzjonali (wara eż. bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li sejra għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Assistenza addizzjonali (finanzjarja) tista’ tintalab jekk id-dannu jmur għall-agħar fl-10 snin wara li tkun ingħatat l-assistenza prinċipali, ħlief meta l-vittma tkun diġà rċeviet l-ammont massimu ta’ assistenza mill-Istat Belġjan (EUR 125 000). Il-vittma jeħtiġilha tipprova (permezz ta’ dokumenti mediċi dettaljati) li l-korriment tagħha sejjer għall-agħar.

X’dokumenti ta’ prova jeħtieġ li ninkludi mat-talba tiegħi?

  • formola tat-talba (frWord(39 Kb)fr, nlWord(35 Kb)nl);
  • kopja tar-rapport tal-pulizija + deskrizzjoni dettaljata tal-att;
  • kopja tat-talba għall-ħsarat fil-proċedimenti kriminali;
  • kopja tad-deċiżjonijiet kollha li jkunu ttieħdu fil-każ;
  • kopja tar-rapporti mediċi li jiddeskrivu l-konsegwenzi fiżiċi u/jew mentali tal-att; kopja tal-evidenza tal-ispejjeż mediċi/tal-ispejjeż materjali/tal-ispejjeż tal-proċedimenti mhux koperti mill-assigurazzjoni;
  • evidenza tat-telf ta’ qligħ;
  • fil-każ ta’ mewt, kopja taċ-ċertifikat tal-mewt;
  • għall-qraba stretti ta’ vittma, ċertifikat uffiċjali tal-kompożizzjoni tal-unità domestika maħruġ mill-Uffiċċju tar-Reġistru (Etat civil);
  • evidenza tal-ispejjeż tal-funeral (fil-każ tal-mewt diretta tal-vittma);
  • evidenza ta’ falliment akkademiku;
  • evidenza ta’ kumpens imħallas mit-trażgressur jew mill-insolvenza tat-trażgressur;
  • evidenza ta’ pagamenti li jkunu saru minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn x’jitħallsu meta t-talba tasal jew tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għall-kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja għall-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali u salvaturi volontarji (COMMISSION POUR L’AIDE FINANCIERE AUX VICTIMES D’ACTES INTENTIONNELS DE VIOLENCE ET AUX SAUVETEURS OCCASIONNELS), li hija parti mis-Servizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja (SPF JUSTICE).

Fejn nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Talbiet (li jikkonsistu minn formoli ta’ talbiet u dokumenti ta’ prova) iridu jintbagħtu f'żewġ kopji lill-(indirizz postali):

Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES

Irrid inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tkun qed tiġi deċiża?

Le. M’hemmx għalfejn tkun preżenti matul is-smigħ tal-Kummissjoni meta t-talba tiegħek tkun se tittieħed deċiżjoni dwarha.

Kemm indum (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni mill-awtorità dwar talba għall-kumpens?

Madwar 18-il xahar għall-assistenza prinċipali.

Jien m’iniex sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nappellaha?

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni mhix miftuħa għall-appell. Azzjoni għall-annullament biss tista’ titressaq quddiem il-Kunsill Belġjan tal-Istat (Conseil d’Etat).

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nitlob kumpens?

Mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Kummissjoni jew permezz tat-telefon.

Hemm linja għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence et aux sauveteurs occasionnels

Tel.: +32 2 542 72 07, +32 2 542 72 08, +32 2 542 72 44

Indirizz tal-email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacommission.victimes@just.fgov.be

Nista’ nirċievi għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nħejji t-talba?

Mhux permezz tal-Kummissjoni.

Għajnuna legali tista’ tintalab (taħt ċerti kundizzjonijiet) mingħand il-kamra tal-avukati fid-distrett ġudizzjarju fejn ikun seħħ l-att jew fejn il-vittma tkun residenti.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Hemm servizzi tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinu lill-vittmi jitolbu assistenza finanzjarja lill-Kummissjoni.

L-appoġġ għall-vittmi huwa pprovdut mill-komunitajiet u mir-reġjuni tal-Belġju.

Għal aktar informazzjoni (b’mod partikolari dwar is-servizzi varji awtorizzati biex jipprovdu assistenza):

Il-Federazzjoni ta’ Wallonja-Brussell: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.victimes.cfwb.be/

Il-Fjandri: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.slachtofferzorg.be/

-------------------

Għal vittmi ta’ terroriżmu:

Liema tip ta’ reat nista’ niġi kkumpensat għalih?

Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali (Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes de violence) tista’ tagħti assistenza finanzjarja lill-vittmi (u lill-qraba stretti tal-vittmi) ta’ att ta’ terroriżmu. Il-każijiet ta’ vittmi ta’ terroriżmu huma ġestiti mid-Diviżjoni tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni.

Liema tip ta’ korriment nista’ niġi kkumpensat għalih?

It-tipi ta’ korrimenti meqjusa mill-Kummissjoni jvarjaw skont il-kategorija tal-vittma:

A. Vittmi diretti – nies li sofrew korriment fiżiku u/jew mentali b'riżultat dirett ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali fil-Belġju.

Għal vittmi diretti, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • diżabbiltajiet temporanji u permanenti;
  • dannu mhux materjali;
  • telf ta’ qligħ;
  • sfigurar;
  • telf ta’ snin tal-iskola (fallimenti akkademiċi);
  • spejjeż mediċi;
  • spejjeż ta’ proċedimenti (inkluż kumpens proċedurali) sa massimu ta’ EUR 6 000;
  • spejjeż materjali (massimu ta’: EUR 1 250).

B. Vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun mietet b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali.

Għal din il-kategorija ta’ vittma, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • spejjeż fuq il-funeral (sa massimu ta’ EUR 6 000 kull mewta);
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti;
  • telf ta’ manteniment ta’ qraba stretti li qabel il-mewt tal-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha;
  • telf ta’ snin tal-iskola.

C. Vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun weġġgħet serjament minħabba att ta’ vjolenza intenzjonali.

Għal din il-kategorija ta’ vittma, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien ikun qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet minħabba reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens?

Iva, qraba stretti (werrieta) sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li mietet minħabba att ta’ terroriżmu jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien qarib jew dipendenti superstita tal-vittma? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens f’dan il-każ?

Iva, qraba stretti (werrieta) sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li ma mititx iżda li weġġgħet serjament b'riżultat dirett ta’ att ta’ terroriżmu jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva. Il-Kummissjoni tista’ tagħtik assistenza finanzjarja irrispettivament min-nazzjonalità jew l-istatus legali/illegali tiegħek fil-Belġju.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew jekk jien minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun twettaq ir-reat? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

It-Taqsima tat-Terroriżmu tal-Kummissjoni tista’ tagħti assistenza finanzjarja fil-każ ta’ atti ta’ terroriżmu mwettqa barra mill-pajjiż meta l-vittmi jkunu ċittadini tal-Belġju jew meta r-residenza abitwali tagħhom tkun fil-Belġju. Madanakollu, tali atti jridu jiġu rikonoxxuti bħala atti ta’ terroriżmu mill-Gvern Federali Belġjan permezz ta’ Digriet Irjali.

Għandi l-ewwel inkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija, qabel ma nkun nista’ nitlob kumpens?

Le, iżda huwa fl-interess tal-vittma jew tal-qraba stretti tagħha li tirreġistra bħala vittma (tal-att ta’ terroriżmu) mal-pulizija jew fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku federali.

Għandi nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċedimenti kriminali qabel ma nitlob il-kumpens?

Le.

Għandi l-ewwel infittex kumpens mingħand it-trażgressur – jekk dan ikun ġie identifikat?

Le.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Iva. L-assistenza finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni lill-vittmi ta’ atti ta’ terroriżmu hija indipendenti minn kwalunkwe proċediment legali.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

Talba għall-assistenza dovuta għal atti ta’ terroriżmu trid tiġi sottomessa lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tad-Digriet Irjali li jirrikonoxxi dawk l-atti bħala atti ta’ terroriżmu.

Liema telf u spejjeż huma koperti mill-kumpens?

Għal vittmi diretti, il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • diżabbiltajiet temporanji u permanenti;
  • dannu mhux materjali;
  • telf ta’ qligħ;
  • sfigurar;
  • telf ta’ snin tal-iskola (fallimenti akkademiċi);
  • spejjeż mediċi;
  • spejjeż ta’ proċedimenti (inkluż kumpens proċedurali) sa massimu ta’ EUR 6 000;
  • spejjeż materjali (massimu ta’: EUR 1 250).

Għal vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li mietet minħabba att ta’ vjolenza intenzjonali –

il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • spejjeż fuq il-funeral (sa massimu ta’ EUR 6 000 kull mewta);
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti;
  • telf ta’ manteniment ta’ qraba stretti li qabel il-mewt tal-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha;
  • telf ta’ snin tal-iskola.

Għal vittmi indiretti – werrieta sat-tieni grad u qraba biż-żwieġ sat-tieni grad ta’ vittma li tkun weġġgħet serjament b’konsegwenza ta’ att ta’ vjolenza intenzjonali –

il-Kummissjoni tista’ tqis:

  • dannu mhux materjali;
  • spejjeż mediċi ta’ qraba stretti;
  • l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Jenħtieġ li jiġi nnutat li l-proċedura tal-assistenza finanzjarja għall-vittmi ta’ terroriżmu se tinbidel matul l-2018.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew fi ħlasijiet parzjali kull xahar?

L-assistenza finanzjarja tal-Kummissjoni titħallas f’pagament uniku, għalkemm il-vittma tista’ tirċievi avvanz kif ukoll l-assistenza finanzjarja prinċipali.

B’liema mod tista' l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas tiegħi milli nikkoopera matul il-proċedimenti tal-kumpens taffettwa ċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-Kummissjoni tista’ tqis l-imġiba tal-vittma diretta tal-att ta’ vjolenza intenzjonali fil-mument ta’ dak l-att u l-fatt li l-vittma kkontribwiet għall-korriment tagħha.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa ċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma titqiesx.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw iċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-Kummissjoni tqis il-kumpens imħallas mit-trażgressur u kwalunkwe pagament li jkun sar minn organizzazzjonijiet jew kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku (il-prinċipju tas-sussidjarjetà).

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-Kummissjoni, li hija tribunal amministrattiv, tagħti l-assistenza finanzjarja abbażi tal-korrettezza.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ammont minimu: EUR 500
Ammont massimu tal-avvanz: EUR 30 000
L-ammont massimu tal-assistenza prinċipali (u assistenza sħiħa): EUR 125 000

Mistenni nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Dan mhux meħtieġ.

Kwalunkwe kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħall-iskema tal-assigurazzjoni privata jew dik tal-impjegatur tiegħi) se jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva, l-assistenza tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-kumpens imħallas mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni (kif ukoll mit-trażgressur) għalhekk jittieħed inkonsiderazzjoni.

Nista’ nirċievi avvanz fuq il-kumpens? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

Avvanz jista’ jitħallas lil vittmi ta’ terroriżmu. L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tingħata lill-vittmi ta’ terroriżmu li ntbagħtu l-isptar u lill-qraba stretti ta’ vittma li mietet minħabba att ta’ terroriżmu.

L-assistenza ta’ emerġenza hija limitata għal EUR 30 000.

Nista’ nirċievi kumpens kumplimentarju jew addizzjonali (wara eż. bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li sejra għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Assistenza addizzjonali (finanzjarja) tista’ tintalab jekk id-dannu jmur għall-agħar fl-10 snin wara li tkun ingħatat l-assistenza prinċipali, ħlief meta l-vittma tkun diġà rċeviet l-ammont massimu ta’ assistenza mill-Istat Belġjan (EUR 125 000). Il-vittma jeħtiġilha tipprova (permezz ta’ dokumenti mediċi dettaljati) li l-korriment tagħha sejjer għall-agħar.

X’dokumenti ta’ prova jeħtieġ li ninkludi mat-talba tiegħi?

  • formola tat-talba speċifika għall-vittmi ta’ terroriżmu (frWord(73 Kb)fr, nlWord(66 Kb)nl jew enWord(67 Kb)en);
  • kopja tar-rapport tal-pulizija + deskrizzjoni dettaljata tal-att;
  • kopja tar-rapporti mediċi li jiddeskrivu l-konsegwenzi fiżiċi u/jew mentali tal-atti;
  • kopja tal-evidenza tal-ispejjeż mediċi/l-ispejjeż materjali/l-ispejjeż tal-proċedimenti mhux koperti mill-assigurazzjoni;
  • evidenza tat-telf ta’ qligħ;
  • fil-każ ta’ mewt, kopja taċ-ċertifikat tal-mewt;
  • għall-qraba stretti ta’ vittma, ċertifikat uffiċjali tal-kompożizzjoni tal-unità domestika maħruġ mill-Uffiċċju tar-Reġistru (Etat civil);
  • evidenza tal-ispejjeż tal-funeral (fil-każ tal-mewt diretta tal-vittma);
  • evidenza ta’ falliment akkademiku;
  • evidenza ta’ pagamenti li jkunu saru minn kumpaniji tal-assigurazzjoni.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn x’jitħallsu meta t-talba tasal jew tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għall-kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Kummissjoni għall-assistenza finanzjarja għall-vittmi ta’ atti ta’ vjolenza intenzjonali u salvaturi volontarji - Taqsima tat-Terroriżmu (COMMISSION POUR L’AIDE FINANCIERE AUX VICTIMES D’ACTES INTENTIONNELS DE VIOLENCE ET AUX SAUVETEURS OCCASIONNELS – DIVISION TERRORISME).

Fejn nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Talbiet (li jikkonsistu minn formoli tat-talba u dokumenti ta’ prova) jistgħu jintbagħtu b’email jew bil-posta lil:

Indirizz postali:
Commission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
SPF Justice
Boulevard de Waterloo 115
1000 BRUXELLES
Indirizz tal-Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterrorvictims@just.fgov.be

Irrid inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tkun qed tiġi deċiża?

Le. M’hemmx għalfejn tkun preżenti matul is-smigħ tal-Kummissjoni meta t-talba tiegħek tkun se tittieħed deċiżjoni dwarha.

Kemm indum (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni mill-awtorità dwar talba għall-kumpens?

Għall-avvanz, id-deċiżjoni ssir fi żmien erbgħa sa sitt ġimgħat mis-sottomissjoni tat-talba, jekk din tkun kompluta.

Għall-assistenza prinċipali, il-Kummissjoni se teżamina t-talba biss wara li kwalunkwe kumpanija tal-assigurazzjoni tkun għamlet il-pagamenti tagħha, abbażi tal-konsegwenzi fuq terminu twil għall-vittmi.

Jien m’iniex sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nappellaha?

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni mhix miftuħa għall-appell. Azzjoni għall-annullament biss tista’ titressaq quddiem il-Kunsill Belġjan tal-Istat (Conseil d’Etat).

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nitlob kumpens?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
Indirizz tal-Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterrorvictims@just.fgov.be

Hemm linja għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCommission pour l’aide financière aux victimes d’actes intentionnels de violence – Division Terrorisme
Indirizz tal-Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaterrorvictims@just.fgov.be
Tel.: +32 471 123 124

Nista’ nirċievi għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nħejji t-talba?

Le.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Hemm servizzi tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinu lill-vittmi jitolbu assistenza finanzjarja lill-Kummissjoni.

L-appoġġ għall-vittmi huwa pprovdut mill-komunitajiet u mir-reġjuni tal-Belġju.

Għal aktar informazzjoni (b’mod partikolari dwar id-diversi servizzi approvati biex jipprovdu assistenza):

Il-Federazzjoni ta’ Wallonja-Brussell: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.victimes.cfwb.be/

Il-Fjandri: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.slachtofferzorg.be/

L-aħħar aġġornament: 14/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Bulgarija

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Fir-Repubblika tal-Bulgarija, inti tista’ tirċievi kumpens mill-istat għad-dannu materjali mġarrab bħala riżultat dirett tar-reati li ġejjin:

  • terroriżmu; qtil; attentat ta’ qtil; offiża gravi intenzjonali fuq il-persuna; molestja; stupru; traffikar ta’ bnedmin;
  • reati mwettqa b’ordni jew deċiżjoni ta’ grupp tal-kriminalità organizzata;
  • reat vjolenti intenzjonali ieħor li, bħala konsegwenzi intrinsiċi, ikun ikkawża l-mewt jew offiża gravi fuq il-persuna.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

Ara t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija.

Nista’ ningħata kumpens jekk jiena qarib/a jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Fejn il-vittma tkun mietet bħala riżultat ta’ reat, id-dritt għall-kumpens imur għand is-suċċessuri jew is-sieħeb/sieħba/konkubin tal-vittma.

Nista’ ningħata kumpens jekk jiena qarib/a jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Le, ma tistax. Is-suċċessuri jew is-sieħeb/sieħba/konkubin tal-vittma jistgħu jingħataw kumpens biss jekk il-vittma tkun mietet bħala riżultat ta’ reat.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Jista’ jingħata kumpens lil barranin f’każijiet previsti fi ftehim internazzjonali li r-Repubblika tal-Bulgarija tkun parti fih.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat twettaq f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob il-kumpens fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, ma tistax. Il-kumpens jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun twettaq ir-reat.

Irrid nirrapporta r-reat lill-pulizija l-ewwel, biex inkun nista’ nitlob il-kumpens?

Iva. Ma jingħata ebda kumpens meta l-vittma ma tkunx irrappurtat ir-reat lill-awtoritajiet kompetenti, sakemm il-vittma ma tkunx setgħet tagħmel dan għal raġunijiet leġittimi.

Irrid nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali qabel inkun nista’ nagħmel it-talba?

Iva. Il-vittmi ta’ reat huma intitolati jitolbu kumpens ladarba l-proċedimenti kriminali jkunu ġew konklużi b’deċiżjoni finali tal-awtoritajiet ġudizzjarji, jiġifieri:

  • kundanna kriminali, inkluż fejn il-każ ikun instema’ fin-nuqqas tal-imputat;
  • ftehim ta’ soluzzjoni barra mill-qorti;
  • deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew mill-qorti kompetenti li tittermina l-proċedimenti kriminali, esklużi każijiet itterminati abbażi tas-subparagrafi 1, 7, 8a, u 9 tal-Artikolu 24(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (Nakazatelno-protsesualen kodeks);
  • deċiżjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku jew mill-qorti kompetenti li tissospendi l-proċedimenti kriminali minħabba li t-trasgressur ma jkunx ġie identifikat.

L-ewwel irrid infittex kumpens mingħand it-trasgressur – jekk ikun ġie identifikat?

Filwaqt li ma hemm l-ebda rekwiżit bħal dan, ma jingħatax kumpens jekk il-vittma tkun ġiet ikkumpensata mod ieħor.

Jekk it-trasgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġja t-talba tiegħi?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija: “Irrid nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali qabel inkun nista’ nagħmel it-talba?”.

Hemm terminu li fih irrid nagħmel it-talba għall-kumpens?

L-applikazzjonijiet għall-kumpens iridu jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha d-deċiżjoni rilevanti tal-awtorità ġudizzjarja ssir finali.

Liema telf u spejjeż huma koperti mill-kumpens?

Il-kumpens ikopri, in solidum, id-dannu materjali mġarrab bħala riżultat dirett tar-reat, inkluż:

  • l-ispejjeż tal-kura, esklużi l-ispejjeż imħallsa mill-baġit tal-Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa;
  • it-telf tal-qligħ;
  • l-ispejjeż legali;
  • it-telf tal-mezzi ta’ sussistenza;
  • l-ispejjeż tal-funerali;
  • dannu materjali ieħor.

Il-vittmi jridu jissottomettu d-dokumenti rilevanti kollha li jippruvaw id-dannu materjali kollu mitlub.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti parzjali kull xahar.

Il-vittmi ta’ reat huma intitolati għal pagament uniku ta’ kumpens mill-Istat.

B’liema mod jistgħu l-imġiba tiegħi stess fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti ta’ kumpens jaffettwaw iċ-ċansijiet tiegħi li nirċievi kumpens, u / jew l-ammont li nirċievi?

Il-kumpens ma jingħatax f’każijiet fejn:

  • il-vittma tkun ġiet ikkundannata għal reat elenkat fit-tweġiba għall-ewwel mistoqsija fil-perjodu ta’ ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-kumpens;
  • ir-reat ikun twettaq taħt disturb emozzjonali estrem ikkawżat minn azzjoni illegali tal-vittma li wasslet, jew setgħet wasslet, għal konsegwenzi gravi għat-trasgressur jew għall-qraba tat-trasgressur;
  • ir-reat ikun twettaq waqt li kienu qegħdin jinqabżu l-limiti tal-awtodifiża leġittima.
  • Jekk il-vittma tkun ikkontribwixxiet għar-riżultat kriminali, l-ammont ta’ kumpens li kieku ried jitħallas, jitnaqqas.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa ċ-ċansijiet tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Il-vittmi kollha ta’ reat għandhom l-istess drittijiet. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-vittma ma għandha ebda influwenza fuq it-talba għall-kumpens mill-Istat.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw iċ-ċansijiet tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Jingħata kumpens mill-Istat għal reati mwettqa wara t-30 ta’ Ġunju 2005 li jaqgħu fi ħdan il-kategoriji speċifikati fit-tweġiba għall-ewwel mistoqsija.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-vittmi jridu jissottomettu d-dokumenti rilevanti kollha li jippruvaw id-dannu materjali kollu mitlub.

Hemm xi ammont minimu / massimu li jista’ jingħata?

Il-kumpens pagabbli mill-Istat huwa ammont fi flus li ma jistax jaqbeż BGN 10 000. Meta jingħata kumpens għall-manteniment ta’ persuni dipendenti ta’ taħt it-18-il sena li jkunu s-suċċessuri ta’ persuna li tkun mietet b’riżultat ta’ reat, il-kumpens għal kull persuna dipendenti ma jistax jammonta għal aktar minn BGN 10 000.

Jiena mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif għandi nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva, inti mistenni li tagħmel dan. Fl-applikazzjoni għall-kumpens, il-vittma trid tispeċifika l-ammont ta’ kumpens u d-dannu materjali mitlub.

Kwalunkwe kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħall-iskema tal-assigurazzjoni tal-impjegatur tiegħi jew waħda privata) jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità / korp?

Iva, jitnaqqas.

Nista’ nikseb avvanz fuq il-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, ma tistax.

Nista’ ningħata kumpens komplementari jew addizzjonali (pereżempju wara bidla fiċ-ċirkustanzi jew deterjorament fis-saħħa, eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Le, ma tistax.

X’dokumenti ta’ sostenn irrid ninkludi mat-talba tiegħi?

  • kopja tad-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja kkonċernata u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliha fil-każ ta’ kundanna;
  • estratt mir-rekord ġudizzjarju jekk il-persuna ma tkunx ċittadina Bulgara;
  • kopja ta’ dokument tal-identità;
  • attestament tad-domiċilju attwali tal-persuna intitolata għall-kumpens fil-Bulgarija;
  • dokument dwar ir-rappreżentanza legali, it-tutela jew il-kustodja legali;
  • ċertifikat tas-suċċessjoni jekk il-persuna intitolata għall-kumpens tkun l-iben / il-bint, il-ġenitur jew il-konjuġi ta’ vittma li mietet b’riżultat ta’ reat;
  • kopji ċċertifikati tad-dokumenti li jappoġġaw l-ispejjeż, bħall-ispejjeż mediċi (esklużi l-ispejjeż koperti mill-Fond Nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa), l-ispejjeż tal-funerali, eċċ.;
  • dokument li jiċċertifika l-qligħ riċevut mill-vittma taħt relazzjonijiet ta’ impjieg jew arranġamenti ekwivalenti għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data tar-reat;
  • dikjarazzjoni mill-qorti tal-ispejjeż imġarrba b’rabta mal-proċedimenti kriminali;
  • dokumenti li jippruvaw dannu materjali ieħor;
  • dikjarazzjoni li l-vittma ma ġietx ikkumpensata mod ieħor għad-dannu materjali mġarrab b’riżultat tar-reat.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħra li jridu jitħallsu meta tasal u tiġi pproċessata t-talba?

Le, ma hemmx.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għall-kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat fil-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

IL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA TAR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA (MINISTRY OF JUSTICE OF THE REPUBLIC OF BULGARIA)

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat (National Council for Assistance and Compensation to Victims of Crime)

Indirizz: Slavyanska 1, 1040 Sofia, Republic of Bulgaria

Sit Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.compensation.bg.

Għandi għalfejn ikun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża?

Le, m’għandekx għalfejn.

Kemm jieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) sabiex tittieħed deċiżjoni dwar talba għall-kumpens mill-awtorità?

L-applikazzjoni għall-kumpens tiġi eżaminata mhux aktar minn xahar wara d-data li tasal fiha. Jekk ikun meħtieġ, dan it-terminu jista’ jiġi estiż sa tliet xhur.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat ma jistgħux jiġu kkontestati.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Il-formola ta’ applikazzjoni standard għall-kumpens hija disponibbli mill-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat, il-gvernaturi provinċjali, l-investigaturi, u l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi. Hija disponibbli formola ta’ applikazzjoni elettronika għall-kumpens fuq is-sit web tal-Kunsill Nazzjonali: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.compensation.bg.

Hemm xi linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Jekk jogħġbok irreferi għas-sit web tal-Kunsill Nazzjonali għall-Assistenza u l-Kumpens lill-Vittmi ta’ Reat: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.compensation.bg.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qiegħed inħejji t-talba?

L-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi jipprovdu assistenza prattika lill-vittmi ta’ reat, inkluża għajnuna fit-tħejjija tal-applikazzjoni għall-kumpens.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob il-kumpens?

Iva. L-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Assoċjazzjonijiet ta’ Appoġġ lill-Vittmi.

Tel. +359 29819300

L-aħħar aġġornament: 25/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna iċ-Ċek ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Iċ-Ċekja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Iċ-Ċekja tipprovdi assistenza finanzjarja lill-vittmi ta’ reati li jkunu sofrew ħsara personali u lis-superstiti tal-vittmi li jkunu mietu bħala riżultat tar-reat. Barra minn hekk, il-persuni intitolati għall-assistenza finanzjarja jinkludu vittmi ta’ reati sesswali li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem u tfal abbużati.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

L-assistenza finanzjarja sservi biex tingħeleb is-sitwazzjoni soċjali li tkun iddeterjorat bħala riżultat tar-reat kriminali; ma tieħux post l-obbligu tal-awtur tar-reat li jagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata lill-vittma.

Is-superstiti jirċievu l-assistenza finanzjarja bħala somma f’daqqa; barra minn hekk anki vittmi li jkunu sofrew ħsara personali jistgħu jfittxu assistenza bħala somma f’daqqa (l-ammont tagħha jvarja skont il-gravità tal-konsegwenzi kkawżati) jew jistgħu jitolbu rimborż għall-ispejjeż tat-trattament jew kumpens għal qligħ mitluf. Vittmi ta’ reati sesswali li jmorru kontra d-dinjità tal-bniedem jew tfal vittmi ta’ abbuż jistgħu jitolbu rimborż tal-ispejjeż tat-terapija biex ittaffi l-ħsara morali subita.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, is-superstiti ta’ vittmi li jkunu mietu bħala riżultat ta’ reat għandhom id-dritt għal assistenza finanzjarja jekk is-superstitu jkun il-ġenitur, il-konjuġi, is-sieħeb/sieħba rreġistrat(a), il-wild jew ħu/oħt il-mejjet u kien qiegħed jgħix fl-istess dar mal-mejjet fil-mument tal-mewt, jew jekk is-superstitu huwa persuna li lilha l-mejjet kien jagħti jew kien obbligat li jagħti manteniment.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

F’dan il-każ, m’għandekx dritt għal assistenza finanzjarja.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Tista’, jekk għandek residenza permanenti jew legalment residenti fi Stat Membru ieħor tal-UE u sfajt vittma ta’ reat imwettaq fiċ-Ċekja, jew jekk ilek legalment residenti fiċ-Ċekja għal aktar minn 90 jum u sfajt vittma ta’ reat imwettaq hawn, jekk tkun applikajt għal protezzjoni internazzjonali fiċ-Ċekja jew jekk tkun ingħatajt asil jew protezzjoni sussidjarja, jew, fejn rilevanti, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi trattat internazzjonali.

Nista nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk inti ċittadin(a) taċ-Ċekja, inti intitolat(a) għal assistenza finanzjarja miċ-Ċekja, irrispettivament mill-pajjiż li fih sar ir-reat li tiegħu sfajt vittma.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva, dan huwa meħtieġ.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

M’hemmx bżonn li tistenna r-riżultat tal-investigazzjoni; l-assistenza finanzjarja tista’ tingħata jekk l-investigazzjoni eżistenti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi turi li m’hemm l-ebda dubju li r-reat sar u li l-kundizzjonijiet legali għall-intitolament għal assistenza finanzjarja ġew issodisfati.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand min wettaq ir-reat - jekk ikun ġie identifikat?

Jekk ma titlobx kumpens għad-danni mingħand min wettaq ir-reat, l-assistenza finanzjarja tista’ titnaqqas jew saħansitra ma tingħatax.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

F’dan il-każ hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn sitwazzjoni li fiha l-awtur tar-reat ma jkunx magħruf u sitwazzjoni li fiha l-persuna mħarrka għar-reat ma tkunx instabet ħatja, minkejja li jkun ovvju li r-reat ikun sar (jiġifieri, ir-reat sar, iżda seta’ sar minn xi ħadd ieħor). F’dan il-każ, għandek id-dritt għall-assistenza finanzjarja. Madankollu, jekk il-ħati jkun ġie lliberat minħabba li l-att imħarrek mhuwiex reat, ma jistax ikollok id-dritt għall-assistenza finanzjarja. Talba tiġi primarjament ivvalutata abbażi ta’ evidenza miġbura mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi; il-kompitu tiegħek huwa li turi l-ammont ta’ ħsara subita u, jekk applikabbli, ta’ kwalunkwe ħsara li tista’ titqies (spejjeż ta’ trattamenti u qligħ mitluf).

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

It-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien sentejn minn meta sirt taf bil-ħsara, iżda mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tar-reat. Wara li jiskadi wieħed minn dawn il-limiti ta’ żmien, id-dritt għall-assistenza ma jibqax jeżisti.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

(a) Għall-vittmi ta’ reat:

- ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi relatati ma’ korrimenti (kura medika - kura outpatient u fi sptar, konvalexxenza) - IVA
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali bħala riżultat ta’ korrimenti (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, riabilitazzjoni fit-tul, aġġustamenti fid-dar, għajnuniet speċjali, eċċ.)
  • fil-każ ta’ spejjeż relatati direttament mal-korrezzjoni tas-saħħa, allura iva (għajnuniet speċjali, kura medika jew riabilitazzjoni)
  • korrimenti b’konsegwenzi permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • profitti mitlufa waqt u wara l-kura medika (inklużi profitti mitlufa u telf ta’ kapaċità li wieħed jaqla’ l-għajxien jew tnaqqis fil-mezzi ta’ sussistenza, eċċ.) - IVA
    • telf ta’ opportunità - LE
    • spejjeż assoċjati ma’ proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-avveniment li jkun wassal għall-ħsara inkwistjoni, bħal spejjeż legali, spejjeż tal-qorti) - LE
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara - LE
    • Oħrajn - LE

- ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma - LE

(b) Fil-każ ta’ persuni awtorizzati jew qraba tal-vittma:

- ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral - LE
  • spejjeż relatati mal-kura tas-saħħa (eż. terapija ta’ membru tal-familja, kura outpatient u fi sptar, riabilitazzjoni) - LE
  • telf ta’ mezzi ta’ sussistenza jew telf ta’ opportunitajiet - LE

- ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni awtorizzati / kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet - LE

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

L-assistenza finanzjarja titħallas f’darba.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

L-istorja kriminali tiegħek ma tiddeterminalekx id-dritt tiegħek għall-assistenza finanzjarja; madankollu, jekk ma tikkooperax mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jissolva r-reat, ma tistax tingħata assistenza finanzjarja. Barra minn hekk ma tingħatax assistenza jekk tkun ipparteċipajt bħala kompliċi għar-reat.

Jekk ma tipprovdix il-kooperazzjoni meħtieġa fil-proċedura ta’ assistenza finanzjarja, il-proċedura tista’ tiġi tterminata jew it-talba tiegħek tista’ tiġi miċħuda.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

F’każ biss fejn ikun ovvju li s-sitwazzjoni soċjali tiegħek ma tkunx iddeterjorat bħala riżultat tar-reat, inti tista’ ma tingħatax assistenza finanzjarja.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Jekk b’xi mod tkun ikkontribwejt għall-ħsara, l-assistenza finanzjarja tista’ titnaqqas jew ma saħansitra ma tingħatax.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Vittmi li jkunu sofrew ħsara minuri għas-saħħa jistgħu jitolbu assistenza bħala somma f’daqqa ta’ CZK 10 000.

Vittmi li jkunu sofrew ħsara serja għas-saħħa jistgħu jitolbu assistenza bħala somma f’daqqa ta’ CZK 50 000.

Minflok assistenza bħala somma f’daqqa, vittmi li jkunu sofrew ħsara għas-saħħa jistgħu jitolbu sa CZK 200 000 f’assistenza finanzjarja, ekwivalenti għall-ispejjeż tat-trattament u/jew għal qligħ mitluf li dwarhom ikunu ppreżentaw evidenza li tixhed dan.

Is-superstiti huma intitolati għal assistenza finanzjarja li titħallas bħala somma f’daqqa ta’ CZK 200 000, ħlief għall-aħwa, li huma intitolati għal assistenza ta’ CZK 175 000.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Bħala vittma ta’ reat li tkun ġarrabt ħsara għas-saħħa jew bħala superstitu, inti tista’ tingħata sa CZK 200 000; barra minn hekk, f’każ ta’ mewt, l-assistenza finanzjarja totali mogħtija lis-superstiti kollha ma tistax taqbeż is-CZK 600 000, u jekk ikun hemm aktar superstiti, l-għajnuna mogħtija għandha tiġi mnaqqsa proporzjonalment sabiex ma jinqabiżx l-ammont massimu tal-assistenza finanzjarja.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

F’każ biss ta’ assigurazzjoni li tkopri l-obbligu tal-awtur tar-reat li jagħti kumpens għall-ħsara kkawżata, li, skont il-liġi Ċeka, huwa prattikament possibbli fil-każ ta’ inċidenti tat-traffiku u fuq il-post tax-xogħol.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Fil-każ ta’ assistenza finanzjarja ma jingħatawx ħlasijiet bil-quddiem.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar, eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva, sal-ammont massimu permissibbli ta’ assistenza finanzjarja.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

  • prokura, prova ta’ relazzjoni familjari mal-vittma
  • ċertifikat tal-mewt tal-vittma
  • kopja tar-rapport tal-pulizija
  • kopja tad-deċiżjoni tal-qorti
  • dokumentazzjoni dwar is-saħħa
  • kontijiet tal-isptar jew kontijiet għal spejjeż relatati
  • kontijiet għal spejjeż ta’ kura
  • irċevuti

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

It-talba għandha tiġi deċiża fi żmien 3 xhur.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Billi tippreżenta rikors amministrattiv fil-qorti.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja, mingħand NGOs li jiffokaw fuq il-vittmi tal-kriminalità, u mis-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Le.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Iva, iżda trid tħallas int għal dawn l-ispejjeż.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-akbar waħda hija Bílý kruh bezpečí (Ċirku Abjad ta’ Sigurtà); anki s-Servizz ta’ Probation u ta’ Medjazzjoni taċ-Ċekja jgħin lill-vittmi.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Danimarka

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

L-Istat jipprovdi l-kumpens u d-danni għar-rikorrent fil-każ ta’ ksur tal-Kodiċi Penali tad-Danimarka jew tal-“Att dwar ir-residenza, il-projbizzjoni ta’ residenza u t-tkeċċija” li jkun irriżulta f’korriment personali jew f’mewt. Dan isegwi mill-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi. Ksur ta’ leġiżlazzjoni speċjali, li tinkludi l-Att dwar it-Traffiku fit-Triq, il-Kodiċi Penali Militari u ordnijiet statutorji, ma jistax jifforma l-bażi għall-għoti tal-kumpens u tad-danni skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi. Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali jagħmel valutazzjoni indipendenti ta’ jekk inċident huwiex kopert mill-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi. Madankollu, il-valutazzjoni mill-pulizija tal-inċident normalment tipprovdi gwida għall-valutazzjoni mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali. Ma jingħatawx kumpens jew danni jekk l-azzjoni ma tkunx punibbli minħabba, pereżempju, awtodifiża, jus necessitatis jew kunsens.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

Il-kamp ta’ applikazzjoni ewlieni ta’ dan l-Att huwa l-korriment personali, peress li l-kumpens għad-dannu fuq il-proprjetà jingħata sa ċertu punt limitat biss. Il-korriment personali jinftiehem li jirreferi kemm għal korrimenti fiżiċi kif ukoll għal korrimenti psikoloġiċi.

Fil-prinċipju, kumpens jitħallas biss lir-rikorrent dirett affettwat mir-reat kriminali. Madankollu, jista’ jkun li int tant kont qrib l-avveniment li tkun tista’ tikseb kumpens u d-danni skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi, anki jekk fil-verità ma tkunx tista’ titqies li ġarrabt korriment dirett. Huwa possibbli wkoll li, bħala qarib, tirċievi kumpens għall-ispejjeż tal-funeral, għat-telf tal-persuna li tkun is-sors ewlieni ta’ dħul, eċċ. ara aktar ’il quddiem.

Fil-każ ta’ korriment personali, il-kumpens u d-danni jistgħu jingħataw għal:

  • Spejjeż tal-irkupru
  • Qligħ mitluf
  • Uġigħ u tbatija
  • Korrimenti permanenti
  • Telf tal-kapaċità ta’ dħul
  • Delitt
  • Kumpens għal ksur serju
  • Telf ieħor (bħal prolungament tat-taħriġ jew ħtieġa ta’ għajnuniet speċjali)
  • Spejjeż legali

Jekk ir-rikorrent imut, huwa possibbli li jitfittex kumpens għal:

  • Spejjeż tal-funeral
  • Telf ta’ persuna li tkun is-sors ewlieni ta’ dħul
  • Ammont tranżitorju għall-konjuġi/koabitanti superstiti
  • Pensjoni għas-superstiti

F’sitwazzjonijiet li fihom tkun seħħet ukoll ħsara fuq il-proprjetà, jitħallas kumpens għall-ilbies u għall-oġġetti personali li l-vittma kienet liebsa jew kellha fuqha meta seħħ il-korriment personali, kif ukoll kumpens għad-dannu fuq proprjetà kkawżat minn ċerti individwi detenuti, bħal persuni kkundannati.

Ma hemm ebda kumpens għal telf pekunarju, pereżempju bħala riżultat ta’ frodi. B’mod simili, ma jitħallas ebda kumpens għal privazzjoni, għal telf operatorju, għal profitt mitluf, u l-bqija.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva. Kif intqal aktar ’il fuq, kumpens u d-danni jistgħu jitħallsu fil-każ ta’ mewt tal-parti li ġġarrab il-korriment.

Kumpens għall-ispejjeż tal-funeral huwa pagabbli għall-persuna li ħallset għall-funeral, indipendentement minn jekk din il-persuna hijiex membru tal-familja jew le.

Kumpens għat-telf ta’ persuna li tkun is-sors ewlieni ta’ dħul jiġi pprovdut għas-sħab konjuġi/koabitanti u għat-tfal superstiti, li għalihom il-persuna deċeduta kienet il-persuna li kienet is-sors ewlieni ta’ dħul.

Jekk il-persuna deċeduta ma tħallix warajha konjuġi/koabitanti, tista’ tingħata pensjoni tranżitorja lil superstiti oħrajn jekk din tkun sostnuta minn ċirkustanzi speċjali. Dawn jistgħu jkunu aħwa li għal ħafna snin għexu flimkien u qasmu dar mal-persuna deċeduta.

Barra minn hekk, tista’ tingħata pensjoni lil superstiti lil magħhom il-persuna deċeduta kienet minn ta’ ġewwa. Bħala punt tat-tluq, din il-pensjoni tingħata lil konjuġi, lil koabitanti, lil minorenni u lill-ġenituri tal-persuna deċeduta.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Il-ġenituri jistgħu jingħataw rimborż għall-ispejjeż għal viżti mediċi b’rabta ma’ viżti għat-tfal tagħhom stess li ġarrbu korriment.

Għal tfal u għal adoloxxenti, jista’ jkun kruċjali għal titjib fl-istat tas-saħħa tagħhom li ommhom jew missierhom ikunu preżenti fl-isptar jew jieħdu sehem fir-riabilitazzjoni. F’każijiet speċjali bħal dawn, it-telf tad-dħul tal-omm jew tal-missier jista’ jkun kopert kollu kemm hu jew f’parti minnu.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva. L-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi ma fih ebda rekwiżit għaċ-ċittadinanza jew għar-residenza sabiex tikseb kumpens, iżda biss li l-inċident kriminali jkun seħħ fid-Danimarka. Jekk mill-bqija l-kundizzjonijiet tal-Att ikunu ssodisfati, huwa irrilevanti jekk ir-rikorrent ikunx barrani resident fid-Danimarka, sempliċi turist jew ikunx resident għal żmien qasir fit-territorju Daniż.

Nista nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

B’mod ġenerali, le. Madankollu, hemm possibbiltà limitata li tikseb kumpens mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali anki jekk il-korriment personali jkun seħħ minħabba reat kriminali mwettaq barra l-pajjiż. Il-kumpens jiġi pprovdut biss jekk ikun raġonevoli li jiġi pprovdut. Il-possibbiltà li jingħata kumpens hija maħsuba li jkollha kamp ta’ applikazzjoni ristrett u tintuża biss f’każijiet speċjali meta tkun sostnuta minn ċirkustanzi speċifiċi.

F’każijiet speċjali, kumpens jitħallas għal korriment ikkawżat minn atti mwettqa barra d-Danimarka jekk ir-rikorrent ikun domiċiljat fid-Danimarka, ikun ta’ nazzjonalità Daniża, jew fil-mument tar-reat ikun stazzjonat sabiex jirrappreżenta lid-Danimarka barra l-pajjiż. Il-kumpens u d-danni jitħallsu għal korrimenti li jseħħu meta persuna ta’ nazzjonalità Daniża jew domiċiljata fid-Danimarka tattakka barra pajjiżha lil persuna oħra ta’ nazzjonalità Daniża jew domiċiljata fid-Danimarka. Madankollu, dan iseħħ biss meta l-korriment iseħħ fi ħdan ambjent Daniż magħluq, bħal b’rabta ma’ vjaġġ skolastiku. Jekk kemm il-vittma kif ukoll l-awtur ikollhom konnessjonijiet mad-Danimarka b’mod koinċidenti, ma jingħata ebda kumpens.

Il-kumpens jista’ jingħata wkoll meta t-tali atti jitwettqu kontra rikorrent li jkun resident fid-Danimarka u jkun barra mid-Danimarka fuq xogħol. Dan jinkludi xogħol professjonali għal terminu qasir barra l-pajjiż biss f’ċirkustanzi fejn ma jkunx jista’ jkun mistenni li r-rikorrent jew l-impjegatur ser ikun ħa assigurazzjoni privata sabiex ikopri l-korriment. Il-korriment irid ikun seħħ matul il-ħinijiet tax-xogħol.

Studju u internships barra l-pajjiż ma jitqisux bħala attivitajiet okkupazzjonali.

Rikorrent li jkun minorenni li jirresjedi barra l-pajjiż minħabba l-attivitajiet professjonali tal-ġenituri tiegħu jista’ jikseb kumpens u d-danni. Hawnhekk, l-enfasi tinxteħet fuq iċ-ċirkustanzi tal-ġenituri.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva, hija kundizzjoni fundamentali li sabiex jinkiseb kumpens mingħand l-Istat, ir-reat krimnali jrid ikun ġie rrapportat lill-pulizija fi żmien 72 siegħa.

Notifika tfisser talba lill-pulizija sabiex tinvestiga l-każ. F’każijiet aktar serji, rarament ser ikun hemm bżonn li ssir talba espliċita għall-investigazzjoni, iżda f’każijiet anqas serji ġeneralment din tkun neċessarja. Għaldaqstant, il-fatt li l-pulizija kienet preżenti u forsi tkellmet ukoll mal-parti li ġarrbet il-korriment mhux dejjem ikun biżżejjed sabiex ir-reat jitqies li ġie rrapportat.

Huwa possibbli li f’ċerti ċirkustanzi l-iskadenza għan-notifika tiġi injorata. Pereżempju, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali kważi dejjem jinjora r-rekwiżit għan-notifika lill-pulizija fi żmien 72 siegħa jekk, minkejja n-notifika tard, it-trasgressur jiġi arrestat u jkun is-suġġett ta’ proċedura kriminali b’suċċess.

Skont il-liġi, biża’ ta’ ritaljazzjoni mhuwiex raġuni valida biex wieħed iżomm lura mill jagħmel rapport lill-pulizija fi żmien 72 siegħa.

L-iskadenza ta’ 72 siegħa titneħħa b’rabta ma’ każijiet ta’ stupru, ta’ inċest, ta’ reati sesswali serji fuq tfal u ċerti reati sesswali mwettqa fuq persuna taħt it-18-il sena. L-emenda għal-liġi tikkonċerna biss l-iskadenza ta’ 72 siegħa, u xorta waħda huwa supponut li hija kundizzjoni li r-reat kriminali jiġi rrapportat lill-pulizija. L-iskadenza tneħħiet b’effett għal korrimenti kkawżati minn reati kriminali mwettqa wara l-1 ta’ April 2016.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Ipproċessar amministrattiv

L-applikazzjoni għal kumpens trid tiġi sottomessa lid-distrett tal-pulizija fejn tkun saret in-notifika tar-reat. L-applikazzjoni għandha tingħadda mill-pulizija lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Jekk il-każ ikun għadu qed jiġi pproċessat mill-pulizija, mill-prosekutur jew mill-qrati, il-pulizija ma tissottomettix l-applikazzjoni lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali qabel ma jingħalaq il-każ. Madankollu, il-każ jista’ jiġi indirizzat mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali qabel ma jkun ġie ffinalizzat mill-pulizija, mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew mill-qrati f’ċerti ċirkustanzi.

Is-sitwazzjoni msemmija l-aħħar isseħħ f’każijiet rari ħafna u normalment biss b’rabta ma’ reati serji ħafna, tipikament omiċidji, meta għall-fini tas-superstiti jista’ jkun hemm bżonn speċjali li tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens jew parti minnha, anki jekk il-każ ma jkunx għadu tlesta mill-pulizija jew mill-qrati.

Indipendentement minn kemm ikun serju każ, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jistax jindirizzah qabel ma l-każ jingħalaq mill-pulizija jew mill-qrati jekk ikun hemm xi dubju affattu dwar jekk seħħx reat kriminali, jekk hemmx raġunijiet oġġettivi għall-impunità jew jekk jistax ikun hemm raġunijiet sabiex jitnaqqas il-kumpens minħabba t-tort tar-rikorrent.

Proċeduri tal-Qorti

It-talba tar-rikorrent għal kumpens trid issir matul il-proċeduri kriminali fil-qrati. F’dan il-każ, l-imħallef jista’ jagħżel li jeżamina l-merti tat-talba jew jipposponiha għall-eżami mill-Bord tad-Danimarka għall-Ilmenti dwar id-Danni Kriminali jew taħt azzjoni ċivili. Dan jista’ jiddependi minn jekk l-awtur jikkontestax it-talba.

Jekk it-talba ġiet indirizzata mill-qrati matul il-proċeduri kriminali, ir-rikorrent jista’ jibgħat ukoll l-applikazzjoni lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand it-trasgressur – jekk ikun ġie identifikat?

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jagħtix kumpens jekk id-danni tar-rikorrent jiġu rimborżati mit-trasgressur jew ikunu koperti minn polza tal-assigurazzjoni jew minn benefiċċji oħra li jkunu fin-natura tal-kumpens għad-danni. Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jiħux deċiżjoni sakemm jiġi stabbilit jekk id-danni humiex koperti minn xi mkien ieħor.

Mhijiex kundizzjoni li l-ewwel irid isir tentattiv li d-danni jiġu rkuprati mingħand it-trasgressur jew li t-trasgressur irid ikun ġie identifikat.

Jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens?

Iva. Anki jekk kawża kriminali ma tkunx tista’ tiġi ppreżentata għaliex it-trasgressur ma jkunx magħruf jew ma jkunx jista’ jinstab, l-Istat jista’ jipprovdi kumpens. Madankollu, xorta waħda hemm kundizzjoni li l-kundizzjonijiet statutorji l-oħra jridu jiġu ssodisfati.

F’dawn il-każijiet, il--Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali għandu jagħmel valutazzjoni indipendenti dwar jekk seħħx korriment personali minħabba reat kriminali.

Hemm terminu perentorju li fih irrid nitlob kumpens?

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jistax jipproċessa applikazzjoni ppreżentata aktar minn sentejn (2) wara li jkun twettaq ir-reat, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali għal din. Jekk tkun inqatgħet sentenza fil-kawża, l-iskadenza tibda minn meta tingħata l-kundanna kriminali. Jekk il-pulizija tkun investigat il-każ u, wara, ma tkun infetħet ebda kawża kriminali, l-iskadenza tibda miż-żmien tad-deċiżjoni tal-pulizija li twaqqaf l-investigazzjoni.

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jista’ ma jipproċessax applikazzjoni wkoll jekk dan tal-aħħar ikun xtarr talbiet għad-danni fl-imgħoddi mingħand l-istess rikorrent għall-istess reat, u t-talba l-ġdida ssir aktar minn sentejn (2) wara li r-rikorrent intebaħ jew missu ntebaħ bl-eżistenza ta’ din it-talba, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċjali għaliex sar hekk.

Il-pulizija għandha obbligu li tipprovdi gwida lil rikorrent rigward l-aċċess għall-kumpens skont l-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi. Jekk il-pulizija ma tkunx irrispettat dan l-obbligu, il--Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali normalment jinjora l-iskadenza ta’ sentejn (2).

Jekk ir-rikorrent kien minorenni meta twettaq ir-reat, il--Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ser ikollu probabbiltà akbar li jinjora l-iskadenza.

Liema telf u spejjeż huma koperti bil-kumpens?

  1. Għall-vittma tar-reat:
    • Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
      • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (il-kura medika - kura ambulanti u fl-isptar, l-irkupru). IVA
      • bżonnijiet jew spejjeż addizzjonali bħala riżultat tal-korriment (jiġifieri, kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija ta’ edukazzjoni fit-tul, adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.). IVA
      • korriment permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħra) IVA
      • telf ta’ qligħ waqt kura medika u wara (inkluż telf ta’ qligħ u telf tal-ħila li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.). IVA
      • telf ta’ opportunità LE
      • spejjeż marbuta mal-proċeduri legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħal miżati legali, spejjeż tal-qorti. IVA f’xi każijiet F’każijiet speċjali, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jista’ jiddeċiedi li r-rikorrent irid ikun ħallas, bis-sħiħ jew b’mod parzjali, l-ispejjeż li huwa jkun ġarrab b’rabta mal-immaniġġjar tal-każ mill-Bord. Ir-rikorrent qatt mhu ser ikollu jħallas għal xi spejjeż legali marbuta mal-kawża kriminali stess, peress li din tiġi ppreżentata mill-pulizija.
      • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li ġġarrab ħsara IVA Jitħallas kumpens għal ilbies u għal oġġetti personali li l-vittma kienet liebsa jew kellha fuqha meta seħħ il-korriment personali.
    • Dannu psikoloġiku (morali):
      • uġigħ u tbatija għall-vittma IVA Ara aktar ’il fuq għal affarijiet oħra li għalihom jista’ jiġu riċevuti kumpens jew id-danni.
  2. Għal persuni awtorizzati jew qraba ta’ vittma:
    • Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
      • spejjeż tal-funeral IVA
      • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, kura ambulanti u fl-isptar, riabilitazzjoni) LE
      • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità IVA/LE Jitħallas kumpens għat-telf ta’ persuna li tkun is-sors ewlieni ta’ dħul. Ara d-dettalji aktar ’il fuq.
    • Ħsara psikoloġika:
      • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet. LE/IVA Ma jingħata l-ebda kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija għall-qraba u għal oħrajn. Madankollu, jista’ jingħata ammont tranżitorju. Ara aktar ’il fuq għal deskrizzjoni aktar dettaljata.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

Il-kumpens u r-rimborż mogħtija mill-Bord jitħallsu madwar 14-il jum wara d-deċiżjoni tal-Bord. Il-ħlas jiġi pproċessat mill-pulizija fid-distrett tal-pulizija fejn ġie rrapportat ir-reat.

Il-ħlas isir f’ammont wieħed għat-talbiet li ġew approvati bid-deċiżjoni individwali.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċeduri għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

Ir-regolamenti ġenerali dwar il-kumpens skont il-liġi tad-Danimarka japplikaw b’mod korrispondenti għal applikazzjonijiet għal kumpens u għal rimborż għal vittmi fil-każ ta’ reati, inklużi r-regolamenti rigward it-tnaqqis u t-tħassir tal-kumpens dovut għall-parteċipazzjoni tar-rikorrent fid-dannu jew l-aċċettazzjoni tar-riskju ta’ korriment. L-aċċettazzjoni tar-riskju tista’, pereżempju, tapplika għal korrimenti kkawżati b’rabta ma’ kunflitti bejn bikers/gangs.

Jekk parti li ġġarrab dannu ma tikkontribwixxix b’mod suffiċjenti għall-investigazzjoni tal-każ, id-dritt għal kumpens jista’ jintilef. Dan japplika, pereżempju, jekk il-parti li ġġarrab id-dannu tirrifjuta milli tagħti spjegazzjoni lill-pulizija jew lill-qorti.

Il-kumpens jista’ jitnaqqas jew jitħassar ukoll jekk ir-rikorrent jonqos milli jissodisfa l-obbligi standard tiegħu ta’ limitazzjoni tat-telf. Dan ifisser li l-persuna li tkun ġarrbet korriment minħabba mġiba inġusta ta’ xi ħadd ieħor għandha l-obbligu, sa fejn possibbli, li tillimita t-telf tagħha bħala konsegwenza tal-korriment.

Qatt ma tinxteħet xi enfasi fuq il-fedina penali tar-rikorrent meta tiġi pproċessata l-applikazzjoni. Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali normalment ma jfittixx li jikseb fedini penali.

Jekk rikorrent ma jweġibx għat-talba min-naħa tal-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali għas-sottomissjoni tad-dokumentazzjoni għat-talba rikjesta, dan in-nuqqas jista’ jaffettwa l-kumpens mogħti. Huwa d-dmir tar-rikorrent li jiddokumenta t-talbiet tiegħu b’mod sodisfaċenti.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Applikazzjoni tista’ tingħata prijorità jekk inti, pereżempju, ġejt imħarrek/imħarrka sabiex tidher quddiem il-qorti tal-bailiff, jekk ikun hemm informazzjoni disponibbli rigward preklużjoni ta’ dritt ipotekarju, jew jekk irċivejt ittri mingħand il-bank dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ spejjeż regolari.

Għal applikazzjonijiet għal qligħ mitluf, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali huwa konxju li s-sors ta’ dħul tar-rikorrent naqas, u għalhekk jinxteħet fokus fuq dawn il-każijiet.

Għajr dawn imsemmija hawn fuq, ma tingħatax prijorità għal każ sempliċiment fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrent.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrent ma għandha l-ebda impatt b’xi mod ieħor fuq il-possibbiltà li jikseb kumpens jew fuq l-ammont tal-kumpens.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Il-kumpens jew id-danni ma jingħatawx jekk id-danni għar-rikorrent jitħallsu mill-awtur jew ikunu koperti mill-benefiċċji tal-assigurazzjoni jew minn benefiċċji oħra li huma tal-istess tip bħall-kumpens propju.

Ir-rikorrent irid ikun ikkontribwixxa, sa fejn jista’ u sa kemm hemm bżonn, għall-investigazzjoni tal-każ mill-pulizija. Ħabi deliberat ta’ informazzjoni jew nuqqas ta’ rieda b’mod simili għall-għoti ta’ assistenza fl-investigazzjoni tal-każ normalment iwassal sabiex ma jingħata ebda kumpens.

Sabiex jikseb kumpens mill-Istat, hemm ukoll il-kundizzjoni li, matul kawża kriminali possibbli kontra t-trasgressur, ir-rikorrent irid ikun applika għal kumpens jew ħa pożizzjoni dwar dan quddiem il-qorti.

Skont ir-regolamenti ġenerali tal-liġi dwar id-delitt, irid ikun hemm konnessjoni kawżawli bejn ir-reat kriminali mwettaq u d-dannu.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Il-kumpens jiġi kkalkolat skont it-talba individwali u fuq il-bażi tal-ammont li ssir applikazzjoni għalih. Jekk int, bħala r-rikorrent, tkun iddokumentajt it-talba tiegħek biżżejjed, id-danni jiġu kkalkolati skont it-telf imġarrab. Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jikkalkola t-telf għal kull talba għal kumpens fuq il-bażi tar-regoli applikabbli (pereżempju l-qligħ mitluf jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn id-dħul mistenni u d-dħul propju matul il-perjodu li ssir applikazzjoni għalih). Jekk int ipprovdejt biss dokumentazzjoni għal partijiet mit-talba tiegħek, il-kumpens jingħata biss għall-ammont iddokumentat. F’xi każijiet, il-kalkolu tat-talba mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ser ikun ammont stmat. Dan jista’ jseħħ f’każijiet li fihom int ma stajtx tikkalkola t-talba tiegħek int stess.

Il-kumpens jiġi kkalkolat fuq bażi tariffarja. Diversi minn dawn ir-rati jiġu aġġustati darba fis-sena fl-1 ta’ Jannar. Fost affarijiet oħra, il-kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija jitħallas b’rata ta’ DKK 200 (2018) għal kull jum ta’ mard. Korriment permanenti jiġi kkalkolat skont il-gradi tal-korriment, u l-kumpens jitħallas għal kull grad tal-korriment, li huwa ta’ DKK 8,790 (2018) għal kull grad. Il-kumpens għal delitt u għal ksur serju jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-gravità u tan-natura tal-attakk li l-vittma kienet esposta għalih, inkluż liema reat kriminali jkun involut.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm ebda limitu ġenerali fuq kemm jista’ jitħallas bħala kumpens u bħala danni. Bħalissa, id-Danimarka m’għandhiex limitu minimu għall-ammonti li jistgħu jingħataw bħala kumpens u bħala danni. Madankollu, hemm ammont massimu għal ċerti affarijiet li għalihom jista’ jitħallas kumpens. Ara l-lista ta’ hawn taħt f’dan ir-rigward:

  • Uġigħ u tbatija DKK 76 500 (2018)
  • Korriment permanenti DKK 879 000 (2018)
  • Telf ta’ kapaċità ta’ qligħ DKK 9 227 500 (2018)
  • Ammont tranżitorju DKK 165 500 (2018)
  • Dannu fuq proprjetà DKK 132 000 (2018)

Id-danni għal korriment permanenti, f’każijiet eċċezzjonali, jistgħu jiġu vvalutati għal 120 fil-mija, f’liema każ l-ammont massimu huwa ta’ DKK 1 054 000 (2018).

Fil-formola tat-talba jiena mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkolah jew dwar aspetti oħra?

Mhuwiex mistenni li għandu jiġi kkalkolat ammont totali għat-talbiet kollha li ssir applikazzjoni għalihom. Huwa mistenni li, minbarra l-elementi individwali li għalihom jista’ jitħallas kumpens, int iddaħħal l-ammont li għalih qed tfittex kumpens. Madankollu, mhijiex kundizzjoni li sabiex jingħata kumpens iridu jiġu kkalkolati t-talbiet kollha.

Ara l-paġna ta’ quddiem tal-formola ta’ applikazzjoni dwar kif inhu kkalkolat il-qligħ mitluf. Bħala rikorrent jew rikorrent potenzjali, int dejjem ikollok il-fakultà li tikkuntattja lill-Bord għal informazzjoni dwar kif tikkalkola u tiddokumenta t-talbiet tiegħek għad-danni. Tista’ tikseb ukoll gwida rigward liema fatturi huma enfasizzati b’rabta mal-elementi individwali li għalihom jista’ jitħallas kumpens.

Ma hemm ebda aspettattiva li se jiġi kkalkolat il-kumpens għal dannu psikoloġiku, peress li d-danni jiġu kkalkolati fuq bażi tariffarja b’rabta mal-firxa tad-dannu.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħall-skema ta’ assigurazzjoni privata jew tal-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jħallasx kumpens jekk id-danni għar-rikorrent jiġu rimborżati mill-awtur jew ikunu koperti minn polza tal-assigurazzjoni jew minn benefiċċji oħra li huma tal-istess tip bħad-danni propji. Għaldaqstant, bħala prinċipju, mhijiex kwistjoni ta’ jekk, pereżempju, il-pagament tal-assigurazzjoni jitnaqqasx meta l-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jipproċessa t-talba, iżda aktar kwistjoni ta’ min għandu jħallas il-kumpens. Jekk jinstab li l-kumpanija tal-assigurazzjoni rrifjutat milli tħallas kumpens, il-każ jista’ jittieħed f’kunsiderazzjoni mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Jekk ir-rikorrent ikun ħa polza tal-assigurazzjoni privata kontra aċċidenti u jkun irċieva kumpens għall-invalidità jew kumpens għal korriment permanenti, dan mhux se jirriżulta fi tnaqqas jew fi tħassir tal-kumpens għad-dannu permanenti jew tal-kumpens għat-telf ta’ kapaċità ta’ qligħ. Il-kumpens lanqas ma jitnaqqas jekk ir-rikorrent ikun irċieva benefiċċji soċjali mill-pubbliku minħabba d-dannu (bħal pensjoni, sussidju fuq il-paga jew xi ħaġa simili).

Jekk ir-rikorrent ikun ħa polza tal-assigurazzjoni ma’ kumpanija tal-assigurazzjoni tas-saħħa, l-ispejjeż tal-kura mhux se jiġu rimborżati meta l-ispejjeż ikunu ġew rimborżati mill-polza tal-assigurazzjoni. Barra minn hekk, ma jingħata ebda kumpens meta l-kura tkun tista’ tingħata b’xejn permezz tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika jew permezz ta’ servizzi pubbliċi oħra.

B’rabta mal-korrimenti fuq ix-xogħol, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jista’ jħallas kumpens biss għall-uġigħ u għat-tbatija, kumpens għall-qligħ mitluf u għal talbiet differenzjali, kif ukoll kumpens għal delitt u għal ksur serju, peress li l-affarijiet l-oħra kollha, inkluż il-kumpens għall-irkupru tal-ispejjeż, eċċ., huma koperti permezz tal-assigurazzjoni statutorja tal-impjegatur għal korrimenti fuq il-post tax-xogħol.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Il-pożizzjoni fundamentali hija li l-kumpens u d-danni ma jitħallsux minn qabel, iżda biss wara l-ipproċessar finali tat-talba.

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali għandu politika f’ċerti każijiet li jħallas il-kumpens għal korriment permanenti. Il-pożizzjoni fundamentali hija li l-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jistenna lill-Assigurazzjoni tas-Suq tax-Xogħol (Erhvervssikring) sabiex tiddeċiedi dwar il-grad ta’ kumpens, iżda jekk jitqies probabbli li r-rikorrent ikun ġarrab korriment permanenti sostanzjali unikament minħabba l-korriment, il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jista’ jagħti d-danni għal dan.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva. Jekk, wara deċiżjoni mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali, jinstab li l-korriment jeqleb għall-agħar u dan jirriżulta f’telf ulterjuri, dan it-telf jista’ jiġi pproċesat mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali. F'dan ir-rigward ta’ min jgħid li hemm skadenza ta’ sentejn (2) għall-preżentazzjoni tat-talba lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali. L-iskadenza ta’ sentejn (2) tiġi kkalkolata mill-mument li fih ir-rikorrent kien jaf jew missu kien jaf li d-dannu kkawża telf ulterjuri.

Il-kumpens għal spejjeż futuri ta’ rkupru u għal telf futur ieħor minħabba d-dannu huwa stabbilit għal ammont kapitali. Għaldaqstant, jekk ir-rikorrent diġà rċieva kumpens għall-ispejjeż futuri ta’ rkupru, eċċ., ir-rikorrent ma jistax aktar tard jerġa’ jinfetaħlu l-każ sempliċiment bl-għan li jirċievi kumpens addizzjonali għall-ispejjeż ta’ rkupru u għal telf ieħor.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Ma hemm ebda rekwiżit għar-rikorrent sabiex jippreżenta dokumenti ta’ sostenn flimkien mal-applikazzjoni. L-applikazzjoni tiġi ppreżentata lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali permezz tal-pulizija, li tibgħat id-dokumenti mill-fajls tal-każ kriminali.

Jekk il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għall-Korrimenti Kriminali jsib li l-applikazzjoni hija koperta mill-Att dwar il-Kumpens għall-Vittmi, il-Bord ikompli jikkunsidra t-talbiet ippreżentati. Meta jipproċessahom, il-Bord spiss ikollu bżonn dokumentazzjoni differenti skont it-talbiet li għalihom ir-rikorrent ikun applika għal kumpens. Ir-rikorrent jista’ jħaffef l-ipproċessar tal-każ jekk, flimkien mal-formola ta’ applikazzjoni, jippreżenta dokumentazzjoni għat-talbiet ippreżentati. Ikun ta’ benefiċċju wkoll għa-rikorrent li, flimkien mal-applikazzjoni, jippreżenta kwalunkwe rifjut mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħu sabiex tħallas il-kumpens għad-danni.

Pereżempju, id-dokumentazzjoni tista’ tikkonsisti f’irċevuti għall-ispejjeż relatati mal-ksur tal-Kodiċi Penali Daniż. Barra minn hekk, rekords mediċi u ċertifikati mediċi spiss jintużaw b’rabta mad-determinazzjoni tal-gravità tal-korriment. Rigward il-qligħ mitluf u t-telf tal-kapaċità ta’ qligħ, ir-rikorrent għandu jippreżenta dokumentazzjoni b'rabta mal-qligħ tiegħu kemm qabel kif ukoll wara l-korriment fil-forma ta’ slips tal-paga, dikjarazzjonijiet annwali u, jekk applikabbli, dikjarazzjoni tas-salarju mill-impjegatur tiegħu. F’ċerti każijiet jintużaw il-fajls muniċipali wkoll.

F’każijiet li fihom il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jqis li hemm bżonn ta’ dokumentazzjoni addizzjonali għall-ipproċessar tal-każ, il-Bord jiġbed l-attenzjoni tar-rikorrent għal dan u jitlob il-preżentazzjoni tat-tali dokumentazzjoni.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le. L-immaniġġjar tal-każ mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali huwa mingħajr ħlas għar-rikorrent.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Fid-Danimarka, tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens u d-danni għall-vittmi ta’ reat minn bord imwaqqaf mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din l-awtorità tissejjaħ il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll mill-qrati Daniżi matul kawża kriminali jew inkella f’kawża ċivili aktar tard, pereżempju jekk id-deċiżjoni tal-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali tiġi ppreżentata quddiem il-qrati.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

L-applikazzjoni trid tintbagħat lill-pulizija responsabbli għal fejn ġie rrapportat ir-reat kriminali. Imbagħad il-pulizija tibgħat il-każ lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali flimkien mal-fajls tal-kawża kriminali.

Jekk int diġà għandek każ li qed jiġi kkunsidrat mill-Bord, trid tissottometti kopja stampata tal-applikazzjoni lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali fuq l-indirizz li ġej: Toldboden 2, 2. sal, DK-8800 Viborg, jew diġitalment fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaerstatningsnaevnet@erstatningsnaevnet.dk.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Ipproċessar amministrattiv

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jindirizza l-applikazzjonijiet fuq bażi bil-miktub. Id-deċiżjoni tittieħed bil-miktub u tintbagħat kopja stampata lir-rikorrent jew inkella tintbagħat kopja diġitalment. Għaldaqstant, ir-rikorrent m’għandux bżonn ikun preżenti matul il-proċeduri.

Proċeduri tal-Qorti

Jekk it-talba tiġi indirizzata mill-qrati matul il-proċeduri kriminali jew aktar tard b’azzjoni kontra l-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali, ir-rikorrent ikollu l-opportunità li jkun preżenti matul is-seduta prinċipali. Hawnhekk, mhuwiex rekwiżit li r-rikorrent ikun preżenti jekk ir-rikorrent ikun rappreżentat minn avukat u ma jkunx imħarrek sabiex jixhed il-qorti.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) sabiex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Iż-żmien għall-ipproċessar tal-każ għall-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jista’ jvarja b’mod konsiderevoli minn każ għal ieħor. Fost affarijiet oħra - skont iċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ - dan huwa dovut għall-ħtieġa possibbli li tinkiseb informazzjoni addizzjonali mingħand aġenziji bħall-pulizija, it-tobba jew awtoritajiet oħra; bl-istess mod, f’każijet li jinvolvu korriment permanenti jew telf ta’ kapaċità ta’ qligħ, jista’ jkun hemm bżonn li l-każ jiġi ppreżentat lill-Assigurazzjoni tas-Suq tax-Xogħol, pass li jista’ jestendi ż-żmien tal-ipproċessar.

Aktar minn 50% tal-każijiet il-ġodda riċevuti mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jiġu pproċessati fi żmien 50 jum skont proċedura partikolarment rapida użata f’każijiet mhux ikkumplikati. Dawn jinkludu każijiet li fihom jittieħed ġudizzju finali kemm rigward il-kwistjoni tal-ħtija kif ukoll rigward l-ammont tal-kumpens.

Jekk il-każ ma jkunx jista’ jiġi solvut skont din il-proċedura partikolarment rapida, iż-żmien normali għall-ipproċessar tal-każ mill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali bħalissa huwa jlaħħaq mat-18-il xahar minn meta l-Bord jirċievi applikazzjoni ġdida għal kumpens.

Int tista’ tħaffef l-immaniġġjar tal-każ tiegħek billi tippreżenta evidenza tat-talbiet tiegħek lill-Bord. Id-dokumentazzjoni tista’ tkun tikkonsisti, pereżempju, f’irċevuti għax-xiri ta’ mediċina, f’ċertifikat mediku għall-perjodu ta’ mard jew dikjarazzjoni mingħand l-impjegatur tiegħek rigward l-introjtu mitluf bħala riżultat tad-dannu.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjoni tal-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma tistax tiġi appellata quddiem awtoritajiet amministrattivi oħra. Jekk tixtieq tbiddel id-deċiżjoni, l-ewwel trid tikkuntattja lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali u tispjega għaliex ma taqbilx mad-deċiżjoni. Imbagħad il-Bord jivvaluta jekk hemmx bażi għall-ftuħ mill-ġdid tal-eżaminazzjoni tal-każ. Il-kriterju normalment ikun li r-rikorrent jippreżenta informazzjoni ġdida u rilevanti li tkun importanti għall-eżitu tal-każ.

Jekk il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu, int tista’ titlob lill-qrati jeżaminaw mill-ġdid id-deċiżjoni tal-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Hemm ukoll il-possibbiltà li tappella quddiem l-Ombudsman Parlamentari.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Formoli u informazzjoni dwar kif tapplika għal kumpens u għad-danni jistgħu jinkisbu mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Ir-rikorrenti li għandhom mistoqsijiet rigward il-kumpens għall-vittmi ta’ reat jistgħu jikkuntattjaw lill-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali fuq in-numru tat-telefown: + 45 33 92 33 34 bejn l-10.00 am u t-03.00 pm mit-Tnejn sal-Ħamis, u bejn l-10.00 am u s-02.00 pm nhar ta’ Ġimgħa.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Iva. Bħala l-parti li ġarrbet id-dannu matul kawża kriminali, f’ċerti kundizzjonijiet int jista’ jkollok id-dritt li jinħatarlek avukat ad litem. Huwa l-kompitu tal-avukat ad litem li jassisti fil-preżentazzjoni ta’ talbiet għad-danni kemm fi proċeduri kriminali kif ukoll quddiem il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali.

Il-Bord tad-Danimarka għall-Kumpens għad-Danni Kriminali ma jistax jaħtar avukat għar-rikorrent. Il-ħatra ssir mill-qorti fid-distrett tal-qorti fejn ikun seħħ ir-reat kriminali.

Barra minn hekk, jeżistu diversi organizzazzjonijiet għall-għajnuna legali fid-Danimarka.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Ġermanja

Il-liġi Ġermaniża dwar il-kumpens għall-vittmi

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reati vjolenti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ reati vjolenti bl-Ingliż

Liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens għalih?

Fil-prinċipju, tista’ tikseb kumpens għal kwalunkwe attakk illegali intenzjonat (eż. attakk fiżiku, attakk sesswali, attakk terroristiku, qtil) taħt l-OEG. Il-kumpens jista’ jitħallas lill-vittmi jew lill-qraba superstiti tagħhom.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Kumpens jitħallas mhux biss għal dannu għas-saħħa iżda wkoll għall-konsegwenzi ekonomiċi ta’ tali dannu għas-saħħa. Effetti psikoloġiċi negattivi huma rikonoxxuti wkoll bħala dannu għas-saħħa. Madankollu, id-dannu għas-saħħa għandu jkun fit-tul (jiġifieri għandu jdum aktar minn sitt xhur). Ma jitħallasx kumpens għal ħsara lill-propjetà u telf finanzjarju. Lanqas ma jitħallas kumpens għal uġigħ u tbatija taħt l-OEG.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b'riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Il-kumpens jitħallas ukoll lill-qraba superstiti ta’ vittma. Il-qraba superstiti huma l-konjuġi, is-sieħeb/sieħba reġistrat(a) u t-tfal tal-vittma u, f’każijiet eċċezzjonali, il-ġenituri tagħha. “Tfal” tinkludi tfal adottati, tfal taħt fostering u tfal minn żwieġ ieħor.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Il-qraba ta’ vittma li tkun salvat jistgħu, taħt ċerti ċirkostanzi, jiksbu ħlasijiet għall-kura medika u għall-manteniment.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi mhux tal-UE li jisfaw vittmi ta’ reat vjolenti fil-Ġermanja jirċievu (retroattivament mill-1 ta’ Lulju 2018) l-istess kumpens bħall-vittmi li jkunu ċittadini Ġermaniżi.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew niġi minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Skont l-Artikolu 3a tal-OEG, il-vittmi ta’ reat vjolenti mwettqa barra mill-pajjiż li huma residenti fil-Ġermanja jistgħu wkoll jingħataw kumpens mill-Istat Ġermaniż. Dan isir fil-forma ta’ ħlas ta’ darba. Kwalunkwe kumpens mill-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat jiġi bbilanċjat ma’ dan il-kumpens.

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

L-applikanti taħt l-OEG għandhom id-dmir li jikkooperaw fil-proċedura ta’ kumpens. Dan ifisser li jagħtu rendikont taċ-ċirkostanzi kollha li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw il-fatti tal-każ. Dan ġeneralment ifisser li t-trażgressur jeħtieġ li jiġi rrappurtat lill-pulizija. F’ċerti każijiet, ir-rekwiżit li jiġi rrappurtat reat jista’ jitneħħa (eż. meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni mill-vittma).

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, l-awtoritajiet kompetenti ġeneralment jiddeċiedu b’mod indipendenti dwar talbiet magħmula taħt l-OEG. Madankollu, f’xi każijiet jista’ jkun meħtieġ li wieħed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta' proċedimenti kriminali.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mit-trażgressur — jekk ikun ġie identifikat?

Xejn

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx ġie kkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Iva, il-kumpens huwa disponibbli irrispettivament minn jekk it-trażgressur ikunx ġie identifikat jew ikkundannat. Biex tappoġġa t-talba tiegħek, jenħtieġ li tippreżenta d-dokumenti kollha li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati l-fatti tal-każ u biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ ħsara kkawżata.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

Le, ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien skont l-OEG. Madankollu, il-ħlasijiet ta’ kumpens jistgħu jsiru biss retroattivament għal perjodu ta’ sena qabel ma ssir it-talba.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

Danni materjali u psikoloġiċi għas-saħħa li jirriżultaw minn reat vjolenti huma koperti mill-kumpens. Kumpens għall-vittmi jinkludi benefiċċji tal-pensjoni ta’ kull xahar. Hemm ukoll benefiċċji biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ekonomiċi.

L-ammont u t-tul ta' żmien tal-benefiċċji huma rregolati mill-Att dwar l-Assistenza Federali (Bundesversorgungsgesetz).

B’mod partikolari dawn għandhom ikopru:

  • L-ispejjeż mediċi, is-servizzi ta’ kura
  • L-għajnuniet mediċi (eż. prosteżi, prosteżi dentali, siġġu tar-roti)
  • Benefiċċji tal-pensjoni ta’ kull xahar, li jistgħu jkunu relatati mad-dħul jew le, għall-partijiet li ġarrbu dannu u għas-superstiti.
  • L-ispejjeż tal-funeral
  • Benefiċċji soċjali addizzjonali għal dawk li huma ekonomikament imċaħħda (eż. assistenza ta’ kura, assistenza addizzjonali għas-sussistenza).

Ma jitħallasx kumpens għall-uġigħ u t-tbatija (Schmerzensgeld). Fil-prinċipju, ma jitħallasx kumpens għal ħsara lill-proprjetà u għal telf finanzjarju. Isiru eċċezzjonijiet għal għajnuniet li jintlibsu, bħal nuċċalijiet, lentijiet tal-kuntatt u dentaturi.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

Il-pagamenti tal-pensjonijiet lill-vittmi u lill-qraba superstiti biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ekonomiċi u dawk relatati mas-saħħa tad-dannu għas-saħħa jitħallsu kull xahar sakemm ir-rekwiżiti kollha meħtieġa jiġu ssodisfati. Benefiċċji oħra jitħallsu jekk u meta jkun hemm bżonnhom (eż. għal spejjeż tal-funeral, prosteżi).

B’liema mod tista' l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Jekk il-parti leża tkun ikkawżat id-dannu hi stess jew jekk ikun inġust li jitħallas kumpens għal raġunijiet oħra, partikolarment minħabba l-imġiba tal-istess vittma, il-kumpens jiġi miċħud. Madankollu, is-sempliċi eżistenza ta’ fedina penali mhix biżżejjed biex tiġġustifika deċiżjoni bħal din. Ir-rikorrenti għandhom l-obbligu li jgħinu kemm jista’ jkun biex jiċċaraw il-fatti tal-każ. Jekk ma jissodisfawx dan l-obbligu, il-kumpens jista’ jiġi miċħud, jew kompletament jew parzjalment.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Skont l-OEG, il-kumpens jitħallas irrispettivament mid-dħul jew mill-ġid tal-parti leża. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-parti leża jista’ jkollha biss impatt fuq l-ammont ta’ kumpens mogħti sabiex tikkumpensa għal ħsara ekonomika, jew fil-każ ta’ benefiċċji tal-kura.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Xejn

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

L-ammont tal-benefiċċji tal-pensjoni biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi ta’ dannu relatat mas-saħħa jiġu kkalkulati skont il-firxa ta’ dawn il-konsegwenzi.

L-ammont tal-benefiċċji biex jikkumpensaw għall-konsegwenzi tad-dannu ekonomiku huma bbażati fuq l-iżvantaġġi ekonomiċi mġarrba.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Xejn

Jiena mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Xejn. Mhux meħtieġ li tikkwota ammont fuq il-formola int stess. L-ammont huwa bbażat fuq id-dannu relatat mas-saħħa u d-dannu ekonomiku mġarrab u huwa stabbilit mill-awtorità li tiddeċiedi.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta' assigurazzjoni privata) dan se jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Il-pagamenti tal-pensjoni bħala kumpens għall-konsegwenzi ta’ dannu relatat mas-saħħa jsiru irrispettivament minn jekk tirċevix pagamenti minn entitajiet privati jew pubbliċi oħra. Madankollu, dawn il-pagamenti jistgħu jiġu kkunsidrati meta jsir il-kalkolu tal-pagamenti ta' kumpens għall-konsegwenzi ta’ dannu ekonomiku.

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Pagamenti bil-quddiem mhumiex possibbli taħt l-OEG. Il-pagamenti biex ikopru kura medika jistgħu, madankollu, isiru qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għal kumpens.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew jekk is-saħħa tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

F'każ li s-saħħa tmur għall-agħar, tista’ dejjem issir “talba ta’ aggravazzjoni” (Verschlimmerungsantrag) sabiex jintalab il-kalkolu mill-ġdid tal-ammont ta’ kumpens. Il-bidliet fid-dħul jistgħu dejjem jitqiesu fil-kalkolu tal-kumpens għall-konsegwenzi tad-dannu ekonomiku.

X'dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Għandek tippreżenta d-dokumenti kollha li jistgħu jgħinu biex jiġu ċċarati l-fatti tal-każ u biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ ħsara kkawżata.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiegħi tiġi rċevuta u pproċessata?

Xejn

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta' kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-awtoritajiet li jiddeċiedu huma l-awtoritajiet tal-assistenza soċjali f'kull stat federali. Il-kompetenza hija tal-istat federali li l-vittma tkun residenti fih.

Jekk il-vittma ta’ reat vjolenti fil-Ġermanja ma tkun residenti l-Ġermanja, il-vittma tista’ tippreżenta talba lill-awtorità soċjali fl-istat federali fejn ikun seħħ ir-reat.

Biex ir-rikorrenti barranin ma jitilfux ħin ifittxu l-entità responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw il-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali fil-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (Zentrale KontaktstelleBundesministerium für Arbeit und Soziales), li jibgħat it-talba ta' kumpens lill-awtorità korretta.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

It-talba għandha tintbagħat lill-awtorità soċjali kompetenti.

Biex ir-rikorrenti barranin ma jitilfux ħin ifittxu l-entità responsabbli, jistgħu jikkuntattjaw il-Punt ta’ Kuntatt Ċentrali fil-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali (Zentrale KontaktstelleBundesministerium für Arbeit und Soziales).

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Xejn

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Ma hemmx risposta definittiva għal din il-mistoqsija. It-tul tal-proċedura jiddependi, b’mod partikolari, fuq kemm ikun faċli jew diffiċli li jiġu ċċarati il-fatti tal-każ u jekk ikunx meħtieġ li jinkisbu rapporti mediċi.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Tista' tappella kontra d-deċiżjoni. Jekk l-awtorità kompetenti ma tiħux deċiżjoni differenti wara l-proċedura tal-appell, tista' tressaq ilment quddiem il-Qorti għall-Kwistjonijiet Soċjali (Sozialgericht).

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel talba?

Il-formoli tal-applikazzjoni u informazzjoni oħra jistgħu jinstabu fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmas.de/opferentschaedigung

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bmas.de/SharedDocs/Downloads/DE/Rundschreiben-SE/application-for-crime-victims-compensation-2024.pdf?_blob=publicationFile&v=2

Hemm xi linja telefonika speċjali għall-għajnuna jew sit web li nista’ nuża?

Informazzjoni dwar dan tista’ tinstab fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.bmas.de/DE/Soziales/Soziale-Entschaedigung/Soziale-Entschaedigung/soziale-entschaedigung.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmas.de/victimscompensation

Tista’ ssib informazzjoni dwar organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi fil-Ġermanja fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.odabs.org/

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Xejn. L-ispejjeż legali mhumiex meqjusa bħala kumpens u għalhekk ma jistgħux jiġu mħallsa lura taħt l-OEG.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta' appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Iva, hemm numru ta’ organizzazzjonijiet reġjonali u nazzjonali ta’ appoġġ lill-vittmi. L-akbar organizzazzjoni nazzjonali hija “der WEISSE RING”.

L-aħħar aġġornament: 16/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Estonja

Liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens għalih?

Il-kumpens jista’ jitħallas lill-vittmi ta’ reati vjolenti u lid-dipendenti ta’ dawn il-vittmi. Reat vjolenti huwa att punibbli skont il-proċedura kriminali, li jitwettaq direttament kontra l-ħajja jew is-saħħa ta’ persuna u li b’riżultat tiegħu l-persuna leża tmut jew issofri dannu serju għal saħħitha jew disturb tas-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Għandek id-dritt għal kumpens jekk reat vjolenti jwassal għal dannu serju għal saħħtek jew għal disturb tas-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Kumpens ta’ EUR 448 jitħallas lill-persuna li tbati l-ispejjeż tal-funeral ta’ vittma ta’ reat vjolenti. Għandu jiġi nnutat li l-persuna li tħallas l-ispejjeż tal-funeral ma hemmx għalfejn tkun membru tal-familja jew dipendenti tal-vittma.

Id-dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat vjolenti huma intitolati għall-kumpens mill-Istat pagabbli lill-vittmi ta’ reati.

Id-dipendenti jinkludu l-persuni li ġejjin:

  • l-ulied ta’ taħt it-18-il sena tal-vittma;
  • l-ulied ta’ bejn it-18 u l-24 sena tal-vittma, li jkunu studenti full-time;
  • l-armla jew l-armel tal-vittma li l-kapaċità għax-xogħol tagħhom tkun naqset;
  • l-armla jew l-armel tal-vittma fl-età tal-pensjoni;
  • il-ġenituri tal-vittma ta’ età tal-pensjoni;
  • il-ġenituri tal-vittma li l-kapaċità għax-xogħol tagħhom tkun naqset;
  • l-armla tal-vittma li tkun tqila u mhux impjegata;
  • il-ġenitur jew it-tutur tal-wild ta’ taħt it-tliet snin tal-vittma li ma jkunx impjegat.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f'dan il-każ?

Għandek id-dritt għal kumpens jekk, b’riżultat ta’ reat vjolenti, il-vittma ssofri dannu serju għal saħħitha jew disturb fis-saħħa li jdum għal mill-anqas erba’ xhur.

Il-persuni li ġejjin huma intitolati għall-kumpens:

  • l-ulied ta’ taħt it-18-il sena tal-vittma;
  • l-ulied ta’ bejn it-18 u l-24 sena tal-vittma, li jkunu studenti full-time;
  • l-armla jew l-armel tal-vittma li l-kapaċità għax-xogħol tagħhom tkun naqset;
  • l-armla jew l-armel tal-vittma fl-età tal-pensjoni;
  • il-ġenituri tal-vittma fl-età tal-pensjoni;
  • il-ġenituri tal-vittma li l-kapaċità għax-xogħol tagħhom tkun naqset;
  • l-armla tal-vittma li tkun tqila u mhux impjegata;
  • il-ġenitur jew it-tutur tal-wild ta’ taħt it-tliet snin tal-vittma li ma jkunx impjegat.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Fl-Estonja, id-dritt għall-kumpens mhuwiex marbut man-nazzjonalità.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew niġi minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Il-kumpens jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li fih ikun twettaq ir-reat. Il-kumpens jitħallas skont id-dritt tal-pajjiż konċernat.

Biex titlob kumpens, tista’ tirrikorri għand:

  • l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat jew l-awtorità kompetenti tal-pajjiż tar-residenza tiegħek;
  • fl-Estonja, l-awtorità kompetenti hija l-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali, li jibgħat l-applikazzjoni tiegħek, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż l-ieħor.

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob il-kumpens?

Reat vjolenti jrid jiġi rrappurtat lill-pulizija fi żmien 15-il jum tal-kalendarju mill-jum li r-reat ikun twettaq fih.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċediment kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

M’hemmx għalfejn tistenna l-eżitu tal-proċedimenti biex titlob il-kumpens; huwa suffiċjenti li tkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija u li jkunu bdew il-proċedimenti kriminali. Il-kumpens jista’ jintalab fi żmien tliet snin minn meta jkun twettaq ir-reat.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand it-trażgressur — jekk ikun ġie identifikat?

Ma hemm l-ebda rekwiżit biex l-ewwel titlob kumpens mingħand it-trażgressur. Meta jingħata kumpens, id-dritt tat-talba jiġi ttrasferit lill-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali u aħna nressqu t-talba kontra l-persuna li tkun ikkawżat id-dannu (it-trażgressur) permezz ta’ rikors.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx ġie kkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Għandek id-dritt għall-kumpens anki jekk il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu ma tkunx ġiet identifikata jew il-proċedimenti ġudizzjarji jkunu għadhom ma ġewx konklużi.

Biex tikseb il-kumpens mill-Istat pagabbli lill-vittmi ta’ reati, hija meħtieġa ċertifikazzjoni tat-tnedija tal-proċedimenti kriminali maħruġa minn korp investigattiv.

Trid tippreżenta l-irċevuti tal-ispejjeż jekk qiegħed tapplika għar-rimborż tal-ispejjeż tal-kura medika jew għal għotja tal-mewt.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

L-applikazzjonijiet għall-kumpens jistgħu jiġu ppreżentati fi żmien tliet snin mid-data ta’ reat jew minn meta ssir taf li twettaq ir-reat.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

Il-kumpens ikopri:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi tal-korriment (kura medika — kura ambulanti u fl-isptar, irkupru)
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn dannu (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, adattament ta’ akkomodazzjoni, għajnuna speċjali, eċċ.)
  • korrimenti permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ matul il-kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-kapaċità li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)
    • il-kumpens għal ħwejjeġ u għajnuniet li saritilhom ħsara (eż. kumpens għan-nuċċalijiet, rimborż tal-ispejjeż tal-ħwejjeġ ġodda)

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  1. L-ispejjeż tal-funeral
  2. it-telf tal-manteniment jew tal-opportunità

- Ħsara psikoloġika:

  • l-uġigħ u t-tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet

Il-membri tal-familja ta’ vittma jistgħu jiksbu konsulenza psikoloġika. Biex jinkiseb kumpens għall-għajnuna psikoloġika, jeħtieġ li jiġi kkuntattjat fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ lill-vittmi, li mbagħad iħejji l-applikazzjoni li trid tiġi ffirmata. Huwa meħtieġ ukoll ċertifikat tal-pulizija, li jikkonferma li jkunu nfetħu l-proċedimenti u li inti vittma jew ir-rappreżentant legali ta’ vittma. Il-fornitur ta’ servizz ta’ appoġġ lill-vittmi jgħinek tikseb ċertifikat tal-pulizija.

Inti tiġi infurmat dwar l-għoti tal-kumpens għall-għajnuna psikoloġika fi żmien 10 ijiem tax-xogħol. Wara tkun tista’ tmur għand psikologu. L-ammont ta’ kumpens għal kull persuna huwa l-paga minima ta’ kull xahar (EUR 584 fl-2020).

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

Id-dipendenti jitħallsu l-kumpens f’pagamenti mensili. L-ispejjeż mediċi u tal-funeral jiġu rrimborżati bħala somma f’daqqa abbażi tal-irċevuti tal-ispejjeż.

B’liema mod tista' l-imġiba tiegħi stess fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Ma jitħallasx kumpens jekk:

  1. il-vittma tkun ikkawżat jew iffaċilitat it-twettiq tar-reat jew l-okkorrenza tad-dannu permezz tal-imġiba intenzjonali jew traskurata tagħha;
  2. il-vittma tonqos milli tinnotifika r-reat fi żmien 15-il jum minkejja li dan tkun kapaċi tagħmlu, u l-pulizija ma jkunux saru jafu bir-reat b'xi mod ieħor;
  3. il-vittma tkun ġiet ikkundannata li wettqet reat vjolenti jew abbażi tal-Artikolu 255(1) jew 256(1) tal-Kodiċi Penali u l-fedina penali tagħha tkun għadha ma tħassritx mill-bażi tad-data tal-fedini penali skont l-Att dwar il-Bażi tad-Data tal-Fedini Penali;
  4. il-pagament tal-kumpens ma jkunx ġust jew ma jkunx iġġustifikat għal raġunijiet oħra.

Barra minn hekk, il-kumpens jista’ jiġi rrifjutat jekk l-applikant ikun irrifjuta li jikkoopera mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġu aċċertati l-fatti relatati mar-reat kriminali, jiġi identifikat jew maqbud it-trażgressur jew jiġi ppruvat id-dannu.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax l-għoti jew il-pagament tal-kumpens.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Kwalunkwe ammont li persuna leża tirċievi jew tkun intitolata li tirċievi abbażi tad-dannu li jirriżulta minn reat vjolenti, minn sors li ma jkunx il-persuna responsabbli għad-dannu kkawżat mir-reat, jitnaqqas mid-dannu li jservi bħala l-bażi sabiex jiġi determinat l-ammont tal-kumpens, inkluż il-benefiċċju tal-kapaċità għax-xogħol imħallas lill-vittma. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-kumpens, jiġi kkunsidrat kwalunkwe ammont li l-persuna responsabbli għad-dannu kkawżat mir-reat tħallas lill-applikant qabel l-għoti tal-kumpens.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Kalkolu tal-kumpens għal kapaċità parzjali jew l-ebda kapaċità għax-xogħol

L-ammont tal-kumpens jiġi kkalkulat abbażi tal-introjtu medju għal kull jum tal-kalendarju. Jiġi kkunsidrat l-introjtu, intaxxat bit-taxxa soċjali, maqlugħ matul is-sitt xhur ta’ qabel ir-reat.

Kalkolu tad-dannu li jirriżulta minn kapaċità parzjali jew l-ebda kapaċità għax-xogħol

L-introjtu medju għal kull jum tal-kalendarju jiġi mmultiplikat bi tletin, u l-pensjoni għall-inkapaċità għax-xogħol jew il-benefiċċju tal-kapaċità għax-xogħol mogħti lill-persuna jiġu mnaqqsa mir-riżultat tal-multiplikazzjoni. Il-kumpens ikopri 80 % tal-introjtu mitluf. Id-data dwar l-introjtu medju tinkiseb mill-Bord tat-Taxxa u tad-Dwana.

Kalkolu tal-kumpens għall-mewt tal-fornitur

1. L-introjtu medju tal-vittma għal kull jum tal-kalendarju jiġi mmultiplikat bi tletin, u l-pensjoni tas-superstiti mogħtija lill-persuna tiġi mnaqqsa mir-riżultat tal-multiplikazzjoni.

2. Perċentwal tal-ammont miksub huwa kkalkulat skont l-għadd ta’ persuni dipendenti:

  • 75 % fil-każ ta’ dipendenti wieħed
  • 85 % fil-każ ta’ żewġ dipendenti
  • 100 % fil-każ ta’ tliet dipendenti jew aktar

Jiġi kkumpensat 80 % tal-ammont ikkalkulat.

Hemm xi ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm l-ebda ammont minimu; il-kumpens jitħallas sakemm il-persuna intitolata tikkwalifika għall-kumpens jew sal-limitu ta’ EUR 9 590.

Jiena mistenni nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi struzzjonijiet dwar kif għandi nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Ma għandu għalfejn jiġi indikat l-ebda ammont fuq il-formola tat-talba.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (bħal mingħand l-impjegatur tiegħi jew skema ta’ assigurazzjoni privata) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Iva

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jista’ jintalab kumpens bil-quddiem minn persuni f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli, jekk dawn ikunu intitolati għal kumpens iżda l-għoti tiegħu jiġi pospost.

Pagament bil-quddiem ta’ sa EUR 640 isir fuq il-bażi tal-applikazzjoni rilevanti.

Jekk il-ħlas bil-quddiem jaqbeż l-ammont ta’ kumpens mogħti sussegwentement, l-ammont żejjed li jkun tħallas jiġi rkuprat.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew jekk is-saħħa tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Għandek id-dritt tissottometti fatturi addizzjonali għall-ispejjeż tal-kura medika.

X'dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Ċertifikat minn korp investigattiv

Il-fatturi għall-ispejjeż tal-funeral

Il-fatturi għall-ispejjeż tal-kura medika, l-irċevuti għall-prodotti mediċinali, eċċ.

Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-vittma

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi rċevuta u pproċessata?

Le

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta' kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Bord Nazzjonali tal-Assigurazzjoni Soċjali tal-Estonja

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Opzjonijiet għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet:

  • L-applikazzjoni ffirmata b’mod diġitali flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn skennjati jistgħu jintbagħtu permezz tal-posta elettronika. Il-formola tal-applikazzjoni tinsab fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Assigurazzjoni Soċjali.
    L-applikazzjoni ffirmata b’mod diġitali għandha tintbagħat lil: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@sotsiaalkindlustusamet.ee
  • L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll bil-posta f’Põllu 1A, 50303, Tartu.
  • L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati minn fornitur ta’ appoġġ lill-vittmi. Id-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri ta’ appoġġ lill-vittmi jinsabu fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Assigurazzjoni Soċjali;
  • L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu ppreżentati wkoll f’uffiċċju ta’ servizz lill-klijenti tal-Bord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

M’għandekx għalfejn tkun preżenti.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) l-awtorità biex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Id-deċiżjoni tittieħed fi żmien 30 jum minn meta jasal l-aħħar dokument.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tiġi ppreżentata kontestazzjoni kontra d-deċiżjoni fi żmien 30 jum minn meta tasal. B’mod alternattiv, tista’ tiġi ppreżentata denunzja f’qorti amministrattiva skont il-proċedura prevista fil-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva.

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Il-formoli tal-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni għall-kumpens jinsabu fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Hemm xi linja telefonika speċjali għall-għajnuna jew sit li nista’ nuża?

Dawk li jipprovdu appoġġ lill-vittmi jistgħu jiġu kkuntattjati wkoll bit-telefon. Id-dettalji ta’ kuntatt tagħhom jinsabu fis-sit tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBord tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Iva

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob il-kumpens?

Dawk li jipprovdu appoġġ lill-vittmi jassistu wkoll fit-talba għall-kumpens.

L-aħħar aġġornament: 31/12/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Greċja

Għal liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens?

Il-leġiżlazzjoni Griega dwar il-kumpens tal-vittmi ta’ reati vjolenti tinkludi r-reati li ġejjin li saru fil-Greċja:

Reati ta’ vjolenza intenzjonali, u r-reati msemmija fl-Artikoli li ġejjin tal-Kodiċi Kriminali: 323Α (traffikar tal-bnedmin):

a) jasar u prattiki ta’ xogħol simili,

b) servitù,

c) sfurzar tal-vittma biex taħdem jew tittallab (sfruttament ta’ ħaddiema),

d) sfurzar tal-vittma biex twettaq atti kriminali,

e) it-tneħħija ta’ ċelloli, tessuti jew organi mill-vittma,

f) l-isfurzar tal-vittma biex tipparteċipa f’atti sesswali, prattiki jew simulazzjonijiet, jew xogħol jew servizzi mmirati biss biex jipprovokaw stimulazzjoni sesswali (sfruttament sesswali) jew

g) żwieġ sfurzat; 336 aeta l-vittma tkun minorenni (reati kontra l-libertà sesswali jew l-isfruttament finanzjarju tal-ħajja sesswali); 339(1) u (3) (atti sesswali li jinvolvu minorenni jew għad-detriment tagħhom); 342(1) (abbuż sesswali tat-tfal); 348A (pornografija tat-tfal); 348Β (solleċitazzjoni tat-tfal għal skopijiet sesswali); 348C (rappreżentazzjonijiet pornografiċi ta’ minorenni); u 351A (atti sesswali li jinvolvu minorenni għall-ħlas).

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nikseb kumpens?

Għal kwalunkwe reat imwettaq intenzjonalment, bl-użu ta’ vjolenza fiżika jew it-theddida ta’ vjolenza fiżika, u li jirriżulta fil-mewt jew f’kundizzjoni fiżika jew mentali severa tal-vittma; u għal kwalunkwe reat imwettaq intenzjonalment, bl-użu ta’ vjolenza fiżika jew it-theddida ta’ vjolenza fiżika, u punibbli b’terminu itwal ta’ priġunerija (kátheirxi).

Mill-1 ta’ Jannar 2010, l-impjegati tal-faċilitajiet ta’ detenzjoni li jkunu vittmi ta’ vjolenza intenzjonali li kkawżatilhom diżabbiltà jew deformità serja, u li kienu mwettqa fil-Greċja, bdew jingħataw liv tal-mard bi ħlas bla interruzzjoni sakemm il-kumitat mediku rilevanti jagħti l-parir li jkunu tajbin għax-xogħol.

Nista’ nikseb kumpens jekk inkun qarib jew dipendenti minn vittma li mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Il-kumpens huwa disponibbli għall-membri tal-familja tal-vittma, jiġifieri konjuġi, persuna li tkun tgħix mal-vittma f’relazzjoni stabbli u kontinwa ta’ natura eterosesswali jew omosesswali, għarus jew għarusa, qraba bid-demm jew bi żwieġ fil-linja diretta, ġenituri adottivi u tfal adottati, aħwa, konjuġi jew għarajjes ta’ aħwa, u dipendenti mill-vittma flimkien ma’ kwalunkwe tfal u ġenituri dipendenti.

Nista’ nikseb kumpens jekk inkun qarib jew dipendenti ta' vittma li ma mititx? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

F’dan il-każ, il-persuna direttament midruba biss, jiġifieri l-vittmi nnifishom, ikollha dritt għal kumpens.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

L-Awtorità ta’ Kumpens Griega (Archí Apozimíosis) tikkumpensa lill-vittmi ta’ reati ta’ vjolenza intenzjonata jekk l-att isir il-Greċja u l-post tar-residenza tal-vittma (katoikía) jew ir-residenza abitwali (siníthi diamoní) tkun il-Greċja, jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-UE jew f’pajjiż terz fil-każijiet previsti mill-Artikolu 323A tal-Kodiċi Kriminali. Ma ssir ebda distinzjoni bejn iċ-ċittadini tal-UE u dawk li mhumiex.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew inkun minn hawn (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

Jekk ir-reat ikun twettaq f’pajjiż ieħor tal-UE, il-vittmi li l-post tar-residenza jew ir-residenza abitwali tagħhom tkun il-Greċja huma intitolati biss jippreżentaw talba lill-Awtorità Griega tal-Assistenza (Archí Syndromís) għal kumpens raġonevoli u xieraq li jingħata mill-awtorità tal-kumpens tal-Istat Membru tal-UE kkonċernat, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti mil-liġi ta’ dak l-Istat.

L-ewwel irrid inkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija biex inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, lill-prosekutur pubbliku jew lill-pulizija fi żmien tliet xhur, għax inkella jista’ ma jkunx possibbli li jiġi lokalizzat it-trażgressur. Jekk ma stajtx tirrapporta r-reat kriminali mwettaq kontrik minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur jibda jgħodd ladarba dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux japplikaw.

Għandi nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, minħabba li d-dritt tiegħek għall-kumpens jibda

a) f’każ li t-trażgressur ma jkollux ir-riżorsi meħtieġa biex jikkumpensak, meta tiġi imposta sentenza finali;

b) f’każ li l-identità tat-trażgressur ma tkunx tista’ tiġi aċċertata, ladarba l-atti tal-kawża jkunu ġew arkivjati fir-reġistru ta’ trażgressuri mhux magħrufa; jew

c) f’każ li t-trażgressur ma jkunx jista’ jitħarrek jew jiġi kkundannat, meta l-atti tal-kawża jiġu arkivjati b’att tal-prosekutur pubbliku kompetenti, jew b’deċiżjoni finali li ma jipproċedix għal proċess, jew b’liberazzjoni finali, jew bl-għeluq finali tal-każ bi kwalunkwe mod ieħor.

Għandi l-ewwel infittex kumpens mingħand it-trażgressur – jekk ikun ġie identifikat?

Iva, għax fil-każi msemmija fil-punti (a) u (c) hawn fuq (jiġifieri meta t-trażgressur ma jkollux ir-riżorsi meħtieġa biex jikkumpensak, jew it-trażgressur ma jkunx jista’ jiġi pproċessat jew ikkundannat), il-vittma tista’ tressaq talba għal kumpens ta’ dan it-tip biss jekk ma tkunx= tista' tissodisfa t-talba tagħha għal kumpens kontra t-trażgressur bl-ebda mod kif determinat b’sentenza finali.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew misjub ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza neħtieġ nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Iva, tista’ titlob kumpens mingħand l-Awtorità tal-Kumpens jekk l-identità tat-trażgressur ma tkunx tista’ tiġi aċċertata, ladarba l-atti tal-kawża jkunu ġew arkivjati fir-reġistru ta’ trażgressuri mhux magħrufa.

Hemm limitu ta’ żmien biex nitlob kumpens?

It-talba għal kumpens għandha titressaq għand l-Awtorità tal-Kumpens mill-persuna intitolata jew mir-rappreżentant tagħha f’perjodu ta’ żmien limitat ta’ sena mid-data ta’ meta jkun sar il-każ.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

a) Għall-vittma tar-reat:

Danni materjali (mhux psikoloġiċi):

  • spejjeż mediċi fuq id-danni (trattament mediku — pazjent ta’ barra u trattament fl-isptar, riabilitazzjoni)
  • telf ta’ introjtu matul it-trattament mediku u wara (inkluż introjtu mitluf, telf jew tnaqqis fil-kapaċità li taqla’ l-għajxien, eċċ)

Danni psikoloġiċi (morali):

  • appoġġ mentali u psikoloġiku
  • bidliet tal-ambjent u tal-indirizz (tneħħija u xiri ta’ oġġetti essenzjali tal-konsumatur)

b) Għal persuni intitolati jew qraba ta’ vittma:

Danni materjali (mhux psikoloġiċi):

  • spejjeż tal-funeral
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u fl-isptar, riabilitazzjoni)
  • telf ta’ appoġġ jew prospetti.

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti kull xahar?

F’pagamenti wieħed.

B’liema mod tista' l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni minni matul il-proċeduri tal-kumpens jaffettwaw il-probabbiltà li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Fil-kalkolu tal-ammont tal-kumpens, jitqies kwalunkwe għemil ħażin min-naħa tiegħek.

Barra minn hekk, jekk matul il-proċedimenti kriminali tonqos milli tikkoopera mal-awtoritajiet billi tonqos milli tassistihom bla ebda ġustifikazzjoni, speċjalment jekk tirrifjuta li tixhed jew inkella taħbi jew tonqos milli tipproduċi evidenza materjali, u b’hekk tagħmilha aktar diffiċli li jiġi identifikat it-trażgressur, ma jkollokx dritt għal kumpens.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-probabbiltà li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Id-dritt tiegħek għal kumpens jew l-ammont li tista’ tirċievi ma jiġux affettwati mis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Ma jkollokx dritt għal kumpens fil-każi li ġejjin:

a) jekk l-att ikun seħħ bejn membri ta’ organizzazzjoni kriminali, gang jew grupp terroristiku;

b) jekk inqast intenzjonalment milli tirrapporta r-reat imwettaq kontrik fi żmien tliet xhur, u dan jagħmilha aktar diffiċli biex jiġi identifikat l-awtur tar-reat (iżda jekk ma stajtx tirrapporta r-reat imwettaq kontrik minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri, il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur jibda jiddekorri ladarba dawk ir-raġunijiet ma jibqgħux japplikaw);

c) jekk, matul il-proċedimenti kriminali, mingħajr ebda ġustifikazzjoni, tirrifjuta li tassisti lill-awtoritajiet, speċjalment jekk tirrifjuta li tixhed jew inkella taħbi jew tonqos milli tipproduċi evidenza materjali, u b’hekk tagħmilha aktar diffiċli li jiġi identifikat it-trażgressur; u

d) fi kwalunkwe każ ieħor meta fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari t-talba tiegħek għal kumpens tkun tikkostitwixxi abbuż ta’ dritt.

Fil-kalkolu tal-ammont tal-kumpens, jitqies kwalunkwe għemil ħażin min-naħa tiegħek, kwalunkwe spiża mġarrba mill-Istat Grieg għall-ammissjoni tiegħek fl-isptar, u kwalunkwe somma oħra li tkun irċevejt mingħand it-trażgressur, mingħand is-servizzi tas-sigurtà soċjali jew mingħand xi sors ieħor.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

L-ammont tal-kumpens jiġi stabbilit skont il-liġi Griega, bla ħsara għal dispożizzjonijiet aktar speċifiċi.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ebda.

Huwa mistenni minni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nista’ nikseb xi struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva, il-formola tat-talba fiha kamp speċifiku li għandu jimtela.

Kull kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħrajn (bħal pereżempju l-iskema tal-assigurazzjoni tal-impjegatur jew privata tiegħi) jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva, fil-formola tat-talba tiegħek għandek tindika l-ammont ta’ kumpens li qed titlob u kwalunkwe kumpens ieħor li tkun irċevejt sabiex tkun tista’ titqies kull spiża li jkun ġġarrab l-Istat Grieg għall-ammissjoni tiegħek fl-isptar u kull somma oħra li tkun irċevejt mingħand it-trażgressur, minn servizzi tas-sigurtà soċjali jew minn kwalunkwe sors ieħor.

Tintalab ukoll tipprovdi dettalji dwar is-sitwazzjoni li tirriżulta mid-dannu. Dan ifisser li tintalab tiddikjara u tipproduċi l-evidenza kollha tal-ispejjeż mediċi, tal-ispejjeż tal-isptar jew tal-ispejjeż tal-funeral u ta’ kwalunkwe telf jew tnaqqis fl-introjtu tiegħek, kwalunkwe żieda fl-ispejjeż tiegħek jew kwalunkwe inkapaċità li twettaq mestier b’riżultat tad-dannu kkaġunat mill-allegat reat.

Nista’ ningħata avvanz fuq il-kumpens? Jekk iva, b’liema kundizzjonijiet?

Ebda.

Nista’ nikseb kumpens kumplementari jew addizzjonali (wara pereżempju bidla fiċ-ċirkostanzi jew aggravament tas-saħħa, eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

L-Awtorità tal-Kumpens ma għamlitx provvediment espliċitu għal kumpens komplementari jew addizzjonali. Madankollu, il-liġi Griega tipprovdi għal din il-possibbiltà f’każ ta’ bidla fiċ-ċirkostanzi jew ta’ deterjorament tas-saħħa tal-vittma.

Liema dokumenti ta’ sostenn neħtieġ ninkludi mat-talba tiegħi?

Id-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin huma meħtieġa, skont il-każ:

  • Il-karta tal-identità jew passaport jew ċertifikat ta’ stat ċivili
  • Permess ta’ residenza jew konferma tal-irċevuta ta’ applikazzjoni għat-tiġdid tal-permess ta’ residenza
  • Prova xierqa tal-ħlas tal-ispejjeż tal-funeral u tal-ispejjeż mediċi
  • Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-vittma jew ċertifikati mediċi li juru t-tip ta’ dannu, it-tul tad-diżabbiltà, in-natura ta’ kull konsegwenza fuq is-saħħa u kwalunkwe diżabbiltà permanenti u l-grad ta’ tali diżabbiltà
  • L-introjtu fis-sena ta’ qabel tressqet it-talba u fis-sena ta’ qabel l-inċident (stima tat-taxxa mill-awtorità tat-taxxa kompetenti jew dikjarazzjoni tad-dħul sottomessa minnek jew mis-sieħeb/sieħba tiegħek, minn sieħeb/sieħba f’patt ċivili ta’ solidarjetà, jew minn kwalunkwe persuna oħra li tgħix b’mod permanenti miegħek)
  • Iċ-ċertifikat tat-tressiq ta’ kwerela/rapport ta’ reat(i)
  • Kopja tas-sentenzi jew tal-ordnijiet finali tal-qorti rilevanti jew ċertifikat li l-każ ingħalaq
  • Ċertifikat tal-ħlas jew tan-nuqqas ta’ ħlas ta’ somom relatati minn sorsi oħra (fond tal-assigurazzjoni tal-impjegatur, kumpanija tal-assigurazzjoni privata)
  • Kull dokument ieħor li jkun rilevanti jew li jikkostitwixxi prova ta’ telf, tnaqqis fl-introjtu tiegħek, żieda fl-ispejjeż tiegħek, jew inkapaċità li twettaq mestier

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta tasal it-talba u tiġi pproċessata?

Iva, EUR 50 qabel ma l-każ jiġi eżaminat mill-Awtorità tal-Kumpens, u fin-nuqqas ta’ dan it-talba tiġi miċħuda.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każi nazzjonali)?

L-Awtorità tal-Kumpens.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każi nazzjonali)?

Lill-Awtorità tal-Assistenza jew direttament lis-Segretarju tal-Awtorità tal-Kumpens.

Jenħtieġ inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tittieħed deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Mhux bilfors. Jekk ikun meħtieġ, tintalab tippreżenta ruħek.

Jekk il-post tar-residenza jew ir-residenza abitwali tiegħek ikunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-Awtorità Griega tal-Kumpens titlob lill-awtorità tal-assistenza rilevanti biex tintervistak skont il-liġi ta’ dak l-istat u biex tibagħtilha rapport. Hija tista’ wkoll, f’kooperazzjoni mal-awtorità ta’ assistenza rilevanti, tmexxi s-seduta hija stess, f’konformità mal-liġi Griega, bit-telefon jew b’vidjokonferenza. F’dak il-każ, l-Awtorità Griega tal-Kumpens ma tistax tobbliga lill-attur jinstema’.

Kemm għandi nistenna (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

L-Awtorità tal-Kumpens għandha teżamina l-każ fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tkun tressqet it-talba, u għandha tagħti d-deċiżjoni finali tagħha fi żmien tliet xhur mid-data tal-valutazzjoni tat-talba.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Kemm l-attur kif ukoll l-Istat Grieg huma intitolati jressqu appell kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Kumpens quddiem il-Qorti Amministrattiva tal-Prim’Istanza (Dioikitikó Protodikeío). L-iskadenza hija ta’ erba’ xhur.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif inressaq talba?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.ministryofjustice.gr/wp-content/uploads/2019/08/%CE%A0%CE%91%CE%A1%CE%91%CE%A1%CE%A4%CE%97%CE%9C%CE%91.pdf

Hemm xi linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

M’hemm l-ebda linja telefonika għall-għajnuna speċjali biex titressaq talba għal kumpens. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://ministryofjustice.gr/

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Għal tilwim transfruntiera, l-għajnuna legali tingħata f’kawżi ċivili (jew kummerċjali) jekk ir-residenza jew ir-residenza abitwali tiegħek tkun fi Stat Membru ieħor tal-UE. L-għajnuna legali tista’ wkoll tieħu l-forma ta’ ħatra ta’ avukat biex jipprovdi pariri legali bil-ħsieb li l-kwistjoni tissolva qabel ma tittella’ l-qorti. Persuni li jkollhom ir-residenza jew ir-residenza abitwali tagħhom fil-Greċja iżda jfittxu għajnuna legali għal proċess jew għal pass proċedurali fi Stat Membru ieħor tal-UE huma eliġibbli wkoll għas-servizzi ta’ avukat, dment li tasal talba għall-għoti ta’ għajnuna legali għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru barrani.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nagħmel talba għal kumpens?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru ta’ Riċerka għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (KEThI)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIċ-Ċentru Nazzjonali għas-Solidarjetà Soċjali (EKKA)

Is-Segretarjat Ġenerali għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Genikí Grammateía Isótitas ton Fýlon):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Grieg għar-Refuġjati (Ellinikó Symvoúlio gia tous Prósfyges)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAmnesty International – Taqsima Griega

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaPulizija Ellenika – Ċiberkriminalità

L-aħħar aġġornament: 12/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Spanja

Għal liema tip ta’ reat nista’ nieħu kumpens?

Fil-liġi Spanjola, il-proċedura normali biex titlob kumpens għal ħsara u dannu sofruti hija l-proċedimenti kriminali, li fihom jiġu analizzati r-responsabbiltajiet ċivili flimkien ma’ dawk kriminali. Għal din ir-raġuni, il-qorti kriminali lokali (Juzgado de Instrucción) toffri azzjoni ċivili lil persuna li tkun saritilha ħsara, sabiex tkun tista’ tiddikjara jekk tixtieqx tagħmel pretensjoni waqt il-proċedimenti kriminali jew tirriżerva d-dritt li tagħmel pretensjoni għad-dannu li jkun ġie sofrut waqt il-proċedimenti ċivili.

Jekk tiddikjara li tixtieq li tagħmel pretensjoni fil-proċedimenti kriminali, il-parti li jkun sarilha dannu tista’ jew tagħżel li tibda kawża ċivili f’isimha mill-prosekutur pubbliku (dan ser jiġri wkoll jekk ma tiddikjarax preferenza), jew, jekk tixtieq, tattendi fiżikament (permezz ta’ avukat u l-prosekutur pubbliku).

Jekk tagħżel li tagħmel pretensjoni għal ħsara barra mill-proċedimenti kriminali, il-parti li jkun sarilha dannu jeħtieġ li tibda proċedimenti ċivili skont ir-regoli ta’ dawn il-proċedimenti.

F’sitwazzjonijiet transfruntiera, pereżempju, meta l-offiża tkun saret fi Stat Membru differenti minn dak fejn tgħix il-vittma, tista’ ssir pretensjoni għall-ħsarat skont il-liġi nazzjonali kontra l-attur tar-reat quddiem il-qorti kriminali li tiġġudika l-każ.

Il-liġi Spanjola tistipula skemi ta’ kumpens speċifiċi għal reati vjolenti, offiżi sesswali u offiżi ta’ terroriżmu.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nieħu kumpens?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali li jkunu saru fi Spanja u li rriżutaw f’mewt, korrimenti fiżiċi serji jew ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali, Spanja għandha sistema ta’ għajnuna għal dan it-tip ta’ reat volontarju (intenzjonali) u vjolenti. L-għajnuna tingħata wkoll lill-vittmi ta’ offiżi sesswali anki meta dawn ir-reati jitwettqu mingħajr vjolenza.

B’mod ġenerali, l-għajnuna finanzjarja prevista mil-liġi tista’ tiġi aċċessata jekk meta jsir ir-reat:

  • il-vittma tkun Spanjola jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • għalkemm ma tkunx Spanjola jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, il-vittma tkun residenti b’mod abitwali fi Spanja.
  • il-vittma tkun ċittadina ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu.

Fil-każ ta’ mewt, ir-rekwiżiti tan-nazzjonalità jew tar-residenza msemmija hawn fuq japplikaw għall-benefiċjarji, mhux għad-deċedut.

Fil-każ ta’ dannu serju fuq il-persuna jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali, il-vittmi diretti, jiġifieri dawk li sofrew id-dannu jew il-ħsara, ser ikunu l-benefiċjarji.

Korrimenti li jintitolaw għal għajnuna finanzjarja huma dawk li jippreġudikaw l-integrità fiżika jew is-saħħa fiżika jew mentali u li jikkawżaw lill-vittma inkapaċità temporanja li ddum aktar minn sitt xhur, jew tal-inqas diżabilità permanenti ta’ 33 %.

Għal offiżi ta’ terroriżmu, hemm bosta tipi ta’ għajnuna mill-Istat maħsuba għall-vittmi tat-terroriżmu biex tikkumpensahom għall-ħsara kkawżata minn dawn it-tipi ta’ reati. Hija meħtieġa rabta diretta bejn l-att terroristiku u l-ħsara sofruta.

Il-ħsara u l-korrimenti li ġejjin huma eleġibbli għal kumpens:

  • Offiżi fuq il-persuna, kemm fiżiċi kif ukoll mentali, kif ukoll l-ispejjeż għal kura medika, prosteżi u kirurġija.
  • Dawn l-ispejjeż ser jitħallsu lill-persuna affettwata biss f’każ li ma tkunx koperta kompletament jew parzjalment minn sistema ta’ protezzjoni soċjali pubblika jew privata li tapplika għalihom.
  • Ħsara materjali kkawżata lid-djar ta’ persuni fiżiċi jew dawk li jseħħu fi stabbilimenti kummerċjali u industrijali, kwartieri ġenerali ta’ partiti politiċi, trade unions u organizzazzjonijiet soċjali.
  • L-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni temporanja waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija fir-residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi.
  • Ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti, ħlief vetturi ta’ li huma proprjetà pubblika.

Bl-eċċezzjoni ta’ offiża fuq il-persuna, il-kumpens għall-ħsara msemmija hawn fuq ser ikun sekondarju għal dak stabbilit għall-istess ċirkostanzi minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor, jew għal dawk li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-kumpens ser jirrappreżenta d-differenza bejn dak imħallas mill-amministrazzjonijiet pubbliċi msemmija hawn fuq jew l-aġenziji tal-assigurazzjoni u l-valutazzjoni li tkun saret uffiċjalment.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat skont il-ħsara li sseħħ (is-severità tal-korrimenti u t-tip ta’ diżabilità li jikkawżaw, mewt, eċċ.).

Għajnuna oħra:

  • għall-istudju: meta att terroristiku jirriżulta f’korrimenti personali ta’ sinifikanza partikolari għal student, il-ġenituri jew il-kustodji tiegħu, jew jekk dawn il-korrimenti ma jħalluhomx aktar tajbin sabiex jeżerċitaw il-professjoni regolari tagħhom;
  • assistenza psikoloġika u psikopedagoġika immedjata, kemm għall-vittmi kif ukoll għall-qraba tagħhom;
  • għajnuna straordinarja u eċċezzjonali biex ittaffi sitwazzjonijiet ta’ ħtieġa personali jew familjari tal-vittmi li jew mhumiex koperti jew li huma koperti notevolment b’mod insuffiċjenti permezz ta’ għajnuna ordinarja.

Nista’ nieħu kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet minħabba reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jieħdu kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali li jirriżultaw direttament fil-mewt tal-vittma, il-vittmi indiretti jistgħu jkunu benefiċjarji jekk, meta jkun sar ir-reat, il-vittma kienet Spanjola jew ċittadina ta’ xi Stat Membru ieħor tal-UE jew, jekk dan ma jkunx il-każ, kienet residenti b’mod ordinarju fi Spanja jew ċittadina ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu.

Benefiċjarji bħala vittimi indiretti jkunu li ġejjin:

  • Il-konjuġi tad-deċedut, jekk ma kinux legalment separati, jew il-persuna li għexet mad-deċedut fuq bażi permanenti f’relazzjoni simili għaż-żwieġ għal mill-inqas sentejn qabel il-mewt, sakemm ma kellhomx tfal flimkien, f’liema każ sempliċi koabitazzjoni tkun biżżejjed.
  • Kwalunkwe persuna kkundannata b’omiċidju intenzjonat fi kwalunkwe waħda mill-forom tiegħu, fejn id-deċedut kien il-konjuġi tagħhom jew il-persuna li magħha kellu jew kien marbut f’relazzjoni stabbli simili, hija eskluża milli tkun benefiċjarja.
  • Il-wild tal-persuna deċeduta, li kien dipendenti fuq dik il-persuna u għex magħha, jekk wieħed jassumi li t-tfal li huma minorenni jew adulti b’diżabilità huma finanzjarjament dipendenti.
  • Il-ġenitur tal-persuna deċeduta, li kien finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna, sakemm ma jkun hemm ħadd fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
  • Il-ġenituri ta’ minorenni li jmutu bħala konsegwenza diretta tar-reat jitqiesu wkoll bħala vittmi indiretti għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja prevista mil-liġi Spanjola.

Fil-każ tal-mewt ta’ minorenni jew persuna b’diżabilità bħala konsegwenza diretta ta’ reat, il-ġenituri jew il-kustodji tal-minorenni jew tal-persuna b’diżabilità ser ikunu intitolati biss għal għajnuna li tikkonsisti f’kumpens għall-ispejjeż tal-funeral li ħallsu attwalment, sal-limitu stabbilit legalment.

F’każijiet ta’ offiżi sesswali li jikkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma, l-ammont ta’ għajnuna ser ikopri l-ispejjeż tal-kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, b’massimu stabbilit mil-liġi.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, jekk dawn wasslu għall-mewt tal-vittma diretta, li ġejjin jistgħu jkunu benefiċjarji tal-għajnuna:

  • il-konjuġi tad-deċedut;
  • is-sieħeb / sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha d-deċedut ikun għex għal mill-inqas sentejn;
  • is-sieħeb / sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha d-deċedut kellu t-tfal;
  • il-ġenituri tal-persuna deċeduta jekk dawn kienu jiddependu finanzjarjament fuq dik il-persuna; fin-nuqqas tal-ġenituri u f’din l-ordni, in-neputijiet, l-aħwa u n-nanniet tad-deċedut, li kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna;
  • jekk ma hemm l-ebda waħda mill-persuni imsemmija hawn fuq, tfal u, jekk m’hemm l-ebda waħda, il-ġenituri li ma kinux finanzjarjament dipendenti fuq id-deċedut.

Nista’ nieħu kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jieħdu kumpens f’dan il-każ?

Fil-każ ta’ offiżi vjolenti jew sesswali li kkawżaw lill-vittma korrimenti fiżiċi serji jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali tagħhom, vittmi diretti biss għandhom id-dritt għal kumpens, jiġifieri dawk li sofrew mid-danni jew mill-ħsara. Il-vittmi indiretti jistgħu jkunu benefiċjarji tal-għajnuna biss fil-każ tal-mewt ta’ vittma diretta, fil-każijiet stipulati mil-liġi u diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati mil-liġi.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, li ġejjin jitqiesu bħala intitolati għad-drittijiet u għall-benefiċċji rregolati legalment:

  • id-deċeduti, jew dawk li sofrew ħsara fiżika u / jew mentali bħala riżultat tal-att terroristiku;
  • persuni li jsofru ħsara materjali, jekk dawn ma jitqisux li huma vittmi ta’ atti ta’ terroriżmu jew intitolati għal għajnuna, benefiċċji jew kumpens għal raġuni oħra;
  • persuni li, fil-każ tal-mewt tal-vittma u skont it-termini u fl-ordni tal-preferenza stipulata mil-liġi, jistgħu jkunu intitolati għall-għajnuna jew għad-drittijiet minħabba parentela (membri tal-familja), koabitazzjoni jew relazzjoni dipendenti mad-deċedut;
  • persuni li juru evidenza li jkunu sofrew theddid dirett u ripetut jew koerċizzjoni minn organizzazzjoni terroristika;
  • persuni mweġġgħin li sofrew gradi differenti ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, għat-tieni grad ta’ parentela;
  • persuni li kienu l-oġġett ta’ attakki terroristiċi iżda ma weġġgħux huma intitolati għal midalji u unuri, iżda mhux għal xi kumpens finanzjarju.

Nista’ nieħu kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali:

Iva, jekk l-Istat li l-vittma hija ċittadina tiegħu jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu. Din il-prattika ta’ rikonoxximent, li fiha hija invokata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istat li l-vittma hija ċittadina tiegħu, għandha tintwera evidenza għaliha u tikkostitwixxi wieħed mid-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw ir-rikors għal għajnuna definittiva għal pereżempju, inkapaċità temporanja jew korrimenti li jikkawżaw diżabilità. L-amministrazzjoni Spanjola ser tivverifika l-kontenut u l-validità tal-liġi barranija invokata u tiddetermina jekk tistax tiġi applikata għal kull każ speċifiku.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, sabiex japplikaw l-iskema ta’ għajnuna, il-benefiċċji u l-kumpens previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola, l-atti terroristiċi jkunu jridu twettqu f’territorju Spanjol jew taħt ġurisdizzjoni Spanjola u jkunu seħħew wara l-1 ta’ Jannar 1960.

Jekk vittma ssofri l-konsegwenzi ta' att terroristiku li jkun sar f’territorju Spanjol jew taħt ġurisdizzjoni Spanjola wara l-1 ta’ Jannar 1960, għandha d-dritt li taċċessa l-għajnuna prevista mil-liġi, irrispettivament min-nazzjonalità tagħha.

L-iskema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika wkoll għall-każijiet li ġejjin:

ċittadini Spanjoli li huma vittmi barra ta’ gruppi li abitwalment joperaw fi Spanja, jew ta’ atti terroristiċi kontra l-Istat Spanjol jew l-interessi Spanjoli;

vittmi Spanjoli ta’ atti terroristiċi li jsiru barra mit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-paragrafu ta’ hawn fuq;

Parteċipanti f’operazzjonijiet ta’ paċi u sigurtà li jiffurmaw parti mill-kontinġenti Spanjoli barra li huma l-oġġett ta’ attakk terroristiku.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk jien ngħix hawn jew jien minn hawn (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Spanjola japplikaw għall-proċeduri proviżorji u finali għall-ipproċessar u l-għoti ta’ għajnuna lil vittmi diretti u indiretti ta’ reati previsti mil-liġi, jekk ir-reat ikun sar fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE.

F’każijiet bħal dawn, jekk ir-rikors għal għajnuna pubblika previst mil-leġiżlazzjoni Spanjola jsir permezz tal-awtoritajiet ta’ assistenza tal-Istat li fih jgħix b’mod abitwali ir-rikorrent, l-awtorità li tiddeċiedi fi Spanja (jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat (Dirección General de Costes de Personal y Pensiones Publicas) tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika (Ministerio de Hacienda y Función Pública)) għandha tinnotifika lir-rikorrent u lill-awtorità ta’ assistenza dwar:

  • l-irċevuta tal-pretensjoni għall-għajnuna mill-Istat, il-korp li jinvestiga l-każ, l-iskadenza sabiex jiġi riżolt il-każ u, jekk possibbli, id-data antiċipata sa meta ser tittieħed id-deċiżjoni;
  • id-deċiżjoni li tagħlaq il-każ.

Barra minn hekk, bħala l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat, jista’ jikseb il-kooperazzjoni tal-awtorità ta’ assistenza tal-Istat li fih jgħix b’mod abitwali min qiegħed jagħmel ir-rikors għall-għajnuna, sabiex issir seduta mar-rikorrent jew ma’ kwalunkwe persuna oħra li jqis meħtieġa.

Għal dan il-għan, dan jista’ jitlob lill-awtorità ta’ assistenza biex tipprovdi kulma huwa meħtieġa għall-korp investigattiv biex iwettaq is-seduta direttament, b’mod partikolari permezz ta’ telefon jew vidjokonferenzar, mal-persuna li għandha tinstema’, jekk taqbel ma’ dan jew

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat mal-pulizija l-ewwel, biex inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, għalkemm hemm il-possibbiltà li l-proċedimenti kriminali jistgħu jkunu nbdew mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-inizjattiva tagħhom stess, bl-ebda ħtieġa għal rappurtar lill-pulizija.

Bħala regola ġenerali, l-għoti tal-għajnuna huwa kondizzjonali fuq deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali, li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli. Filwaqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-għoti ta’ għajnuna interim sabiex tindirizza s-sitwazzjonijiet finanzjarji prekarji ta’ vittmi ta’ reat jew il-benefiċjarji tagħhom. Jista’ isir rikors għall-għajnuna interim ladarba l-vittma tkun irrappurtat l-avvenimenti lill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-proċedimenti kriminali jkunu nbdew mill-korpi kompetenti mingħajr il-ħtieġa ta’ rapport.

Għandi bżonn nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali qabel nista’ nagħmel pretensjoni?

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali, biex tippreżenta pretensjoni għal għajnuna finanzjarja, għandek tehmeż mal-pretensjoni kopja tad-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sew jekk hija sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tal-akkużat, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, huwa rekwiżit għall-għoti tal-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola li jew il-vittma tkun ingħatat id-dritt li tiġi kkumpensata permezz ta’ responsabbiltà ċivili għall-atti u l-konsegwenzi tagħhom li jistgħu jiġu kkumpensati bis-saħħa ta’ sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, jew għalkemm ma tkunx ħarġet tali sentenza, tkun saret l-investigazzjoni legali xierqa jew inkunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati.

L-ewwel għandi nfittex kumpens mit-trasgressur – jekk ġie identifikat?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, biex tippreżenta l-pretensjoni għal għajnuna finanzjarja, għandek tehmeż mal-pretensjoni kopja tad-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sew jekk hija sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ.

Dan ir-rekwiżit ifisser li, jekk inti ser titlob għajnuna finanzjarja, jeħtieġ li tibda proċedimenti legali kontra l-persuna allegatament responsabbli għar-reat.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, huwa rekwiżit għall-għoti tal-għajuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola li jew il-vittma tkun ingħatat id-dritt li tiġi kkumpensata permezz ta’ responsabbiltà ċivili għall-avvenimenti u l-konsegwenzi tagħhom li jistgħu jiġu kkumpensati bis-saħħa ta’ sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, jew għalkemm ma tkunx ħarġet tali sentenza, tkun saret l-investigazzjoni legali xierqa jew inkunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati.

Konsegwentement, huwa meħtieġ li l-proċedimenti kriminali jkunu nbdew jew tal-inqas tkun saret l-investigazzjoni ġudizzjarja xierqa, sabiex tapplika għall-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-liġi.

Jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għal kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn biex nappoġġja l-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat, mhuwiex possibbli li tapplika għal kumpens, peress li wieħed mir-rekwiżiti huwa kopja tad-deċiżjoni legali kontra l-allegat trasgressur li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli. Jekk il-proċedimenti kriminali għadhom iridu jispiċċaw - jiġifieri deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli li għadu ma ħariġx - jista’ jsir rikors għal għajnuna interim, diment li tiġi pprovduta evidenza tas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tal-vittma jew tal-benefiċjarji tiegħu jew tagħha.

Jekk l-allegat trasgressur ma jidhirx fil-qorti, is-sentenza in absentia rilevanti għandha tiġi inkluża fir-rikors għal għajnuna.

Wieħed mid-dokumenti li għandu jiġi ppreżentat mar-rikorsi għal għajnuna interim huwa rapport mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-mewt, il-korrimenti jew il-ħsara ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali).

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, jista’ jsir rikors għall-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola jekk ikunu saru l-investigazzjonijiet legali xierqa jew ikunu nbdew il-proċedimenti legali għas-sentenza tar-reati.

Hemm xi limitu ta’ żmien sakemm irrid nitlob kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-limitu ta’ żmien biex titlob għajnuna huwa ġeneralment sena minn meta jkun twettaq ir-reat.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ rikorsi għal kumpens għal dannu personali jew ħsara materjali normalment ikun ta’ sena, li jibda jgħodd mid-data li fiha seħħet il-ħsara.

Liema telf u spejjeż huma koperti mill-kumpens?

(a) għall-vittma tar-reat

- Ħsara materjali

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-għajnuna tingħata f’każ ta’ mewt, korriment fiżiku serju jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali.

Korriment serju jitqies dak li jaffettwa l-integrità tal-ġisem jew is-saħħa fiżika jew mentali, u li b’mod temporanju jew permanenti jinkapaċita l-persuna li tkun sofrietu.

Korriment fiżiku jew ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali jkun jeħtieġ li jkun serju biżżejjed biex tiġi ddikjarata diżabilità permanenti jew sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja li ddum aktar minn sitt xhur, skont il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Inkapaċità permanenti għandha tinvolvi tal-inqas inkapaċità ta’ 33 %.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, għajnuna ordinarja tkopri l-kontinġenzi li ġejjin:

  • Mewt: l-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni jitħallsu lill-benefiċjarji mill-Istat, sa limitu stabbilit legalment.

Barra minn hekk, f’każijiet applikabbli, il-benefiċjarji għandhom id-dritt għal:

  • ħlas straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti;
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • għajnuna għall-edukazzjoni;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Korriment personali:

Persuni li jkunu sofrew korriment fiżiku huma intitolati għal kumpens biex jonfquh fuq kura medika, prosteżi u interventi kirurġiċi marbuta mal-azzjoni terroristika, jekk tintwera l-ħtieġa għalihom u ma tkunx koperta minn xi sistema ta’ protezzjoni soċjali pubblika jew privata li tkopri dawn il-persuni.

Issir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • diżabilità severa;
  • inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni;
  • inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd;
  • inkapaċità permanenti parzjali: għal dawn is-sitwazzjonijiet, hemm stipulat kumpens finanzjarju fiss.

Barra minn hekk, f’każijiet applikabbli, il-benefiċjarji għandhom id-dritt għal:

  • Pagament straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti.
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali; għajnuna għall-edukazzjoni;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-kopertura tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpens għal effetti ta’ wara, inkluż indebolimenti fiżiċi, intellettwali, sensorji u organiċi u ħsara kożmetika li tirriżulta minn korriment u li tibqa’ ladarba jintemm il-proċess ta’ fejqan, is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku tinkludi nefqa fuq il-kura tas-saħħa futura, il-prosteżi, ir-riabilitazzjoni fid-dar u fil-kliniċi, u l-ispejjeż imġarrba minħabba t-telf ta’ indipendenza personali, fost affarijiet oħra.

Dan jinkludi wkoll inkapaċità temporanja, li tista’ tesperjenza vittma meta tkun qiegħda tirċievi kura tas-saħħa u ma tkunx tista’ twettaq l-attivitajiet okkupazzjonali jew normali tagħha.

B’mod simili, vittmi tat-terroriżmu affettwati minn korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità huma intitolati, fejn applikabbli, għal:

  • Pagament straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti.
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • eżenzjoni minn tariffi akkademiċi;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Inkapaċità temporanja: Għal dawn l-iskopijiet, vittma tinftiehem bħala li tkun f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja meta tkun qiegħda tirċievi kura tas-saħħa u ma tkunx tista’ twettaq l-attivitajiet okkupazzjonali jew normali tagħha.

Barra minn hekk, f’każijiet xierqa, il-vittmi huma intitolati wkoll għal għajnuna addizzjonali mogħtija għal dawk li jiġu affettwati minn diżabilità permanenti jew korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, ħlief għal għajnuna għall-edukazzjoni.

  • Ħtif ta’ persuna: kumpens għal dan jinkludi kumpens finanzjarju fiss u kumpens għal korriment personali li l-att ta’ ħtif ta’ persuna seta’ kkawżalek.

B’mod simili, il-benefiċjarji jistgħu jiġu kkumpensati għal korriment personali li l-att tal-ħtif ta’ persuna seta’ kkawżalhom, flimkien ma’ tipi oħra ta’ għajnuna, bħal:

  • ħlas straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal resposabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti;
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip tieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ir-responsabbiltà għal kumpens lil vittmi ta’ attakki terroristiċi tittieħed mill-Istat, li f’każijiet eċċezzjonali, ser iħallas il-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għal mewt jew għal ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontenġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

- Ħsara psikoloġika

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, jekk ir-reat ikkawża ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma (ħsara psikoloġika), l-ammont ta’ għajnuna ser iħallas l-ispejjeż ta’ kwalunkwe kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, mill-ammont massimu speċifikat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fir-rigward ta’ ħsara psikoloġika, il-vittmi ta’ attakki terroristiċi immedjatament ser jirċievu, mingħajr ħlas, l-assistenza psikoloġika u psikjatrika meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tagħhom għall-kura sakemm dan jitqies klinikament li jkun meħtieġ għall-aktar irkupru mgħaġġel u effettiv.

Din l-għajnuna testendi għall-vittmi diretti nfushom u wkoll għal dawk mhedda u l-familji tagħhom jew dawk li jikkoabitaw magħhom.

(b) Id-drittijiet ta’ persuni jew qraba tal-vittmi

- Ħsara materjali

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-ġenituri ta’ minorenni li jmut bħala riżultat ta’ reat jitqiesu bħala l-benefiċjarji bħala vittmi indiretti.

F’każijiet bħal dawn, l-għajnuna hija llimitata għal kumpens għall- ispejjeż tal-funeral li l-ġenituri jew il-gwardjani tal-wild deċedut jistgħu jkunu ħallsu attwalment, fi ħdan il-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

L-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni jitqiesu li huma spejjeż tal-funeral eleġibbli għal kumpens.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, l-Istat ser iħallas l-ispejjeż għat-tneħħija, għall-funeral, għad-difna u / jew għall-kremazzjoni ta’ persuni li nqatlu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sa limitu stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

- Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u sofferenzi tal-qraba jew tal-persuni intitolati/kumpens għal dawk li jissopravivaw jekk il-vittma mietet

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, l-għajnuna pprovduta fir-rigward ta’ assistenza psikoloġika u psikjatrika għall-vittmi diretti ta’ atti terroristiċi testendi wkoll għall-membri tal-familji u l-persuni li jikkoabitaw magħhom, li jistgħu jsofru effetti psikoloġiċi li jirriżultaw mill-atti terroristiċi li jidhru aktar tard: dawn huma intitolati għal finanzjament tal-ispiża tal-attenzjoni psikoloġika, wara preskrizzjoni minn tabib mediku, sa limitu determinat għal kura individwalizzata.

Il-kumpens jitħallas bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali, l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

L-ammont ta’ għajnuna ser jiġi ddeterminat billi jiġi applikat sett ta’ regoli, diment li dan ma jaqbiżx l-ammont speċifikat fis-sentenza:

  • fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (Indicador Público de Renta de Efectos Múltiples (IPREM)) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.

L-IPREM huwa indiċi li jiġi ffissat kull sena u li jintuża sabiex jiddetermina l-ammont ta’ ċerti benefiċċji jew il-livell limitu għall-aċċess għal ċerti benefiċċji, intitolamenti jew servizzi pubbliċi.

  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.
  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħtija lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallas l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Il-ħlas tal-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-ispejjeż tal-kura terapewtika għal offiżi sesswali li kkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittmi ser isir skont il-kriterji li ġejjin:

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir qabel tinbeda l-kura, jista’ jsir qbil dwar ħlas ta’ ammont ibbażat fuq pagament fix-xahar tal-IPREM. Jekk dan l-ammont ma jkunx biżżejjed biex titħallas il-kura, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-ispejjeż żejda jistgħu jintlaħqu permezz ta’ pagament wieħed jew pagamenti suċċessivi sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk r-rikors għall-għajnuna jsir meta tkun bdiet il-kura, in-nefqa ammontata mill-persuna kkonċernata ser titħallas flimkien ma’ nefqa futura għall-istess għan, sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk meta jsir ir-rikors, jintwera li l-kura ntemmet, l-għajnuna ser titħallas f’pagament wieħed, għall-ammont tan-nefqa ammontata, sal-ammont massimu permess. Jekk jintwera li l-kura jeħtieġ li titkompla u l-ammont massimu ma ntlaħaqx, ser ikun possibbli li jsir ħlas għan-nefqa ġdida li tirriżulta.

L-għajnuna interim tista’ tingħata wkoll qabel tingħata d-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek. Din l-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ pagament wieħed jew pagamenti regolari.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna ser tiġi pprovduta f’pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, isir pagament wieħed sa limitu stabbilit legalment.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew f’pagament wieħed jew f’pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità.

  • Għal inkapaċità temporanja, hemm limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar għall-kumpens.
  • Għal ħtif ta’ persuna, minbarra pagament wieħed, bħala kumpens għall-korriment personali kkawżat lill-vittma mill-ħtif ta’ persuna, l-għajnuna bbażata fuq in-numru ta’ jiem tal-ħtif ta’ persuna ser titħallas sal-limitu għal inkapaċità permanenti parzjali.
  • Fil-każ ta’ ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

B’mod ġenerali, il-ħlas isir bħala pagament wieħed tal-ammonti speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal akkomodazzjoni temporanja: din tiġi pprovduta f’pagamenti fix-xahar, bl-għajnuna li tiġi kkalkulata kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, fuq bażi ta’ kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Is-sistema ta’ pagamenti permezz ta’ pagamenti fix-xahar ser tiġi applikata għal każijiet ta’ inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità kkawżati minn attakki terroristiċi fl-ambitu stipulat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Għal każijiet li fihom, minħabba s-severità tal-korrimenti sofruti, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti totali għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard, il-ħlas permezz ta’ pagamenti fix-xahar jista’ jsir sal-limitu stabbilit legalment.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas tal-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna. Normalment, din l-għajnuna straordinarja tieħu l-forma ta’ pagament wieħed, ħlief għal korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas li nikkoopera waqt il-proċedimenti ta’ kumpens jaffettwaw il-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u / jew l-ammont li nirċievi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-għajnuna pubblika tista’ tiġi rrifjutata jew l-ammont jitnaqqas jekk l-għoti totali jew parzjali ma jkunx ekwitabbli jew kuntrarju għall-ordni pubblika fiċ-ċirkustanzi li ġejjin iddikjarati minn sentenza:

  • jekk l-imġiba tal-benefiċjarju kkontribwixxiet direttament jew indirettament għall-mandat tar-reat jew għall-aggravar tad-danni tiegħu;
  • jekk il-benefiċjarju għandu rabtiet mal-attur jew jappartjeni għal organizzazzjoni dedikata għal kriminalità vjolenti.

Jekk persuna mietet bħala riżultat tar-reat li jaqa’ taħt waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq għal rifjut jew limitazzjoni tal-għajnuna, il-benefiċjarji jistgħu jaċċessaw l-għajnuna fuq il-bażi li jkunu vittmi indiretti, jekk ikunu f’diffikultà finanzjarja.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tiġi kkunsidrata billi jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jingħata, peress li japplikaw il-koeffiċjenti korrettivi li ġejjin:

  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-benefiċjarju jew b’mod konġunt mill-benefiċjarji kollha (fil-każ ta’ għajnuna wara mewt), skont l-iskala rilevanti;
  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-vittma fid-data meta l-korrimenti jew il-ħsara affettwaw is-saħħa tagħha (għajnuna għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità), skont l-iskala rilevanti.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tiġi kkunsidrata wkoll biex jiġi ddeterminat jekk inti bħala benefiċjarju intix f’sitwazzjoni ta’ dipendenza finanzjarja li tista’ tirriżulta fl-għoti tal-għajnuna rilevanti. Jekk is-sitwazzjoni tiegħek hija finanzjarjament prekarja, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, tista’ tingħata għajnuna interim qabel deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għalihama hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, sabiex jiġi stabbilit intitolament għal kumpens għal mewt, tiġi kkunsidrata d-dipendenza finanzjarja tal-benefiċjarju fuq id-deċedut meta sseħħ mewt minħabba att terroristiku, permezz ta’ introjtu annwali ta’ xi tip li jirċievi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Le.

Kif ser jiġi kkalkulat il-kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza. L-ammont eżatt jiġi ddeterminat billi tiġi applikata serje ta’ regoli:

  • Fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (Indicador Público de Renta de Efectos Múltiples (IPREM)) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.
  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.

Sabiex jiġi ddetemrinat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi riċevut f'dawn il-każijiet, jiġu applikati l-fatturi ta’ korrezzjoni li ġejjin b’mod suċċessiv għall-ammonti massimi ta’ kull għajnuna rilevanti:

  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-vittma fid-data meta l-korrimenti jew il-ħsara affettwaw is-saħħa tagħha, skont l-iskala rilevanti:
    • introjtu taħt l-IPREM fis-seħħ f’dik id-data: fattur ta’ korrezzjoni = 1;
    • bejn 101 % u 200 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0.90;
    • bejn 201 % u 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0.80;
    • aktar minn 350 % tal-IPREM imsemmi = 0.70.
  • in-numru ta’ persuni li jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fid-data tal-korriment, skont il-kriterji stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, jekk jgħixu mal-vittma u askapitu tal-vittma, u diment li ma jirċivux introjtu ta’ xi tip li jaqbeż, fuq bażi annwalizzata, 150 % tal-IPREM annwalizzat fs-seħħ fid-data tal-korriment, skont l-iskala li ġejja:
    • għal erba’ (4) dipendenti jew aktar, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1;
    • għal tlett (3) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,95;
    • għal żewġ (2) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,90;
    • għal dipendent wieħed (1), jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,85;
    • jekk m’hemm l-ebda dipendent, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,80.
    • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija ta’ 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data meta seħħet il-mewt.

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi riċevut f'dan il-każ, jiġu applikati l-fatturi ta’ korrezzjoni li ġejjin b’mod suċċessiv għall-ammonti massimi ta’ kull għajnuna rilevanti:

  • introjtu annwalizzat ta’ kwalunkwe tip li jiġi riċevut fid-data tal-mewt tal-vittma mill-benefiċjarju jew b’mod konġunt mill-benefiċjarji kollha (jekk hemm aktar minn wieħed), skont l-iskala li ġejja:
    • introjtu taħt l-IPREM fis-seħħ f’dik id-data: fattur ta’ korrezzjoni = 1;
    • bejn 101 % u 200 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0,90;
    • bejn 201 % u 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0,80;
    • aktar minn 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta' korrezzjoni = 0,70.
  • in-numru ta’ persuni li fiż-żmien meta mietet il-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha jew fuq xi benefiċjarju. Dawk speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli ser jingħaddu bħala benefiċjarji, diment li kull wieħed minnhom jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
    • li fiż-żmien meta mietet il-vittma kienu jgħixu magħha jew ma’ xi benefiċjarju, askapitu tal-vittma jew tal-benefiċjarji; u
    • li dawn ma jirċivux introjtu ta’ xi tip li meta jiġi annwalizzat jaqbeż 150 % tal-IPREM annwalizzat fis-seħħ fiż-żmien meta mietet il-vittma, skont l-iskala li ġejja:
      • għal erba’ (4) dipendenti jew aktar, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1;
      • għal tlett (3) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,95;
      • għal żewġ (2) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,90;
      • għal dipendent wieħed (1), jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,85;

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħti lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallsu l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Fil-każ ta’ offiżi sesswali li jikkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma, l-ammont ta’ għajnuna ser iħallas in-nefqa fuq il-kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, sa limitu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tar-rapport mediku forensiku li juri l-ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma li tista’ tiġi kkurata b’mod terapewtiku.

L-għajnuna interim tista’ tingħata qabel id-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna ser tiġi pprovduta f’pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Il-benefiċjarji ta’ dan il-kumpens ser jiġu intitolati għal żieda fl-għajnuna b’ammont fiss ta’ għoxrin pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-att terroristiku, għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fiż-żmien tal-mewt.

Huwa kkunsidrat li persuna tiddependi finanzjarjament fuq il-persuna deċeduta jekk, fiż-żmien tal-mewt, kienet tgħix totalment jew parzjalment askapitu ta’ dik il-persuna u ma kinitx tirċievi fuq bażi annwalizzata introjtu ta’ xi tip li jaqbeż 150 % tal-IPREM annwalizzat fis-seħħ dak iż-żmien.

Tingħata għajnuna wkoll għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni li mietu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sal-limitu stabbilit legalment. L-ispejjeż ser jiġu ssodisfati wara l-preżentazzjoni tal-fatturi rilevanti. Ser ikun meħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati mill-polza tal-assigurazzjoni li tkopri dawn l-ispejjeż, jew b'affidavit li jiddikjara n-nuqqas ta’ assigurazzjoni bħal din.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità.

Il-benefiċjarji ser ikunu intitolati għall-għajnuna pprovduta u għal żieda fl-għajnuna msemmija b’ammont fiss ta’ 20 pagament fix-xahar tal-IPREM rilevanti għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma meta sar l-att terroristiku li kkawża l-korriment.

  • Għal inkapaċità temporanja, ser jitħallas kumpens jikkorrispondi għal darbtejn l-IPREM rilevanti għall-perjodu tal-inkapaċità temporanja, sa limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar.
  • Għal ħtif ta’ persuna, il-vittmi ser jiġu kkumpensati bl-ammont stabbilit legalment għall-ħtif ta’ persuna. Barra minn hekk, bħala kumpens għal kwalunkwe korriment personali kkawżat lill-vittma mill-ħtif ta’ persuna, ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-IPREM ta’ kuljum għal kull jum li jkun dam il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.
  • Ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Meta jiġi kombinat flimkien, dan il-kumpens qatt ma jista’ jaqbeż il-valur tal-ħsara kkawżata.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi ta’ lussu.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk, bħala riżultat ta’ attakk terroristiku, il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja, billi jħallas għajnuna kkalkulata fuq bażi ta’ kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, u fuq bażi ta’ kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ammont jew in-nefqa meħtieġa għat-tiswija.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti personali għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Sabiex tibbenifika mill-għajnuna, ma tistax tkun ġa ssodisfajt, jew tissodisfa r-rekwiżiti legali biex tikseb, kwalifika tal-istess livell jew ta’ livell ogħla mill-istudji li tintalab l-għajnuna għalihom.

Għal tagħlim tal-lingwi u studji ta’ bakkalawrjat jew ekwivalenti jew ta’ livell ogħla, ser japplikaw ir-rekwiżiti akkademiċi għar-reġistrazzjoni u l-kontenut tal-istudju miksub stipulati fil-leġiżlazzjoni Spanjola dwar boroż tal-istudju u għajnuna għall-istudju.

Madankollu, għall-kalkolu tal-kisba akkademika minima meħtieġa tal-benefiċjarji tal-għajnuna għall-istudju, il-Ministeru tal-Intern ser japplika fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0.60 għall-istudenti bi ħtiġijiet ta’ appoġġ edukattiv speċifiku li jeħtieġu adattament tal-kurrikulu jew żieda fiż-żmien għall-istudji tagħhom minħabba inkapaċità fiżika jew mentali.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas il-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat kif ġej:

  • Jekk hemm sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli li tagħti kumpens minħabba responsabbiltà ċivili, jew għal mewt jew għal korriment fiżiku jew mentali li jikkawża xi waħda mill-kontinġenzi msemmija hawn fuq, ser isir pagament wieħed ta’ għajnuna bl-ammont speċifikat legalment.
  • Jekk is-sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli ma tagħtix kumpens jew ma tippermettix l-għoti ta’ xi ammont minħabba responsabbiltà ċivili, għal korriment fiżiku jew mentali, l-għajnuna ser titħallas bħala pagament wieħed għall-kontinġenzi kollha ħlief li ġejjin:
    • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-koperta tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.
    • Ħtif ta’ persuna: ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) ta’ kuljum għal kull jum li jdum il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

L-ammont ta’ għajnuna ser jiġi ddeterminat billi jiġi applikat sett ta’ regoli, diment li dan ma jaqbiżx l-ammont speċifikat fis-sentenza:

  • Fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (IPREM) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.
  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.
  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija ta’ 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data meta seħħet il-mewt.

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħti lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallsu l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Il-ħlas tal-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-ispejjeż tal-kura terapewtika għal offiżi sesswali li kkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittmi ser isir skont il-kriterji li ġejjin:

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir qabel tinbeda l-kura, jista’ jsir qbil dwar ħlas ta’ ammont ibbażat fuq pagament fix-xahar tal-IPREM. Jekk dan l-ammont ma jkunx biżżejjed biex titħallas il-kura, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-ispejjeż żejda jista’ jintlaħqu permezz ta’ pagament wieħed jew permezz ta’ pagamenti suċċessivi sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir meta tkun bdiet il-kura, in-nefqa ammontata mill-persuna kkonċernata ser titħallas flimkien ma’ nefqa futura għall-istess għan, sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk meta jsir ir-rikors, jintwera li l-kura ntemmet, l-għajnuna ser titħallas f’pagament wieħed, għall-ammont tan-nefqa ammontata, sal-ammont massimu permess. Jekk jintwera li l-kura jeħtieġ li titkompla u l-ammont massimu ma ntlaħaqx, ser ikun possibbli li jsir ħlas għan-nefqa ġdida li tirriżulta.

L-għajnuna interim tista’ tingħata wkoll qabel tingħata d-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek. Din l-għajnuna tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ pagament wieħed jew permezz ta’ pagamenti regolari.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-ammont ta’ kumpens ser ikun EUR 250 000, li ser jiżdied b’ammont fiss ta’ 20 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-att terroristiku, għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fiż-żmien tal-mewt.

Għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, isir pagament wieħed sa limitu ta’ EUR 6 000.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.
    • Diżabilità severa: EUR 500 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 180 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 100 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 75 000.
  • Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità u mal-istess limitu għal inkapaċità permanenti parzjali (EUR 75 000).
  • Għal inkapaċità temporanja, il-kumpens jitħallas b’mod li jikkorrispondi għal darbtejn l-IPREM rilevanti għall-perjodu li fih il-vittma tkun inkapaċitata b’mod temporanju, sa limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar.
  • Għal ħtif ta’ persuna, ser jitħallas pagament wieħed ta’ EUR 12 000 għall-ħtif ta’ persuna flimkien ma’ tliet darbiet l-IPREM ta’ kuljum għal kull jum li dam il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu għal inkapaċità permanenti parzjali (EUR 75 000).
  • Fil-każ ta’ ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

B’mod ġenerali, il-ħlas isir bħala pagament wieħed tal-ammonti speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal akkomodazzjoni temporanja: din tiġi pprovduta f’pagamenti fix-xahar, bl-għajnuna li tiġi kkalkulata kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, u fuq kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Is-sistema ta’ pagamenti permezz ta’ pagamenti fix-xahar ser tiġi applikata għal każijiet ta’ inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità kkawżati minn attakki terroristiċi fl-ambitu stipulat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Għal każijiet li fihom, minħabba s-severità tal-korrimenti sofruti, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti totali għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard, il-ħlas permezz ta’ pagamenti fix-xahar jista’ jsir sa EUR 18 030.36.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas tal-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat kif ġej:

  • Jekk hemm sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, li tagħti kumpens minħabba responsabbiltà ċivili, jew għal mewt jew għal korriment fiżiku jew mentali li jikkawża xi waħda mill-kontinġenzi msemmija hawn fuq, l-ammont stabbilit fis-sentenza ser jitħallas sal-limiti li ġejjin:
    • Mewt: EUR 500 000.
    • Diżabilità severa: EUR 750 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 300 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 200 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 125 000.
    • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: EUR 100 000.
    • Ħtif ta’ persuna: EUR 125 000.
  • Jekk is-sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli ma tagħtix kumpens jew ma tippermettix l-għoti ta’ xi ammont minħabba responsabbiltà ċivili, għal korriment fiżiku jew mentali, ser jitħallsu l-ammonti li ġejjin:
    • Mewt: EUR 250 000.
    • Diżabilità severa: EUR 500 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 180 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 100 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 75 000.
  • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-koperta tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.
  • Ħtif ta’ persuna: Ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) ta’ kuljum għal kull jum li jdum il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.

Mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tal-pretensjoni? Jekk iva, hemm xi istruzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar xi aspetti oħra?

Le.

Kwalunkwe kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħall-iskema tal-assigurazzjoni tal-impjegatur tiegħi jew waħda privata) ser jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali, ir-riċeviment ta’ għajnuna regolata legalment mhuwiex kompatibbli mar-riċeviment ta’ kumpens għal korrimenti u ħsara kkawżati mir-reat li jiġi stipulat minn sentenza.

Madankollu, huwa possibbli li titħallas l-għajnuna regolata legalment kollha jew parti minnha jekk it-trasgressur ġie ddikjarat bħala insolventi parzjalment; iżda l-ammont riċevut miż-żewġ sorsi qatt ma jista’ jkun aktar minn dak stabbilit fid-deċiżjoni ġudizzjarja.

Għalhekk, l-għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola hija inkompatibbli ma’:

  • Kumpens finanzjarju li huwa intitolat għalih il-benefiċjarju minn sistema tal-assigurazzjoni sakemm l-ammont ta’ kumpens minn assigurazzjoni b’kuntratt b’mod privat ikun inqas minn dak stabbilit mis-sentenza.
  • Fil-każ tal-inkapaċità temporanja tal-vittma, l-għajnuna hija inkompatibbli ma’ kwalunkwe benefiċċju li jista’ jitħallas għal inkapaċità bħal din fi skema tas-sigurtà soċjali pubblika. Din l-inkompatibbiltà ser titqies bħala li teżisti meta l-għajnuna regolata Spanjola u l-kumpens jew l-għajnuna finanzjarja li huwa intitolat għaliha l-benefiċjarju permezz ta’ sistema ta’ assigurazzjoni privata jkopru l-istess riskji u sitwazzjonijiet ta’ bżonn.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-ħlas possibbli tal-għajnuna regolata legalment jista’ jkun xieraq għal benefiċjarju ta’ assigurazzjoni privata jekk l-ammont ta’ kumpens li jiġi riċevut mill-assigurazzjoni jkun inqas minn dak stabbilit fis-sentenza, diment li d-differenza li għandha titħallas ma taqbiżx l-iskala stabbilità.

Fil-każ ta’ korriment jew ħsara li tikkawża l-inkapaċità permanenti jew il-mewt tal-vittma, ir-riċeviment tal-għajnuna ser ikun kompatibbli mar-riċeviment ta’ kwalunkwe pensjoni pubblika li l-benefiċjarju għandu dritt li jirċievi.

L-għajnuna għal inkapaċità permanenti hija inkompatibbli ma’ dik għal inkapaċità temporanja.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fir-rigward tal-ħsara materjali kkawżata lill-vittmi bħala riżultat ta’ dan it-tip ta’ reat, il-kumpens għal dan it-tip ta’ ħsara ser ikun sekondarju għal dak mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jirriżulta minn kuntratti ta’ assigurazzjoni, u ser jitnaqqas mill-ammont riċevut minn dawn is-sorsi.

Fir-rigward ta’ ħsara lill-vetturi, il-ħsara kkawżata lil vetturi privati tista’ tiġi kkumpensata kif ukoll dik sofruta mill-utenti tat-trasport fuq l-art għal persuni jew oġġetti, ħlief dawk fi sjieda pubblika, diment li fiż-żmien tal-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjni tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni speċifika. Dan il-kumpens huwa sekondarju għal kwalunkwe kumpens ieħor mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u jitnaqqas mill-ammonti ta’ tali kumpens.

Fir-rigward tal-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni li mietu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku, il-pagament ser isir mill-Gvern Ċentrali Spanjol diment li r-riċevituri ma jkunux koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sa limitu stabbilit legalment. Ser ikun meħtieġ li takkumpanja l-fatturi rilevanti mal-polza tal-assigurazzjoni li tkopri dawn l-ispejjeż, jew ma’ affidavit li jiddikjara n-nuqqas ta’ assigurazzjoni bħal din.

Nista’ nieħu kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Iva.

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, tista’ tingħata għajnuna interim qabel id-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sakemm tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċaw fiha l-vittma jew il-benefiċjarji tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ vittma jew tal-benefiċjarji ser titqies bħala prekarja jekk, fid-data li jsir ir-rikors għall-għajnuna, la l-vittmi u lanqas il-benefiċjarji ma jkunu qegħdin jirċievu introjtu annwalizzat ta’ xi tip ikbar mill-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) anwalizzat fis-seħħ meta jsir ir-rikors.

Fi kwalunkwe każ, għall-għoti ta’ għajnuna interim bħal din, għandu jintwera li ir-rikorrent jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli biex ikun benefiċjarju tal-għajnuna definittiva rilevanti.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-Ministeru tal-Intern jista’ jħallas ammont bil-quddiem, sal-limitu stabbilit legalment, filwaqt li jkun pendenti r-riċeviment tal-għajnuna definittiva, f’każijiet li fihom is-severità tal-korrimenti sofruti bħala riżultat tal-azzjoni terroristika, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard.

B’mod simili, meta jkun hemm korrimenti li jikkawżaw diżabilità jew inkapaċità temporanja, il-perjodi ta’ barra x-xogħol jistgħu jitħallsu fuq bażi trimestrali. Dawn l-ammonti mħallsa f’pagamenti fix-xahar ser ikunu ekwivalenti għal darbtejn l-IPREM fis-seħħ fid-data tal-korriment għall-jiem tal-inkapaċità.

Nista’ nieħu kumpens kumplimentari jew addizzjonali (wara eż. bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li tmur għall-agħar, eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva.

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali, jekk, wara li tkun ingħatat għajnuna għal ċertu livell ta’ inkapaċità jew indeboliment, isseħħ sitwazzjoni aktar serja li tkun tistħoqq ammont ikbar jew il-mewt tal-vittma bħala konsegwenza diretta tal-korrimenti jew ħsara, ikun xieraq li ssir għotja ta’ għajnuna ta’ darba għall-aggravar tal-konsegwenza preġudizzjarja.

Il-perjodu biex isir ir-rikors għall-għajnuna l-ġdida huwa sena li tibda tingħadd mid-data tas-sentenza li tagħti l-għajnuna inizjali sabiex tintalab reviżjoni tal-grad ta’ inkapaċità jew diżabilità.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, għalkemm normalment ir-rikorsi għandhom jitressqu fi żmien massimu ta’ sena mid-data ta’ meta seħħet il-ħsara, jekk bħala riżultat dirett tal-korrimenti sofruti minħabba l-att terroristiku, iseħħ aggravar tal-konsegwenzi jew il-mewt tal-persuna affettwata, ser jinbeda perjodu ġdid tal-istess durata għar-rikors għad-differenza rilevanti fl-ammont.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, għall-għoti tal-għajnuna definittiva għal inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità, ir-rikors mill-vittma jew mir-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident.
  • Evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika.
  • Dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti.
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • ċertifikat maħruġ mill-korp maniġerjali kompetenti jew l-aġenzija, li jipprovdi evidenza li l-persuna kkonċernata ġiet koperta minn skema tas-sigurtà soċjali pubblika meta twettaq ir-reat. Jekk l-ebda waħda mhi disponibbli, dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata tkun biżżejjed: din ser tiġi vverifikata aktar tard mill-korp investigattiv.

Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir għal inkapaċità temporanja u l-persuna kkonċernata ġiet koperta minn skema tas-sigurtà soċjali pubblika, iċ-ċertifikat ipprovdut għandu juri wkoll li ma ngħata l-ebda dritt għal benefiċċju għal dik l-inkapaċità.

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità jsir minn vittmi diretti koperti minn xi waħda mill-iskemi li jiffurmaw is-sistema tas-sigurtà soċjali, bl-eċċezzjoni tal-iskema speċjali għal impjegati taċ-ċivil u tal-militar (Régimen especial de los funcionarios públicos civiles y militares), għandha tiġi pprovduta d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-korrimenti maħruġa mid-Direttur Provinċjali tal-Istitut tas-Sigurtà Soċjali Nazzjonali (Instituto Nacional de la Seguridad Social); jekk tkun għadha ma ħarġitx deċiżjoni, ir-rikorrent għandu jipprovdi dikjarazzjoni li nbdiet il-proċedura tal-inkapaċità adegwata.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva fil-każijiet fejn irriżultat il-mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma indiretta jew ir-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • evidenza dokumentarja tal-mewt u tal-istatus tal-benefiċjarju jew tal-vittma indiretta;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika.
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma (il-benefiċjarju bħala vittma indiretta) hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • ċertifikat tal-mewt għall-vittma diretta tar-reat, kif ukoll id-dokumentazzjoni li ġejja skont ir-rabta tal-benefiċjarju mad-deċedut:
    • jekk il-konjuġi tad-deċedut ma kienx separat jew legalment separat: ċertifikat sħiħ tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ maħruġ mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet wara d-data tal-mewt tal-vittma;
    • jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz (certificado de convivencia en domicilio común).

Sabiex tintwera koabitazzjoni permanenti bħala l-ekwivalenti tal-konjuġi, huwa rakkomandat li jiġi pprovdut ċertifikat maħruġ mir-reġistru rilevanti tas-sħab f’relazzjoni rreġistrata (Registro de parejas de hecho).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz (certificado de convivencia en domicilio común).
  • Tfal tad-deċedut: għandhom jiġu pprovduti ċ-ċertifikati rilevanti tar-reġistrazzjoni ta’ twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

Sabiex tintwera l-parentela tagħhom, it-tfal ta’ konjuġi li ma kienx legalment separat jew ta’ persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

B’mod simili, dawn għandhom juru li l-ġenitur tagħhom kien miżżewweġ ma’ jew kien qiegħed jikkoabita mad-deċedut, sakemm dawk il-fatti ma jkunux diġà ntwerew mir-rikors tal-ġenitur għall-għajnuna.

Barra minn hekk, kemm it-tfal tad-deċedut kif ukoll dawk tal-konjuġi li ma kienx separat legalment jew dawk tal-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut għandhom juru li kienu qegħdin jiddependu finanzjarjament fuq id-deċedut, permezz tad-dokumentazzjoni li ġejja:

  • ċertifikat ta’ koabitazzjoni maħruġ mill-kunsill lokali;
  • dikjarazzjon tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip riċevut matul it-tnax-il xahar immedjatament qabel id-data tal-mewt tal-vittma;
  • kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għas-sena finanzjarja li fiha seħħet il-mewt tal-vittma, jew jekk ma jsirx dan, għas-sena li tippreċedi immedjatament is-sena finanzjarja. Jekk ma sarux dawn id-dikjarazzjonijiet, għandu jiġi pprovdut ċertifikat ta’ eżenzjoni maħruġ mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali (Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)).
  • Il-ġenituri tad-deċedut: għandhom juru l-paternità tagħhom permezz ta’ ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-twelid tal-iben jew tal-bint li mietet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li m’hemm l-ebda benefiċjarju ieħor possibbli li jista’ jieħu prijorità fl-aċċess għall-għajnuna, dawn għandhom jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-istatus ċivili tal-iben jew il-bint fid-data tal-mewt kif ukoll jekk jafux dwar xi persuna oħra li tista’ tikkwalifika bħala benefiċjarju skont il-liġi applikabbli.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva għall-ispejjeż tal-funeral, ir-rikors, billi tintuża l-formola uffiċjali, tal-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult inkapaċitat, jew tar-rappreżentanti tagħhom, għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • evidenza dokumentarja tal-mewt u tal-istatus tal-benefiċjarju jew tal-vittma indiretta;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-minorenni jew adult nieqes mill-kapaċità.
  • Sabiex jintwera l-istatus tagħhom bħala benefiċjarji, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-twelid tal-minorenni jew l-adult legali inkapaċitat jekk ir-rikors isir mill-ġenituri, jew rekord uffiċjali li juri t-tutela, jekk it-talba ssir mill-gwardjan.
  • Jekk id-deċedut kien adult legali inkapaċitat, id-dokument li jiddikjara n-nuqqas ta’ kapaċità jew, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat li juri l-grad tan-nuqqas ta’ kapaċità.
  • Kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali għall-ġenituri jew gwardjani jew, fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, dokument li juri n-nazzjonalità tagħhom.
  • Evidenza dokumentarja tal-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva biex tintnefaq fuq kura terapewtika wara offiżi sesswali, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni mill-vittma dwar jekk inbdietx il-kura terapewtika u, jekk applikabbli, il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn għall-ispejjeż imħallsa. Jekk il-kura ma ntemmietx, dan għandu jiġi ddikjarat.

Għall-għoti ta’ għajnuna interim għal inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • il-klassifikazzjoni tal-korrimenti jew tal-ħsara lis-saħħa, li ssir mill-korp kompetenti u skont il-proċedura prevista fil-leġiżlazzjoni rilevanti;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

Għall-għoti ta’ għajnuna interim fil-każijiet fejn ikun irriżulta mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • Evidenza dokumentarja tal-mewt jew tal-istatus tal-benefiċjarju bħala vittma indiretta. Għandu jiġi pprovdut ċertifikat tal-mewt għall-vittma diretta tar-reat, kif ukoll id-dokumentazzjoni li ġejja, skont ir-rabta tal-benefiċjarju mad-deċedut:
    • jekk il-konjuġi tad-deċedut ma kienx separat jew legalment separat: ċertifikat sħiħ tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ maħruġ mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet wara d-data tal-mewt tal-vittma.

Speċifikament għal dan it-tip ta’ għajnuna, dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz.

Sabiex tintwera koabitazzjoni permanenti bħala l-ekwivalenti tal-konjuġi, huwa rakkomandat li jiġi pprovdut ċertifikat maħruġ mir-reġistru rilevanti tas-sħab f’relazzjoni rreġistrata (Registro de parejas de hecho).

Speċifikament għal dan it-tip ta’ għajnuna, dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz.
  • Tfal tad-deċedut: għandhom jiġu pprovduti ċ-ċertifikati rilevanti tar-reġistrazzjoni ta’ twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

Sabiex tintwera l-parentela tagħhom, it-tfal ta’ konjuġi li ma kienx legalment separat jew ta’ persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet. B’mod simili, dawn għandhom juru li l-ġenitur tagħhom kien miżżewweġ ma’ jew kien qiegħed jikkoabita mad-deċedut, sakemm dawk il-fatti ma jkunux diġà ntwerew fir-rikors tal-ġenitur għall-għajnuna.

Barra minn hekk, kemm it-tfal tad-deċedut kif ukoll dawk tal-konjuġi li ma kienx separat legalment jew dawk tal-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut għandhom juru li kienu qegħdin jiddependu finanzjarjament fuq id-deċedut, permezz tad-dokumentazzjoni li ġejja:

  • ċertifikat ta’ koabitazzjoni maħruġ mill-kunsill lokali;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip riċevut matul it-tnax-il xahar immedjatament qabel id-data tal-mewt tal-vittma;
  • kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għas-sena finanzjarja li fiha seħħet il-mewt tal-vittma, jew jekk ma jsirx dan, għas-sena li tippreċedi immedjatament is-sena finanzjarja. Jekk ma sarux dawn id-dikjarazzjonijiet, għandu jiġi pprovdut ċertifikat ta’ eżenzjoni maħruġ mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali (Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT));
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;

Għall-għoti ta’ għajnuna interim fil-każijiet fejn ikun irriżulta mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi ir-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • iċ-ċertifikat tal-mewt tal-minorenni jew adult nieqes mill-kapaċità.
  • Sabiex jintwera l-istatus tagħhom bħala benefiċjarji, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-twelid tal-minorenni jew l-adult legali inkapaċitat jekk ir-rikors jsir mill-ġenituri, jew rekord uffiċjali li juri t-tutela, jekk it-talba ssir mill-gwardjan.
  • Jekk id-deċedut kien adult legali inkapaċitat, id-dokument li jiddikjara n-nuqqas ta’ kapaċità jew, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat li juri l-grad tan-nuqqas ta’ kapaċità.
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievu l-ġenituri jew il-gwardjani matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT);
  • evidenza dokumentarja tal-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni.

Għall-għoti ta’ għajnuna interim biex tintnefaq fuq kura terapewtika għal offiżi sesswali, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni mill-vittma dwar jekk inbdietx il-kura terapewtika u, jekk applikabbli, il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn għall-ispejjeż imħallsa. Jekk il-kura ma ntemmietx, dan għandu jiġi ddikjarat;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li tirċievi l-persuna kkonċernata matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-proċedura għall-għoti ta’ tipi differenti ta’ għajnuna stabbilità legalment tinbeda permezz ta’ rikors fuq il-formola uffiċjali mill-persuna kkonċernata jew mir-rappreżentant tagħha, li għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

  • dokumenti li jipprovdu evidenza tal-istatus tal-persuna affettwata jew, fejn applikabbli, il-grad tar-relazzjoni mal-vittma;
    • is-sentenza li ma jingħata l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli li tirrikonoxxi d-dritt għal kumpens għall-avvenimenti u għall-ħsara kkonċernata fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni Spanjola;
    • jekk is-sentenza tkun għadha ma ħarġitx, iżda jekk ikunu saru l-proċedimenti legali jew jekk ikunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati, kwalunkwe dokument ta’ evidenza li jiġi ammess legalment li juri l-istatus tal-vittma jew tal-benefiċjarju, il-ħsara sofruta u n-natura tal-avvenimenti li kkawżaw dik il-ħsara;
    • kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva preċedenti;
    • iċ-ċertifikat tal-mewt, jekk il-vittma mietet;
    • kopja tar-reġistru tal-familja (Libro de familia);
    • rapporti jew dikjarazzjonijiet tal-pulizija;
    • rapporti kliniċi jew psikoloġiċi;
  • jekk tintalab akkomodazzjoni temporanja:
    • rapport tal-pulizija jew ċertifikat mingħand il-pulzija jew mill-Gwardja Ċivili li jiddikjara li l-ħsara allegata seħħet waqt jew bħala konsegwenza ta’ attakk terroristiku (jekk l-evidenza tal-kawża tal-ħsara ma tkunx irreġistrata fl-Amministrazzjoni);
    • jekk ir-rikorrent huwa sid: att awtentiku, kuntratt ta’ bejgħ jew ċertifikat mir-reġistru tal-art, jew l-aħħar irċevuta għal Taxxa fuq il-Proprjetà Reali (Impuesto de Bienes Inmuebles), jew dikjarazzjoni mill-President tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li ir-rikorrent huwa membru;
    • jekk ir-rikorrent huwa inkwilin: il-ftehim tal-kirja jew irċevuta tal-pagament għall-aħħar kirja jew irċevuta għall-ilma, għad-dawl jew għat-telefon f’isem l-inkwilin;
    • jekk ir-rikorrent la huwa sid u lanqas inkwilin: dokument li jipprovdi evidenza tal-pożizzjoni legali tiegħu li jagħmel jew jipprovdi t-tiswija;
    • jekk din tikkonċerna d-dar normali tiegħu u l-indirizz affettwat ma jidhirx fid-dokument tal-identità nazzjonali (DNI) tar-rikorrent: ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa li tidher ir-residenza għal finijiet ta' taxxa, jew dikjarazzjoni mill-President tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li r-rikorrent huwa l-abitant użwali tad-dar;
  • jekk jintalab kumpens għal ħsara lil vettura:
    • rapport tal-pulizija jew ċertifikat mill-pulizija jew mill-Gwardja Ċivili li jiddikjara li l-ħsara allegata seħħet waqt jew bħala konsegwenza ta’ attakk terroristiku (jekk l-evidenza tal-kawża tal-ħsara ma tkunx irreġistrata fl-Amministrazzjoni);
    • iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura, f’isem ir-rikorrent;
    • evidenza li, meta sar l-attakk, kien hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni b’kuntratt, b’indikazzjoni tat-tip u r-riskji koperti;
    • jekk saret it-tiswija, fattura li tipprovdi evidenza tal-ispiża għat-tiswija tal-ħsara kkawżata mill-azzjoni terroristika;
  • jekk intalbet għajnuna għall-istudju, jeħtieġ li jiġu mehmużin dokumenti ta’ sostenn li juru l-krediti li rreġistra għalihom l-istudent u l-prestazzjoni akkademika tiegħu.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta tintlaqa’ u tiġi pproċessata l-pretensjoni?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjonijiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-immaniġġjar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna pubblika prevista fil-liġi huwa r-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għoti jew ir-rifjut ta’ għajnuna mogħija legalment huwa r-responsabbiltà tal-Minsteru tal-Intern.

Fejn nibgħat il-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika, fl-indirizz li ġej:

Avenida del General Perón, 38 (Edificio Master's II) - 28020 Madrid.

Għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti fejn ser jirċievu informazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għalihom u dwar il-proċeduri differenti.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu tal-Ministeru tal-Intern, fl-indirizz li ġej:

Subdirección General de Apoyo a Víctimas del Terrorismo, C/ Amador de los Ríos 8. 28010 MADRID

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tittieħed deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, ladarba jkunu ntemmu l-investigazzjonijiet kollha u qabel jitfassal l-abbozz tad-deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna mitluba, ir-rikorrent jinstema, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, biex ikun jista’ jippreżenta l-argumenti rilevanti.

Jekk ir-reat twettaq fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna huwa resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE, meta r-rikors għall-għajnuna jsir mill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn jgħix ir-rikorrent b’mod abitwali, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika, bħala l-awtorità li tiddeċiedi, jista’ jikseb il-kooperazzjoni tal-awtorità ta’ assistenza rilevanti biex iwettaq il-proċedura għas-smigħ tar-rikorrent jew ta’ kwalunkwe persuna oħra jekk iqis dan bħala meħtieġ.

Sabiex issir is-seduta, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jista’ jitlob lill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn ir-rikorrent għall-għajnuna huwa resident b’mod abitwali biex tipprovdi dak kollu li huwa meħtieġ sabiex il-korp li jkun qiegħed jinvestiga l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna jkun jista’ jwettaq is-smigħ direttament, bit-telefon jew b’vidjokonferenza, jekk ir-rikorrent jaqbel ma’ dan. Barra minn hekk, l-awtorità ta’ assistenza li twettaq is-seduta għandha tibgħat lid-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika rapport tas-seduta li tkun saret.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, japplikaw l-istess regoli għal reati vjolenti u offiżi sesswali meta r-reat ikun seħħ fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE. Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir mill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru li fih ir-rikorrent huwa resident b’mod abitwali, huwa l-Ministeru tal-Intern, permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu, bħala awtorità li tiddeċiedi, li jwettaq l-azzjoni deskritta hawn fuq fir-rigward tas-smigħ.

(Bejn wieħed u ieħor) kemm irid jgħaddi żmien biex nirċievi deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens mill-awtorità?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-limitu ta’ żmien biex titlob l-għajnuna huwa ġeneralment ta’ sena li tibda mid-data meta seħħ ir-reat.

Il-limiti ta’ żmien biex toħroġ deċiżjoni biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-għajnuna, jew finalment jew b’mod proviżorju, huma kif ġej:

  • għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità, aggravar ta’ korrimenti, jew mewt: sitt (6) xhur;
  • għal inkapaċità temporanja: 4 xhur;
  • għall-ispejjeż ta’ kura terapewtika wara offiżi sesswali u għall-ispejjeż tal-funeral: xahrejn.

Ir-rikorsi jistgħu jinftiehmu bħala li ġew irrifjutati jekk l-ebda deċiżjoni ma tkun inħarġet espressament meta jkun għadda l-limitu ta’ żmien biex toħroġ deċiżjoni espliċita.

Fil-każ ta’ offiżi ta' terroriżmu, b’mod ġenerali, ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati fi żmien sena minn meta seħħet il-ħsara jew mill-punt li fih saret dijanjożi li turi relazzjoni kawżali bejn il-konsegwenza u l-att terroristiku. Fil-każ ta’ għajnuna għall-istudju, il-limitu ta’ żmien huwa tliet xhur mir-reġistrazzjoni fil-kors.

Il-limitu ta’ żmien biex issir u tiġi kkomunikata d-deċiżjoni rilevanti huwa ta’ 12-il xahar, ħlief għal għajnuna għall-istudju li huwa sitt (6) xhur, bit-talba li tinftiehem bħala li ġiet approvata jekk il-limiti ta’ żmien ikunu għaddew bl-ebda deċiżjoni espliċita li tkun ħarġet.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, ir-rikorrenti jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar għajnuna stabbilità legalment fi żmien perjodu ta’ xahar wara n-notifika. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix ikkontesta fi żmien dak il-perjodu, l-unika għażla hija li tressaq appell għal reviżjoni eċċezzjonali mal-Ministeru xieraq.

Ir-rikuża tista’ ssir lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jew lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Għajnuna u Assistenza tal-Vittmi ta’ Reati Vjolenti (Comisión Nacional de Ayuda y Asistencia a las Víctimas de Delitos Violentos).

Il-Kummissjoni Nazzjonali hija l-korp kompetenti biex jiddeċiedi dwar rikużi għad-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar l-għajnuna mogħtija mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Jekk jgħaddu tliet xhur wara r-rikuża u ma jintlaħaq l-ebda ftehim mill-Kummissjoni Nazzjonali, ir-rikuża tista’ titqies bħala rrifjutata, u jista’ jitressaq appell amministrattiv kontriha.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fis-sistema tal-ġustizzja legali amministrattiva, jista’ jsir appell internament jew rikuża diretta mid-deċiżjonijiet li jinħarġu mill-Ministeru tal-Intern dwar il-proċeduri amministrattivi biex isir rikors għat-tipi differenti ta’ għajnuna.

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel pretensjoni?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti, fejn ser jirċievu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għalihom u dwar il-proċeduri differenti biex japplikaw għaliha.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

Il-formoli speċifiċi għall-għajnuna huma disponibbli fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu tal-Ministeru tal-Intern, fl-indirizz li ġej:

Subdirección General de Apoyo a Víctimas del Terrorismo, C/ Amador de los Ríos 8. 28010 MADRID

Il-formoli speċifiċi għall-għajnuna huma disponibbli fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

Hemm linja għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-forom jew mudelli għat-tipi differenti ta’ għajnuna huma disponibbli fil- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

Tista’ tara l-lokalità tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati, li ser jipprovdu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għalik u l-proċeduri differenti li għandek tgħaddi minnhom biex tapplika għaliha, fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, tista’ tara s-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru tal-intern għal informazzjoni dwar l-għajnuna disponibbli.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji l-pretensjoni?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-vittmi jistgħu jitolbu għajnuna legali bla ħlas skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

B’mod partikolari, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ sess huma intitolati li jirċievu parir mediku bla ħlas immedjatament wara li jressqu lment, u għal difiża u rappreżentazzjoni bla ħlas minn avukat u li jiġu rrappreżentati fil-proċedimenti u fil-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-vjolenza sofruta.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, tim legali wieħed għandu jieħu ħsieb id-difiża tal-vittma, diment li dan jiggarantixxi b’mod dovut id-dritt tal-vittma għal difiża. Dan id-dritt ser japplika wkoll għas-suċċessuri fil-każ ta’ mewt tal-vittma, sakemm ma kinux involuti fl-atti.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-vittmi ta’ terroriżmu rikonoxxut mil-leġiżlazzjoni Spanjola huma intitolati għal għajnuna legali fil-proċedimenti ġudizzjarji u fil-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mill-att terroristiku li jkun irriżulta fl-istatus tagħhom bħala vittma, irrispettivament mir-riżorsi finanzjarji tagħhom, skont it-termini tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi Spanja tal-għajnuna legali bla ħlas.

Fi kwalunkwe każ, għajnuna legali bla ħlas immedjata hija ggarantita għall-vittmi kollha tat-terroriżmu li japplikaw għaliha. Id-dritt għal għajnuna legali ser jintilef jekk l-istatus tal-vittma ma jingħatax sussegwentement jew jekk tinħareġ liberazzjoni li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju disponibbli, jew jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fuq il-każ, bl-ebda obbligu li titħallas mill-ġdid l-ispiża ta’ kwalukwe benefiċċju li tgawdi minnu bla ħlas sa dak il-punt.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti, fejn ser jirċievu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għalihom u dwar il-proċeduri differenti biex jitolbuha.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalink li ġej.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Franza

Liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens għalih?

L-applikant irid juri li d-dannu mġarrab huwa r-riżultat ta’ fatti, volontarji jew xort’oħra, li jistgħu jikkostitwixxu reat kontra proprjetà jew persuni. Għaldaqstant, jista’ jinkiseb kumpens għal atti volontarji u mġiba ħażina jew negliġenti, kemm jekk min wettaq ir-reat ikun magħruf kif ukoll jekk le.

F’każ ta’ dannu għall-proprjetà, il-fatt irid jiġi kkwalifikat bħala serq, frodi, abbuż ta’ fiduċja, estorsjoni ta’ flus jew qerda, degradazzjoni jew deterjorament ta’ proprjetà.

Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda d-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadanni li jirriżultaw minn atti terroristiċi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaminn inċidenti tat-traffiku li jseħħu fit-territorju Franċiż, inċidenti tal-kaċċa, minn espożizzjoni għall-asbestos, mill-qerda ta’ vettura min-nar, jeżistu mekkaniżmi ta’ kumpens speċifiċi.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Tista’ tikseb kumpens sħiħ għad-danni li jirriżultaw minn korriment serju personali:

  • jekk kont vittma ta’ fatt li rriżulta f’diżabbiltà permanenti jew f’inkapaċità totali għax-xogħol ta’ xahar jew aktar, ta’ stupru, attakk sesswali, attakk sesswali fuq minuri, traffikar tal-bnedmin, ta’ skjavitù, ta’ xogħol furzat;
  • jew membru tal-familja tiegħek miet kawża ta’ dawn il-fatti.

Tista’ tikseb kumpens soġġett għal ċerti kundizzjonijiet u limitat sa ammont massimu jekk sofrejt korriment personali inqas serju jew reat kontra l-proprjetà:

  • korriment fiżiku li rriżulta f’inkapaċità totali għax-xogħol ta’ inqas minn xahar;
  • jew dannu materjali li jirriżulta minn fatti kkwalifikati bħala serq, frodi, abbuż ta’ fiduċja, estorsjoni ta’ flus jew qerda, degradazzjoni jew deterjorament ta’ proprjetà.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Iva, tista’ tikseb kumpens jekk inti membru tal-familja ta’ vittma u sofrejt dannu personali dovut għal dan ir-reat.

Il-kumpens jista’ jingħata lill-axxendenti (ġenituri, nanniet), lid-dixxendenti (tfal, neputijiet), lill-konjuġi, kif ukoll lill-kollaterali (aħwa) jew lil kull persuna li tista’ tagħti prova ta’ relazzjoni personali mal-vittma.

Nista' ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew persuna dipendenti ta' vittma li tkun baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Iva, tista’ tikseb kumpens jekk inti membru tal-familja ta’ vittma u sofrejt dannu personali dovut għal dan ir-reat.

Il-kumpens jista’ jingħata lill-axxendenti (ġenituri, nanniet), lid-dixxendenti (tfal, neputijiet), lill-konjuġi, kif ukoll lill-kollaterali (aħwa) jew lil kull persuna li tista’ tagħti prova ta’ relazzjoni personali mal-vittma.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, tista’ tingħata kumpens jekk m’intix ċittadin ta’ pajjiż tal-UE, sakemm il-fatti jkunu seħħew fit-territorju Franċiż.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew niġi minn hawnhekk (dan hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħi jew tan-nazzjonalità) anki jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista' nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, b'liema kundizzjonijiet?

Iva, tista’ tingħata kumpens bil-kundizzjonijiet tas-soltu jekk inti ċittadin Franċiż imma r-reat sar f’pajjiż ieħor.

Min-naħa l-oħra, ma tistax tingħata kumpens minn organizzazzjoni ta’ kumpens Franċiża jekk inti barrani u l-fatti seħħew f’pajjiż ieħor.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Le, mhuwiex obbligatorju li tressaq ilment lill-pulizija minn qabel biex titlob kumpens.

Madankollu, it-talba trid tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tal-applikazzjoni. Din għandha tkun akkumpanjata minn provi dokumentati li jindikaw b’mod partikolari d-data, il-post u ċ-ċirkustanzi tar-reat (l-irċevuta tal-preżentata tal-ilment, kwalunkwe dokument tal-proċedura kriminali, eċċ.).

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, mhemmx għalfejn tistenna li tintemm l-investigazzjoni tal-pulizija jew il-proċedura ġudizzjarja biex tagħmel it-talba tiegħek.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand min wettaq ir-reat - jekk ikunu ġew identifikati?

Le, mhemmx għalfejn l-ewwel titlob kumpens mingħand min wettaq ir-reat u jkun ġie identifikat f’każ ta’ korriment serju presonali (Ara 1.2).

F’każ ta’ korriment inqas serju personali jew dannu għall-proprjetà (Ara 1.2), għandu jiġu ppruvat li dak li ġie identifikat bħala li wettaq ir-reat huwa insolventi jew ma jistax iħallas id-dannu kollu. B’mod aktar ġenerali trid tiġġustifika li ma tistax tikseb kumpens effettiv u suffiċjenti għad-dannu tiegħek minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew minn kwalunkwe debitur ieħor.

Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Tista’ tingħata kumpens anki jekk min wettaq ir-reat mhuwiex magħruf jew ma nstabx ħati, sakemm jeżisti r-reat.

Madankollu, it-talba trid tinkludi l-informazzjoni meħtieġa għall-investigazzjoni tal-applikazzjoni. Din għandha tkun akkumpanjata minn provi dokumentati li jindikaw b’mod partikolari d-data, il-post u ċ-ċirkustanzi tar-reat (l-irċevuta tal-preżentata tal-ilment, kwalunkwe dokument tal-proċedura kriminali, eċċ.).

Hemm limitu ta’ żmien li fih nista’ nitlob kumpens?

Għandek tliet snin żmien mid-data tar-reat biex titlob kumpens. Dan jiġi estiż b’sena mid-data tal-aħħar deċiżjoni kriminali.

Jekk min wettaq ir-reat jiġi kkundannat għad-danni, iż-żmien jibda jiddekorri mill-avviż mogħti lill-vittma mill-qorti kriminali. Jekk min wettaq ir-reat jiġi kkundannat għad-danni, iż-żmien jibda jiddekorri mill-avviż mogħti mill-qorti.

F’każ li l-iskadenza tinqabeż, tista’ titqies raġuni leġittima mogħtija mill-vittma jew mis-suċċessuri tagħha.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ser ikopri:

a) għall-vittma tar-reat:

- danni materjali (mhux psikoloġiċi):

  • spejjeż mediċi ta’ korriment (trattament mediku - kura fl-isptar u kura ambulatorja, irkupru)
    Il-vittma diretta tal-korriment fiżiku tista’ tiġi kkumpensata tal-ispejjeż kollha tal-isptar, l-ispejjeż mediċi, paramediċi u farmaċewtiċi kollha (infermiera, fiżjoterapija, kura tal-għajnejn, terapija tad-diskors, eċċ.), liema spejjeż jitħallsu fil-parti l-kbira tagħhom mill-aġenziji soċjali.
    L-ispejjeż tas-saħħa futuri, li huma medikament prevedibbli u li jkunu meħtieġa minħabba l-kundizzjoni patoloġika tal-vittma wara li tirkupra saħħitha, ukoll jistgħu jiġu kkunsidrati.
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri l-kura u l-assistenza, trattament temporanju jew permanenti, edukazzjoni fiżjoterapewtika fit-tul, adattament tad-djar, għajnuniet speċjali eċċ.)
    L-ispejjeż tal-adattament tad-dar, tal-vettura u l-ispejjeż relatati mal-assistenza permanenti ta’ persuna terza jista’ jkunu kkumpensati.
    Jistgħu jitqiesu wkoll spejjeż mixxellanji relatati mal-konsegwenzi tal-korriment: spejjeż għall-indukrar tat-tfal, ta’ tindif tad-dar, ta’ trasport…
  • korrimenti irreversibbli (eż. invalidità u tipi oħra ta’ diżabbiltà permanenti
    In-nuqqas permanenti tal-funzjonijiet jikkumpensa l-konsegwenzi tal-ħsara li jibqgħu wara li wieħed jirkupra saħħtu: indeboliment tal-funzjonijiet fiżjoloġiċi, uġigħ permanenti, telf tal-kwalità tal-ħajja, telf tal-awtonomija… Meta dan jiġi kkonstatat, jista’ jiġi definit b’rata ta’ nuqqas funzjonali.
    • telf ta’ qligħ matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf ta’ kapaċità jew kapaċità mnaqqsa ta’ qligħ tal-għixien jew manutenzjoni mnaqqsa, eċċ.)
      Huma kkumpensati t-telf tal-qligħ professjonali kkonstatat, it-telf tal-qligħ professjonali futur, u l-impatt fuq l-impjieg: id-deprezzament fis-suq tax-xogħol, it-telf tal-opportunità professjonali, iż-żieda tad-diffikultajiet, l-obbligu ta’ taħriġ pofessjonali mill-ġdid…Id-dannu relatat mat-tagħlim fl-iskola, fl-università u mat-taħriġ jista’ wkoll jiġi vvalutat.
    • it-telf ta’ opportunità professjonali
    • nefqiet relatati ma’ proċeduri legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħal ħlasijiet legali, spejjeż tal-qorti)
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li sarilha l-ħsara
    • oħrajn

It-telf tal-opportunità professjonali jista’ jiġi kkumpensat bħala parti mill-impatt professjonali (Ara l-punt preċedenti).

L-ispejjeż proċedurali relatati mar-reat mhumiex koperti mill-kumpens innifsu. Madankollu, tista’ tingħata għajnuna legali biex wieħed jibbenefika minn ħlas totali jew parzjali mill-Istat tal-miżati u l-ispejjeż legali mġarrba matul il-proċeduri minn persuni b’riżorsi limitati. Din tingħata mingħajr kundizzjonijiet ta’ riżorsi għar-reati l-aktar serji (Ara l-lista Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 9-2 tal-Liġi Nru° 91-647 tal-10 ta’ Lulju 1991 dwar l-għajnuna legali).

Fil-prinċipju, id-dannu materjali mhuwiex ikkumpensat għall-korrimenti personali. Rigward id-dannu għall-proprjetà għar-reati msemmija qabel (Ara 1.2), il-kumpens huwa limitat għal € 4 575 (limitu ffissat mis-16 ta’ Jannar 2018) taħt xi kundizzjonijiet.

- dannu psikoloġiku (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma

Fid-dannu tiġi kkunsidrata t-tbatija kollha mġarrba it-tbatija fiżika u psikoloġika kollha kif ukoll disturbi assoċjati mill-ġurnata tal-fatti sa dik tal-irkupru tas-saħħa. Malli s-saħħa tiġi rkuprata, it-tbatija li tippersisti tiġi kkumpensata bħala nuqqas permanenti tal-funzjonijiet.

It-telf tal-opportunità fuq livell personali jista’ jitqies fid-dannu għall-istabbiliment, li jkopri t-telf tat-tama jew tal-opportunità ta’ twettiq ta’ pjan tal-ħajja tal-familja.

Id-dannu estetiku jippermetti li jitqiesu l-konsegwenzi personali ta' bidla fid-dehra fiżika.

It-telf ta' kumdità, maħsub biex ipatti għall-impossibbiltà ta’ persuna li terġa’ tibda attività sportiva jew rikreattiva, jista’ wkoll jiġi evalwat.

b) għas-suċċessuri jew għall-qraba tal-vittma:

- danni materjali (mhux psikoloġiċi):

  • spejjeż funerarji

L-ispejjeż funerarji u tad-difna jiġu mħallsa.

  • spejjeż mediċi (pereż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u tal-isptar, riabilitazzjoni)

Il-parti l-kbira tal-ispejjeż mediċi, inklużi għall-qraba, normalment jitħallsu mill-aġenziji soċjali. Ir-riperkussjoni patoloġika titqies mod ieħor fid-dannu għar-rabta affettiva (Ara aktar ’il fuq).

  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità

It-telf jew it-tnaqqis tad-dħul li jaffettwaw lill-qraba tal-vittma, minħabba l-mewt jew id-diżabbiltà tagħha, jistgħu jkunu kkumpensati, b’mod partikolari meta jkunu obbligati li jkunu kontinwament preżenti magħha u jitilqu xogħlhom temporanjament.

- dannu psikoloġiku:

  • uġigħ u t-tbatija ta’ qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens lis-superstiti jekk il-vittma mietet

Id-dannu għar-rabta affettiva jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mill-qraba wara l-mewt tal-vittma jew meta jaraw l-uġigħ u t-tbatija tal-vittma diretta meta din ikollha diżabbiltà serja.

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

L-ammont jista’ jitħallas f’darba jew f’forma ta’ annwalità. Jistgħu jsiru xi ħlasijiet ukoll waqt il-proċedura qabel il-kumpens finali.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi stess fir-rigward tar-reat, il-kondotta tiegħi jew nuqqas ta’ kooperazzjoni matul il-proċeduri ta’ kumpens jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

It-tort tal-vittma jista’ jiġġustifika l-esklużjoni jew it-tnaqqis tal-kumpens, pereżempju, f’każ ta’ insulti, parteċipazzjoni fi ġlieda jew f’attività kriminali. It-tort huwa invokabbli kontra s-suċċessuri tal-vittma mejta.

Madankollu, l-eżistenza ta’ rekord kriminali tal-vittma hija irrilevanti.

Matul il-proċedura ta’ kumpens, it-talba tiegħek għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti għall-investigazzjoni tagħha u l-provi dokumentati meħtieġa. Ikun jeħtieġ li tipprovdi dawk li jistgħu jintalbu aktar tard u li tipparteċipa fi kwalunkwe perizja meħtieġa.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

  • Korriment serju lill-persuna (Ara 1.2)

Is-sitwazzjoni finanzjarja mhijiex ikkunsidrata u tista’ tikseb kumpens sħiħ għad-dannu li jirriżulta mill-ħsara li tkun saritlek.

Madankollu jiġu kkunsidrati l-provvedimenti mħallsa mill-aġenziji soċjali, assoċjazzjonijiet mutwi u tal-assigurazzjoni.

  • Korriment inqas serju jew dannu lill-proprjetà (Ara 1.2)

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek titqies fi tliet livelli peress li jeħtieġ li:

  • ikollok riżorsi annwali ta’ inqas minn €18 300 (għar-riżorsi tal-2017) li magħhom huma inklużi pagamenti addizzjonali għad-dipendenti (dixxendenti, axxendenti).
  • ma tistax tikseb kumpens effettiv u suffiċjenti għad-dannu tiegħek minn kumpanija tal-assigurazzjoni jew minn kwalunkwe debitur ieħor;
  • tiġġustifika li tinsab f’sitwazzjoni materjali jew psikoloġika serja minħabba r-reat.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

Le

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Għad-danni serji lill-persuna, il-prinċipju huwa dak tal-kumpens sħiħ. Il-kumpens jiġi kkalkulat billi jitqies kull element tad-dannu.

Il-kalkolu jsir fuq bażi ta’ każ b’każ skont is-sitwazzjoni personali ta’ kull vittma u tal-provi dokumentati prodotti, billi għal ċerti elementi tad-dannu jiġu kkunsidrati skali indikattivi.

Il-kalkolu tal-kumpens għan-nuqqas permanenti tal-funzjonijiet jista’ jkun ibbażat pereżempju fuq skala indikattiva skont ir-rata ta’ nuqqas determinat mit-tabib u l-età tal-vittma.

Hemm xi limiti minimi/ammont massimu li jista’ jingħata?

Mhemmx minimu.

Mhemmx massimu għad-danni serji lill-persuna (Ara 1.2).

Rigward id-danni inqas serji jew danni għall-proprjetà (Ara 1.2), il-kumpens huwa limitat għal ammont massimu ffissat għal € 4 575 (ammont massimu mis-16 ta’ Jannar 2018).

Jien mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif għandu jiġi kkalkulat jew dwar aspetti oħra?

Iva, il-formola tat-talba għall-kumpens għandha tinkludi l-ammont mitlub. Madankollu, dan l-ammont huwa wieħed globali. Avukat jew assoċjazzjoni li tgħin lill-vittmi jistgħu jgħinuk tistabbilixxih.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (pereżempju mill-iskema ta' assigurazzjoni ta' min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata), dan jista' jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità / entità?

Jiġu kkunsidrati l-provvedimenti mħallsa mill-aġenziji soċjali, assoċjazzjonijiet mutwi u tal-assigurazzjoni...

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, b'liema kundizzjonijiet?

Iva, tista’ titlob ħlas bil-quddiem mill-kumpens (provvediment) f’kull ħin qabel il-proċedura.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Iva, tista' tressaq talba oħra għall-kumpens f'każ li d-dannu li sofrejt jaggrava jew minħabba kwalunkwe raġuni oħra leġittima li tiġġustifika.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

It-talba tal-applikant, indirizzata lir-reġistru tal-Kummissjoni għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità (commission d’indemnisation des victimes d’infractions - CIVI) tal-Qorti tal-Prim'Istanza kkonċernata, għandha tinkludi l-informazzjoni kollha utli għall-investigazzjoni tat-talba. Din għandha tkun akkumpanjata minn provi dokumentati, li jindikaw b'mod partikolari:

  • l-ismijiet, il-kunjom, id-data u l-post tat-twelid, l-impjieg, in-nazzjonalità u l-indirizz tal-applikant (ehmeż kopja tal-karta tal-identità nazzjonali, tal-karta ta' residenza, tal-passaport, eċċ.),
  • ir-relazzjoni mal-vittma (ehmeż kopja tal-ktieb tal-familja, dokument notarili, eċċ.),
  • id-data, il-post u ċ-ċirkustanzi tar-reat (ehmeż l-irċevuta tal-preżentata tal-ilment, kwalunkwe dokument tal-proċedura kriminali, eċċ.),
  • il-qorti li eventwalment qatgħet is-sentenza kontra min wettaq ir-reat (ehmeż kopja tas-sentenza),
  • it-tip ta' korriment, it-tul ta' żmien ta' waqfien mix-xogħol u l-effetti eventwali (ehmeż ċertifikati mediċi, ċertifikati ta' waqfien mix-xogħol, rapport tat-tabib),
  • l-organizzazzjonijiet soċjali pubbliċi jew privati li taħthom jaqa' l-applikant u li jistgħu jintervjenu (ehmeż kopja tal-karta tas-sigurtà soċjali),
  • it-talbiet bonarji ppreżentati u l-azzjonijiet legali diġà meħuda, kif ukoll is-somom diġà mħallsa lill-applikant (ehmeż il-provi tal-indennizzi ta' kuljum, tal-pensjoni, tal-annwalità, tal-ħlasijiet mingħand min wettaq ir-reat, mingħand l-assiguratur, eċċ.),
  • l-ammont tal-kumpens mitlub quddiem is-CIVI,
  • kont bankarju tal-applikant,
  • id-dokumenti ta' sostenn skont it-talbiet.

Meta t-talba għall-kumpens tirrigwarda l-kumpens għal danni inqas serji lill-persuna jew tal-ħsara materjali li tirriżulta minn serq, frodi, ksur tal-fiduċja, estorsjoni ta' fondi jew mill-qerda, id-degradazzjoni jew id-deterjorament ta' proprjetà, it-talba għandha tinkludi wkoll:

  • indikazzjoni tal-ammont tar-riżorsi tal-applikant (ehmeż l-avviż tat-taxxa tas-sena ta' qabel ir-reat u tas-sena ta' qabel il-preżentata tal-applikazzjoni),
  • il-provi li jistabbilixxu l-impossibbiltà li jinkiseb kumpens effettiv u suffiċjenti mod ieħor,
  • id-deskrizzjoni tas-sitwazzjoni materjali jew psikoloġika serja li rriżultat mir-reat.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

Mhemmx spejjeż. L-assistenza jew ir-rappreżentanza ta' avukat mhijiex obbligatorja. Il-miżati tal-avukat jitħallsu minnek sakemm ma tibbenefikax mill-għajnuna legali fid-dritt jew taħt xi kundizzjonijiet. L-ispejjeż sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Kummissjoni għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità (CIVI) huma koperti mill-ispejjeż tal-qorti u jitħallsu mill-Istat.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Kummissjonijiet għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità (CIVI) jiddeċiedu dwar il-kumpens lill-vittmi. Il-kumpens stabbilit mis-CIVI jitħallas mill-Fond ta' Garanzija għal-Atti ta' Terroriżmu u Reati Oħra (Fonds de Garantie des actes de terrorisme et d’autres infractions - FGTI).

F'dak li jirrigwarda Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-terroriżmu, il-Fond ta' Garanzija għal Atti ta' Terroriżmu u Reati Oħra(FGTI) jikkumpensa direttament lill-vittmi li jitolbuh, taħt is-superviżjoni tal-qorti (Qorti Reġjonali - TGI) li tista' tiġi adita f'każ ta' nuqqas ta' qbil.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

F'kull qorti reġjonali (TGI), il-Kummissjoni għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità (CIVI) tiddeċiedi dwar it-talbiet ta' kumpens ippreżentati mill-vittmi ta' reati jew mill-persuni intitolati.

Is-CIVI kompetenti hija dik tad-domiċilju tiegħek jew dik tal-post tal-qorti kriminali adita bir-reat meta jkun il-każ (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju). Inkella, dik tal-qorti reġjonali ta' Pariġi hija kompetenti jekk inti Franċiż residenti barra l-pajjiż u l-fatti seħħew barra l-pajjiż:

Tribunal de Grande Instance de Paris
4 Boulevard du Palais
75055 PARIS CEDEX 01 –Franza

F'dak li jirrigwarda Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-terroriżmu, it-talbiet għandhom jiġu indirizzati direttament lill-Fond ta' Garanzija għal Atti ta' Terroriżmu u Reati Oħra (FGTI):

64, rue Defrance
94682 Vincennes Cedex – Franza

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u / jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Ma għandekx bżonn tkun preżenti matul il-proċedura jew waqt is-seduta.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

It-talba tintbagħat malajr kemm jista' jkun mir-reġistru tas-CIVI lill-Fond ta' Garanzija.

Il-Fond ta' Garanzija jrid jippreżenta offerta lill-vittma fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-fajl komplut mibgħut mir-reġistru tas-CIVI.

Jekk il-vittma taċċetta l-offerta, ir-rapport tal-ftehim jintbagħat lill-President tas-CIVI għall-approvazzjoni. Jekk jiġi approvat, dan ir-rapport jista' jiġi implimentat. Id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-vittma u lill-Fond ta' Garanzija li jieħu ħsieb il-ħlas.

F'każ ta' rifjut raġunat mill-Fond ta' Garanzija, ta' rifjut tal-offerta mill-vittma, jew nuqqas ta' tweġiba mingħand il-vittma għall-offerta tal-Fond ta' Garanzija wara xahrejn, il-proċedura tinbidel f'waħda ġudizzjarja: imħallef jeżamina t-talba u jivverifika d-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti mressqa.

Il-Prosekutur tar-Repubblika u l-Fond ta' Garanzija jressqu l-kummenti tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel is-seduta. L-applikant u l-Fond ta' Garanzija għandhom jiġu msejħa tal-inqas xahrejn qabel.

Wara dibattitu f'seduta mhux pubblika, id-deċiżjoni tal-kumpens jew tar-rifjut mis-CIVI tiġi nnotifikata lill-applikant u lill-Fond ta' Garanzija li jħallas il-kumpens allokat fix-xahar ta' wara dik in-notifika.

F'dak li jirrigwarda Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidat-terroriżmu, il-Fond ta' Garanzija jħallas somma bil-quddiem fix-xahar ta' wara li jirċievi l-fajl komplut, jekk ikun eliġibbli. Il-Fond ta' Garanzija jagħmel offerta ta' kumpens lill-vittma (meta tkun irkuprat l-istat tagħha) jew lill-qraba tal-vittmi mejta fi żmien tliet xhur.

Jekk m’iniex sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk m'intix sodisfatt bid-deċiżjoni tas-CIVI, tista' titlob eżami ġdid mill-Qorti tal-Appell li taħtha taqa' s-CIVI.

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel talba?

L-informazzjoni u l-formoli huma disponibbli fis-siti tal-internet li ġejjin:

L- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassoċjazzjonijiet ta' għajnuna lill-vittmi jistgħu jgħinuk fil-passi tiegħek u jagħtuk l-informazzjoni meħtieġa.

Hemm xi helpline speċjali jew xi sit web li nista’ nuża?

Il-pjattaforma telefonika 116006 toffri appoġġ psikoloġiku u informazzjoni dwar id-drittijiet tiegħek bla ħlas u, b'mod ġenerali, takkumpanjak matul il-proċedura tiegħek il-ġimgħa kollha mid-9.00 a.m. sad-9.00 p.m. għal prezz ta' sejħa lokali:

fuq 01.41.83.42.08

minn Franza

+33.1.41.83.42.08 minn pajjiż ieħor

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida08victimes@france-victimes.fr

Is-siti tal-internet li ġejjin huma disponibbli:

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Tista’ tingħata għajnuna legali biex wieħed jibbenefika minn ħlas totali jew parzjali mill-Istat tal-miżati u l-ispejjeż legali mġarrba matul il-proċeduri minn persuni b’riżorsi limitati. Din tingħata mingħajr kundizzjonijiet ta’ riżorsi għar-reati l-aktar serji (Ara l-lista Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 9-2 tal-Liġi Nru° 91-647 tal-10 ta’ Lulju 1991 dwar l-għajnuna legali).

Ċerti strutturi ta' aċċess għad-dritt bħalma huma l-Maisons de la justice et du droit (MJD) jew il-Points d’accès au droit (PAD) jipprovdu pariri legali bla ħlas u jistgħu jgħinuk ukoll fi kwalunkwe pass li tieħu biex teżerċita dritt, tkun ta' liema nazzjonalità tkun, u jgħinuk waqt il-proċeduri mhux ġudizzjarji.

L-istess jgħodd għall- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassoċjazzjonijiet ta' għajnuna lill-vittmi, li joffru appoġġ legali bla ħlas.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaassoċjazzjonijiet ta' għajnuna lill-vittmi li jinsabu fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidauffiċċji tal-għajnuna lill-vittmi tal-qrati u fl-uffiċċji tagħhom stess, jistgħu jagħtuk għajnuna bla ħlas biex tipprepara t-talba għall-kumpens tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - il-Kroazja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Tista’ tapplika għal kumpens jekk tkun vittma ta’ reat intenzjonat vjolenti kommess fit-territorju Kroat li rriżulta f’dannu serju lill-ġisem jew ħsara serja għas-saħħa jew mewt.

Reat ta’ vjolenza huwa:

  1. Kwalunkwe reat imwettaq b’intenzjoni u bil-forza jew billi tinkiser l-integrità sesswali ta’ persuna oħra
  2. Kwalunkwe reat li jipperikola l-ħajja u l-proprjetà minħabba azzjoni ġeneralment meqjusa bħala perikoluża jew bl-użu ta’ strument li kkawża l-mewt, dannu serju lill-ġisem jew ħsara serja lis-saħħa ta’ persuna waħda jew aktar, u li ġie provdut mill-Kodiċi Kriminali bħala forma gravi ta’ reat intenzjonat fundamentali.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nikseb kumpens?

  • M’hemm l-ebda kumpens għal danni in ġenerali. Sabiex tikkwalifika għal kumpens, reat vjolenti jrid jirriżulta f’dannu serju lill-ġisem jew ħsara serja lis-saħħa jew mewt.
  • Il-vittmi immedjati huma intitolati għal kumpens għal telf ta’ qligħ sa HRK 35 000 jekk twettaq reat vjolenti li rriżulta f’dannu serju lill-ġisem jew ħsara serja lis-saħħa, u jekk – skont jekk jiġux sodisfatti l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha fl-Att – jista’ jiġi ppruvat li dan irriżulta f’telf ta’ qligħ.
  • Il-vittmi immedjati huma intitolati għal rimborż għal spejjeż mediċi jekk twettaq reat vjolenti li rriżulta f’dannu serju lill-ġisem jew ħsara serja lis-saħħa, u jekk – skont jekk jiġux sodisfatti l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha fl-Att – tista' tingħata prova li dan irriżulta fi spejjeż mediċi li l-vittma kellha tħallas hi stess. Dawn l-ispejjeż mediċi jistgħu jintalbu sal-livell limitu tal-kura tas-saħħa stabbilit fir-regolamenti dwar assigurazzjoni obbligatorja tal-kura tas-saħħa fir-Repubblika tal-Kroazja, sakemm dawn l-ispejjeż jiġu rikonoxxuti biss jekk il-vittma immedjata ma tkunx intitolata għal rimborż ta’ spejjeż fuq il-bażi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa.
  • Vittmi indiretti huma intitolati għal kumpens minħabba telf ta’ manteniment statutorju jekk il-vittma immedjata tkun mietet mill-konsegwenzi tar-reat vjolenti u jekk – skont jekk jiġux issodisfati l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha fl-Att – jista’ jiġi ppruvat li l-vittma indiretta tilfet dan il-manteniment statutorju. Jekk il-vittma indiretta tkun intitolata għall-benefiċċji mill-iskema obbligatorja tal-assigurazzjoni tal-pensjoni, imbagħad ma tkunx intitolata għal kumpens minħabba telf ta’ manteniment statutorju. Il-kumpens minħabba telf ta’ manteniment statutorju jista’ jiġi rikonoxxut sa total ta’ HRK 70 000 għall-vittmi indiretti kollha.
  • Persuni li ħallsu għall-ispejjeż tal-funeral ta’ persuna li mietet bħala vittma immedjata ta’ reat intenzjonat vjolenti huma intitolati għal rimborż tal-ispejjeż tal-funeral, u jekk – skont jekk jiġux issodisfati l-pattijiet u l-kondizzjonijiet l-oħra kollha fl-Att – jista’ jiġi ppruvat li huma koprew l-ispejjeż tal-funeral. L-ispejjeż tal-funerali jistgħu jiġu rikonoxxuti sa HRK 5 000.

Nista’ nikseb kumpens jekk inkun qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

  • IVA, qraba jew dipendenti ta’ vittmi ta’ reat mejta jistgħu jiksbu kumpens minħabba telf ta’ manteniment statutorju u rimborż tal-ispejjeż standard tal-funeral.
  • Il-liġi ssejjaħ lil dawn il-qraba jew membri tal-familja “vittmi indiretti”. Qraba jew membri tal-familja (jiġifieri vittmi indiretti bil-liġi) huma: konjuġi, sieħba, tfal, ġenituri, dawk li ġew adottati, dawk li adottaw, ommijiet tar-rispett, missirijiet tar-rispett, tfal tar-rispett u sieħba tal-istess sess li magħhom kienet tgħix il-vittma immedjata; nanniet u neputijiet biss jekk huma vittmi immedjati nfushom, meta kienu jgħixu b’mod permanenti flimkien u n-nanniet ħadu post il-ġenituri tal-vittma immedjata.
  • L-eżistenza ta’ sħubijiet mhux maritali u tal-istess sess hija vvalutata skont il-liġi tar-Repubblika tal-Kroazja.

Nista’ nikseb kumpens jekk inkun qarib jew dipendenti minn vittma li salvat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

  • LE, qraba jew membri tal-familja dipendenti ma jistgħux jiksbu kumpens jekk il-vittma salvat wara l-attakk.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

  • Il-kumpens huwa eliġibbli biss għal vittmi li huma ċittadini tal-Kroazja jew li joqogħdu fir-Repubblika tal-Kroazja, jiġifieri jekk huma ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE jew għandhom residenza permanenti fit-territorju tiegħu.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew jekk jien minn hawn (dan huwa pajjiż tar-residenza jew nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn seħħ ir-reat? Jekk iva, taħt liem kundizzjonijiet?

LE, il-vittma ma tistax titlob kumpens mir-Repubblika tal-Kroazja jekk ir-reat twettaq fit-territorju ta’ stat ieħor. Ir-Repubblika tal-Kroazja tħallas biss kumpens diment li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Att jiġu ssodisfati, u biss jekk ir-reat vjolenti jkun twettaq fit-territorju tiegħu (f’dan ir-rigward, ir-Repubblika tal-Kroazja ma tħallasx kumpens għal reati mwettqa f'pajjiż ieħor).

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

  • IVA, sabiex tkun tista’ titlob kumpens, ir-reat għandu jiġi rrappurtat jew reġistrat mal-pulizija jew mal-uffiċċju tal-prosekutur bħala reat.
  • Ċertifikat tal-pulizija li l-inċident ġie rreġistrat jew irrappurtat bħala reat irid jiġi sottomess mat-talba għall-kumpens.
  • Fuq it-talba tal-vittma, il-pulizija hija obbligata toħroġ ċertifikat li jikkonferma li l-inċident in kwistjoni kien irrappurtat jew irreġistrat bħala reat.

Għandi nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew proċedimenti kriminali qabel ma nista’ nitlob kumpens?

  • LE, m’għandekx tistenna lir-riżultat ta’ xi investigazzjonijiet tal-pulizija jew proċeduri kriminali.
  • Id-dritt għal talba jista’ jiġi eżerċitat irrispettivament mill-fatt jekk l-awtur tar-reat hux magħruf u jekk inbdewx proċeduri kriminali.

Għandi nfittex kumpens mill-ħati l-ewwel – jekk ġie identifikat?

  • LE, m’għandekx tfittex kumpens mill-ħati l-ewwel.
  • Sottomissjoni ta’ talba skont l-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità (Zakon o novčanoj naknadi žrtvama kaznenih djela, minn hawn ‘il quddiem: Att) ma jeskludix id-dritt tal-vittma li teżerċita d-dritt li tirċievi kumpens mingħand il-ħati;
  • Meta l-vittma tkun issottomettiet talba skont l-Att, u eżerċitat id-dritt li tirċievi kumpens direttament mingħand il-ħati, dan il-kumpens huwa inkluż fil-kumpens mitlub mill-vittma skont l-Att;
  • Jekk il-kumpens riċevut mill-ħati jissodisfa kompletament it-talba, it-talba mressqa skont l-Att hija miċħuda. Jekk il-proċedimenti dwar din it-talba jkunu diġà ġew konklużi, iżda l-ħlas ikun għadu ma sarx, tittieħed deċiżjoni biex il-kumpens ma jitħallasx;
  • Jekk l-istat diġà għamel ħlas lill-vittma skont l-Att, u l-vittma tirċievi kumpens sħiħ jew parzjali mill-ħati, allura l-istat għandu d-dritt għal rikors kontra l-vittma, għall-ammont irċevut direttament mingħand il-ħati, iżda sa massimu tal-ammont li ħallas lill-vittma.
  • Malli tirċievi ħlas ta’ kumpens mill-istat skont l-Att, il-vittma ma tibqax intitolata li titlob dan il-kumpens mill-ħati, peress li issa l-istat għandu d-dritt għal rikors kontra l-ħati.

Jekk il-ħati ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, nista’ nikkwalifika għall-kumpens xorta? Jekk iva, liema evidenza għandi bżonn nippreżenta bħala sostenn għat-talba tiegħi?

  • IVA, r-rikorrent għandu jinkludi d-dokumenti kollha ġeneralment meħtieġa li jsostnu t-talba tiegħu għal kumpens, li huma elenkati fil-formola tat-talba uffiċjali li tiġi sottomessa irrispettivament mill-fatt jekk il-ħati jkunx ġie identifikat jew ikkundannat jew jekk ikunux inbdew il-proċedimenti kriminali.
  • B’mod ġenerali, it-talba hija appoġġata minn: ċertifikat tal-pulizija li l-inċident ġie rreġistrat jew irrappurtat bħala reat, prova tan-nazzjonalità, ċertifikat ta’ residenza, ċertifikat tal-mewt tal-vittma, dikjarazzjoni ċċertifikata tar-rikorrent li d-dritt li jirċievi kumpens skont L-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità ma ġiex eżerċitat fuq bażi legali differenti, id-dokumenti mediċi tal-vittma li fuq il-bażi tagħhom jintalab kumpens (formola ta’ applikazzjoni tal-isptar, konklużjonijiet u rapporti mediċi, rapport tal-ħruġ mill-isptar, rapport tal-leave minħabba mard, irċevuti relatati mas-saħħa), irċevuti għall-ispejjeż standard tal-funeral, ċertifikati jew dokumenti rilevanti oħra li jistgħu jkunu sinifikanti meta jiġi deċiż il-kumpens.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

  • IVA, it-talba trid tiġi sottomessa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-jum meta r-reat iddikjarat fl-applikazzjoni jkun twettaq.
  • Jekk il-vittma ma setgħetx tissottometti t-talba f’dak il-perjodu ta’ żmien għal raġunijiet iġġustifikati, it-talba għandha tiġi sottomessa mhux aktar minn tliet xhur mid-data meta r-raġunijiet iġġustifikati waqfu, u mhux aktar minn tliet snin mill-jum li r-reat ġie kommess. (Il-vittma jeħtiġilha tiddikjara u turi r-raġunijiet ġustifikati)
  • Jekk il-vittma hija minuri jew persuna mċaħħda mill-kapaċità legali u r-rappreżentant legali tagħha ma jkunx issottometta talba fi żmien 6 xhur mid-data li fiha twettaq ir-reat, l-iskadenza ta’ sitt xhur tibda mill-ġurnata li fiha l-persuna tilħaq l-età ta’ 18-il sena jew mill-jum meta, wara li l-vittma tkun saret adult, inbdew il-proċedimenti kriminali, jew mill-ġurnata meta l-kapaċità legali tal-persuna ġiet restawrata.

X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

(a) Għall-vittma tar-reat:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż mediċi tal-korriment (kura medika — trattament ambulatorju u fl-isptar, irkupru)
    • Il-vittma immedjata għandha d-dritt għal kumpens tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li jammontaw għal-limitu tal-kura tas-saħħa stabbilit fir-regolamenti dwar assigurazzjoni obbligatorja tal-kura tas-saħħa fir-Repubblika tal-Kroazja. Dawn l-ispejjeż huma rikonoxxuti biss jekk il-vittma immedjata ma tkunx intitolata għal rimborż ta’ spejjeż fuq il-bażi ta’ assigurazzjoni tas-saħħa.
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija ta’ edukazzjoni fit-tul, adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.)
    • Ara r-risposta għall-ewwel punt (dritt għal kumpens tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li jammontaw għal-limitu tal-kura tas-saħħa stabbilit fir-regolamenti dwar assigurazzjoni obbligatorja tal-kura tas-saħħa fir-Repubblika tal-Kroazja.).
  • korrimenti permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħrajn)
    • telf ta’ qligħ waqt kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.).
  • Il-vittmi immedjati huma intitolati għal kumpens għall-qligħ mitluf, li jingħata bħala pagament uniku li jammonta għal massimu ta’ HRK 35 000.
    • telf ta’ opportunità
    • spejjeż marbutin mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-korriment, pereżempju tariffi legali u spejjeż tal-qorti)
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara
    • Oħrajn.

- Dannu psikoloġiku (morali):

  • LE
    • uġigħ u tbatija tal-vittma
  • LE

(b) Għall-persuni intitolati jew qraba tal-vittma:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż tal-funeral
Spejjeż tal-funeral standard li jammontaw għal massimu ta’ HRK 5 000.
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulatorju u fl-isptar, riabilitazzjoni)
  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità

Vittmi indiretti li jirċievu manteniment mill-vittma immedjata li mietet bħala riżultat tal-konsegwenzi tar-reat vjolenti għandhom id-dritt għal kumpens minħabba telf ta’ manteniment legali. Dan il-kumpens jingħata bħala pagament uniku fuq il-bażi ta’ kalkoli attwarji li jibdew mill-pensjoni tal-familja l-iktar baxxa taħt l-Att tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni (Zakon o mirovinskom osiguranju) ikkalkulat skont reġistru ta’ ħames snin ta’ xogħol u l-perjodu mistenni ta’ manteniment tal-vittma indiretta. Il-kumpens jingħata biss jekk il-vittma indiretta ma tkunx intitolata għall-benefiċċji mill-assigurazzjoni statutorja tal-pensjoni. Il-kumpens jista’ jingħata sa massimu ta’ HRK 70 000 għall-vittmi indiretti kollha.

- Dannu psikoloġiku:

  • LE
    • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens lis-superstiti jekk il-vittma tkun mietet
  • LE

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti fix-xahar?

  • Il-kumpens isir f’pagament wieħed.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u / jew l-ammont li nirċievi?

  • Meta tittieħed deċiżjoni dwar id-dritt għal kumpens, jitqiesu l-azzjonijiet tal-vittma immedjata qabel, fil-mument ta’ u wara li jkun sar ir-reat; ir-rwol tal-vittma immedjata fir-rigward tal-okkorrenza u l-ammont tad-dannu; jekk il-vittma immedjata irrapportatx u f’liema perjodu ta’ żmien irrapportat ir-reat lill-awtoritajiet kompetenti, sakemm ma setgħetx tagħmel dan minħabba raġunijiet iġġustifikati; il-kooperazzjoni tal-vittma immedjata mal-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti sabiex il-ħati jitressaq quddiem il-ġustizzja; il-vittma immedjata li kkontribwiet għad-dannu li seħħ jew li żiedet l-ammont tad-dannu hija intitolata biss għal kumpens imnaqqas b’mod proporzjonali.
  • It-talba għal kumpens għandha tiġi miċħuda fejn jinstab li l-vittma hija involuta fil-kriminalità organizzata, jew assoċjata ma’ organizzazzjoni kriminali;
  • Il-kumpens jista’ jiġi miċħud jew imnaqqas fejn l-għoti ta’ kumpens sħiħ jopponi l-prinċipju tal-ġustizzja, il-moral jew tal-liġi u l-ordni;
  • L-imġiba tal-vittma immedjata titqies meta tittieħed deċiżjoni dwar id-dritt tal-vittma indiretta għal kumpens.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

  • LE
  • Iċ-ċirkostanzi finanzjarji, jiġifieri dawk eżistenzjali, tar-rikorrent ma jaffettwawx, fil-prinċipju, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, madankollu, meta tittieħed deċiżjoni dwar il-kumpens għal telf ta’ manutenzjoni legali, iċ-ċirkostanzi finanzjarji jistgħu jaffettwaw iċ-ċansijiet li tirċievi kumpens.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

  • IVA
  • Meta tittieħed deċiżjoni dwar id-dritt għal kumpens, jitqiesu l-azzjonijiet tal-vittma immedjata qabel, fil-mument ta’ u wara li jkun sar ir-reat; ir-rwol tal-vittma immedjata fir-rigward tal-okkorrenza u l-ammont tad-dannu; jekk il-vittma immedjata irrapportatx u f’liema perjodu ta’ żmien irrapportat ir-reat lill-awtoritajiet kompetenti, sakemm ma setgħetx tagħmel dan minħabba raġunijiet iġġustifikati; il-kooperazzjoni tal-vittma immedjata mal-pulizija u l-awtoritajiet kompetenti sabiex il-ħati jitressaq quddiem il-ġustizzja; il-vittma immedjata li kkontribwiet għad-dannu li seħħ jew li żiedet l-ammont tad-dannu hija intitolata biss għal kumpens imnaqqas b’mod proporzjonali.
  • It-talba għal kumpens għandha tiġi miċħuda fejn jinstab li l-vittma hija involuta fil-kriminalità organizzata, jew assoċjata ma’ organizzazzjoni kriminali;
  • Il-kumpens jista’ jiġi miċħud jew imnaqqas fejn l-għoti ta’ kumpens sħiħ jopponi l-prinċipju tal-ġustizzja, il-moral jew tal-liġi u l-ordni.
  • L-imġiba tal-vittma immedjata titqies meta tittieħed deċiżjoni dwar id-dritt tal-vittma indiretta għal kumpens.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

  • Il-kumpens finanzjarju jiġi kkalkulat billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi ta’ kull każ individwali, ir-rikorrent irid jagħti prova li ġew issodisfati r-rekwiżiti legali u li nġarrbu spejjeż speċifiċi jew telf, jiġifieri danni.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

  • Il-liġi ma tipprevedix ammont minimu li jista’ jingħata (iżda l-liġi tillimita l-ammont massimu li jista’ jingħata).

Inkun mistenni nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nista’ nikseb xi struzzjonijiet dwar kif tikkalkulah jew dwar aspetti oħrajn?

  • IVA, ir-rikorrenti mistennija jikkwotaw l-ammont li qed jitolbu.
  • L-istruzzjonijiet dwar kif jiġi kkalkulat l-ammont mhumiex mogħtija (ir-rikorrent jeħtieġlu juri l-ispejjeż jew it-telf mitlub).

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew imħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

  • F’xi każijiet IVA, f’oħrajn LE, skont is-sors tal-kumpens irċevut.
  • Il-kumpens irċevut fuq il-bażi ta’ saħħa, pensjoni jew assigurazzjoni u sorsi oħra huwa kkalkulat fil-bażi ta’ kumpens xieraq, sabiex il-kumpens mogħti lill-vittma jikkonsisti fid-differenza bejn il-kumpens totali li l-vittma hija intitolata għalih skont l-Att tal-Kumpens għall-Vittmi tal-Kriminalità (minn hawn ‘il quddiem l-Att) u f’dak li l-vittma tirċievi għal raġuni waħda jew aktar.
  • Assigurazzjoni volontarja mħallsa mill-vittma immedjata jew indiretta mhix inkluża fl-ammont ta’ kumpens.
  • Ladarba l-vittma tirċievi kumpens direttament mingħand il-ħati, dan ikun inkluż fil-kumpens mitlub mir-Repubblika tal-Kroazja; Meta l-kumpens irċevut mill-ħati jissodisfa għalkollox it-talba, it-talba tkun miċħuda; Meta l-kumpens irċevut mill-ħati jissodisfa għalkollox it-talba, jekk il-proċedimenti ġew konklużi, iżda l-ħlas għadu ma sarx, tingħata deċiżjoni biex il-kumpens ma jitħallasx lill-vittma.
  • Jekk l-istat diġà għamel ħlas lill-vittma skont l-Att, u l-vittma tirċievi kumpens sħiħ jew parzjali mill-ħati, allura l-istat għandu d-dritt għal rikors kontra l-vittma, għall-ammont irċevut direttament mingħand il-ħati, iżda sa massimu tal-ammont li ħallas lill-vittma.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liem kundizzjonijiet?

  • LE

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara eż. tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

  • L-Att dwar il-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità ma jipprovdix għal kumpens kumplimentari jew addizzjonali.

X'inhuma d-dokumenti ta’ sostenn li għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

  • Id-dokumenti ta’ sostenn li għandhom jiġu inklużi mat-talba huma elenkati fil-formola uffiċjali. It-talba tiġi sostnuta bi: prova tan-nazzjonalità, ċertifikat ta’ residenza, ċertifikat tal-mewt tal-vittma, ċertifikat tal-pulizija li l-inċident ġie rreġistrat jew irrappurtat bħala reat, dikjarazzjoni ċċertifikata tal-rikorrent li d-dritt li jirċievi kumpens skont L-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità ma ġiex eżerċitat fuq bażi legali differenti, id-dokumenti mediċi tal-vittma li fuq il-bażi tagħhom jintalab kumpens (formola ta’ applikazzjoni tal-isptar, konklużjonijiet u rapporti mediċi, rapport tal-ħruġ mill-isptar, rapport tal-leave minħabba mard, irċevuti relatati mas-saħħa), irċevuti għall-ispejjeż standard tal-funeral, ċertifikati jew dokumenti rilevanti oħra li jistgħu jkunu sinifikanti meta jiġi deċiż il-kumpens.
  • Id-dokumenti msemmija hawn fuq huma sottomessi fil-kopja oriġinali jew permezz ta’ kopja ċċertifikata.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

  • M’hemmx imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu fil-proċess tat-talba taħt l-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

  • L-awtorità kompetenti li tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens minn vittmi tal-kriminalità skont l-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità, fejn jitħallas kumpens mill-baġit nazzjonali hija l-“Kumitat għall-Kumpens ta’ Vittmi tal-Kriminalità” (Odbor za novčanu naknadu žrtvama kaznenih djela).
  • Jekk il-kumpens mill-ħati jintalab permezz ta’ azzjoni legali matul il-proċedimenti kriminali, l-ilment li jipprova jidħol f’azzjoni ċivili għal proċedimenti għal ħsarat, jiġi sottomess lill-qorti kompetenti li quddiemha jkunu pendenti l-proċedimenti kriminali kontra l-ħati.
  • Il-vittma tista’ wkoll tagħżel li tressaq azzjoni biex tfittex kumpens mill-ħati f’kawża quddiem il-qorti kompetenti.

Fejn nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

  • It-talba għal kumpens ta’ vittmi ta’ reat skont l-Att dwar il-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità tiġi sottomessa lill-Kumitat għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità, jiġifieri l-ministeru responsabbli għall-ġustizzja.

Republic of Croatia
Ministarstvo pravosuđa
Ulica Grada Vukovara 49
10000 ZAGREB

  • Jekk il-kumpens mill-ħati jintalab permezz ta’ azzjoni legali matul il-proċedimenti kriminali, l-ilment li jipprova jidħol f’azzjoni ċivili għal proċedimenti għal ħsarat, jiġi sottomess lill-qorti kompetenti li quddiemha jkunu pendenti l-proċedimenti kriminali kontra l-ħati.
  • Il-vittma tista’ wkoll tagħżel li tressaq azzjoni biex tfittex kumpens mill-ħati f’kawża quddiem il-qorti kompetenti.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

  • Bħala regola, fil-proċedura tat-talba għall-vittmi tal-kriminalità, it-tweġiba hija LE, iżda skont il-każ, l-awtorità kompetenti, jiġifieri “l-Kumitat”, tista’ b’deroga titlob, jekk ikollha bżonn ta’ dan sabiex tieħu deċiżjoni, lill-partijiet, lix-xhieda jew lill-qorti jinnominaw esperti biex jixhdu quddiem il-qorti.

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

  • L-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar talba fi żmien 60 jum jekk it-talba tkun sħiħa u kif suppost (jekk id-dokumenti kollha meħtieġa jkunu nkisbu u ġew sottomessi, l-informazzjoni u l-evidenza kollha meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni). Madankollu, jekk it-talba ma tkunx kompluta, iż-żmien meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni jista’ jkun itwal.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

  • Ma jista’ jitressaq l-ebda appell kontra d-deċiżjoni, madankollu, ir-rikorrent jista’ jressaq appell amministrattiv billi jissottometti lment amministrattiv lill-qorti amministrattiva kompetenti fi żmien 30 jum minn meta tiġi notifikata d-deċiżjoni.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta l-pretensjoni?

  • Il-formola u l-informazzjoni huma disponibbli fi kwalunkwe għassa tal-pulizija, fl-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku, fil-qrati muniċipali u tal-kontea u f’forma elettronika fuq is-sit uffiċjali tal-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministarstvo pravosuđa), Ministeru għall-Intern (Ministarstvo unutarnjih poslova), l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja (Državno odvjetništvo RH) u l-qrati muniċipali u tal-kontea.
  • L-informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel il-hotline taċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali għall-Vittmi ta’ Reati u Reati Minuri (Nacionalni pozivni centar za žrtve kaznenih djela i prekršaja) 116-006.
  • Il-pulizija, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku u l-qrati jridu jipprovdu informazzjoni dwar id-dritt għal kumpens u l-korp li għalih il-parti tista’ tapplika biex teżerċita dawn id-drittijiet lill-persuni kollha li, skont l-Att tal-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità, għandhom id-dritt li jfittxu kumpens mir-Repubblika tal-Kroazja.
  • Il-pulizija, l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi u l-ministeru responsabbli għall-ġustizzja jridu joħorġu l-formoli meħtieġa biex jissottomettu talba lill-persuni kollha li skont l-Att għandhom id-dritt għal kumpens, u fuq talba għandhom jipprovdu istruzzjonijiet u informazzjoni ġenerali dwar kif timla l-formola għat-talba u liema dokumenti ta’ sostenn għandhom jiġu inklużi fit-talba.
  • Il-Ministeru għall-Ġustizzja ħareġ fuljett disponibbli bil-Kroat u bl-Ingliż li fih l-informazzjoni kollha dwar id-dritt għal kumpens, ir-rekwiżiti u kif teżerċita dan id-dritt. Il-fuljetti u l-formoli tat-talbiet ġew ippubblikati bil-Kroat u bl-Ingliż fuq is-siti web tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Ministeru tal-Intern.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

  • Jekk it-talba ma tkunx kompluta, tkun inkomprensibbli jew illeġibbli mhux se tiġi miċħuda minħabba dawn ir-raġunijiet, iżda r-rikorrent jiġi infurmat kif tista’ titjieb jew tiġi ssupplimentata. F’dak is-sens, din tista’ titqies bħala għajnuna/assistenza lir-rikorrent.
  • Ir-rikorrent jista’ jqabbad persuna awtorizzata jew avukat fit-tħejjija tat-talba jew għar-rappreżentazzjoni fil-proċedimenti (bi spejjeż tagħhom stess).
  • Informazzjoni u għajnuna biex timtela l-Formola ta’ Talba għall-Kumpens hija disponibbli f’kull għassa tal-pulizija, fl-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku, fil-qrati muniċipali u tal-kontea jew billi ċċempel il-helpline bla ħlas taċ-Ċentru Telefoniku Nazzjonali għal Vittmi ta’ Reati u Reati Minuri 116-006.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

  • IVA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

X'inhu r-rwol tal-awtorità ta’ għajnuna?

  • L-awtorità ta’ għajnuna hija l-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja u lir-rikorrent jista’ jissottometti talba lil din l-awtorità f’tali avvenimenti
  • (imsejħa każijiet transfruntiera (prekogranični slučajevi) skont il-Liġi Kroata)
  • L-awtorità ta’ għajnuna ser, kemm jista’ jkun malajr, tissottometti t-talba u l-annessi tagħha lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż fejn ir-rikorrent jitlob kumpens, fil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż jew f’lingwa oħra meqjusa aċċettabbli mill-pajjiż ikkonċernat.
  • It-talba msemmija hawn fuq se tiġi sottomessa bl-użu tal-formola preskritta mill-Kummissjoni Ewropea.
  • Jekk l-awtorità responsabbli biex tiddeċiedi dwar it-talba fil-pajjiż in kwistjoni titlob li r-rikorrent, ix-xhieda, l-esperti maħtura mill-qorti jew persuni oħra jinstemgħu fir-Repubblika tal-Kroazja, dan isir mill-Kumitat għall-Kumpens ta’ Vittmi tal-Kriminalità, li mbagħad jissottometti rapport dwar is-seduta lill-awtorità ta’ pajjiż ieħor responsabbli biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba.
  • Jekk l-awtorità tal-pajjiż l-ieħor li tkun responsabbli biex tieħu deċiżjoni dwar it-talba titlob li s-seduta ssir bl-użu ta’ għajnuniet tekniċi, is-seduta ssir f’kooperazzjoni mal-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja bil-kondizzjoni li l-persuna li ser tinstema’ taqbel ma’ din il-proċedura.

Din l-awtorità ser tittraduċi d-dokumenti ta’ sostenn, jekk it-talba li toħroġ teħtieġ dan? Jekk iva, min iħallas għal dan?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja, bħala l-awtorità ta’ għajnuna, għandu jittraduċi t-talba fil-lingwa tal-pajjiż li minnu jintalab il-kumpens, jew f’lingwa oħra magħżula bħala l-lingwa tal-komunikazzjoni mill-pajjiż ikkonċernat.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra?

  • M’hemmx ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntiera?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://pravosudje.gov.hr/o-ministarstvu/djelokrug-6366/iz-pravosudnog-sustava-6372/podrska-zrtvama-i-svjedocima/6156

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anke f’każijiet transfruntiera (mingħajr ma jkolli bżonn immur permezz tal-awtorità ta’ għajnuna f’pajjiżi)?

Iva, billi tissottometti t-talba lill-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja direttament jew bil-posta reġistrata.

B’liema lingwa/i l-awtorità/awtoritajiet tal-kumpens jaċċettaw:

Jekk l-awtorità għal kumpens tittraduċi t-talba/d-dokumenti ta’ prova minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għal dan?

  • L-awtorità li tiddeċiedi ma tittraduċix it-talba jew id-dokumenti ta’ sostenn u ma tkoprix l-ispejjeż tat-traduzzjoni.

Hemm ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (irċevuti minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallas dawn?

L-ebda ħlas amministrattiv jew ħlas ieħor m’għandu jitħallas fil-proċedimenti ta’ din it-talba.

Jekk hemm bżonn li nkun preżenti waqt il-proċediment u/jew meta t-talba tiegħi qed tiġi deċiża, nista’ nitħallas lura għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar? Kif nista’ nitlobhom? Lil min għandi nikkuntattja?

  • Jekk il-Kumitat għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità jiddeċiedi li jsejjaħ lir-rikorrent għal seduta jew jipparteċipa fil-proċedimenti personalment, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-rikorrent jitħallsu lura.
  • Bħala regola, matul il-proċedimenti u waqt li tkun qed tittieħed deċiżjoni, il-preżenza tar-rikorrent mhix meħtieġa, u jekk ir-rikorrent, ix-xhieda, l-esperti maħtura mill-qorti jew persuni oħra jeħtiġilhom jinstemgħu, il-Kumitat għall-Kumpens ta’ Vittmi tal-Kriminalità bħala l-awtorità li tiddeċiedi jista’ titlob lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor tal-UE, fejn ġiet sottomessa t-talba ta’ kumpens, biex twettaq dawn l-azzjonijiet.
  • Barra minn hekk, is-seduta meħtieġa minn proċedura bħal din tista’ ssir bl-użu ta’ għajnuniet tekniċi, inkluża t-teknoloġija tal-kompjuter, in-networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u l-għajnuniet oħra tat-trażmissjoni tal-immaġini u l-ħsejjes. F’dak il-każ is-seduta ser titmexxa mill-Kumitat għall-Kumpens tal-Vittmi tal-Kriminalità, jiġifieri l-awtorità li tiddeċiedi.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

  • Iva

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew l-istat ta’ saħħa / il-korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

  • Id-dokumenti mediċi barranin huma aċċettati, madankollu, il-Kumitat għall-Kumpens ta’ Vittmi tal-Kriminalità, bħala l-awtorità li tiddeċiedi, tivverifika u tivvaluta d-dokumenti mediċi u, jekk meħtieġ, tista’ tordna li jinkiseb rapport ta’ espert mediku.

Ningħata l-flus lura għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

  • Le

Kemm tieħu żmien, bejn wieħed u ieħor, biex l-awtorità/l-entità tiddeċiedi dwar kumpens?

  • L-awtorità kompetenti tasal għal deċiżjoni dwar talba, bejn wieħed u ieħor, fi żmien 60 jum jekk it-talba tkun sħiħa u kif suppost (jekk id-dokumenti kollha meħtieġa jkunu nkisbu u ġew sottomessi, l-informazzjoni u l-evidenza kollha meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni). Madankollu, jekk it-talba ma tkunx kompluta, iż-żmien meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni jista’ jkun itwal.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

  • Id-deċiżjoni dwar it-talba tkun bil-lingwa Kroata.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

  • Ma jista’ jitressaq l-ebda appell kontra d-deċiżjoni, madankollu, ir-rikorrent jista’ jressaq appell amministrattiv billi jissottometti lment amministrattiv lill-qorti amministrattiva kompetenti fi żmien 30 jum minn meta tiġi notifikata d-deċiżjoni.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

  • Le

F’dan il-pajjiż, hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’każ transfruntiera?

  • Iva
L-aħħar aġġornament: 10/02/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Italja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Tista’ titlob kumpens mill-Istat għar-reati kollha li jsiru intenzjonalment bi vjolenza kontra l-persuna, u fi kwalunkwe każ għall-intermedjazzjoni illegali u għall-isfruttament ta’ ħaddiema definit fl-Artikolu 603-bis tal-Kodiċi Kriminali, iżda minbarra attakk (percosse) u offiża fuq il-persuna (lesioni) kif imsemmijin fl-Artikoli 581 u 582 tal-Kodiċi sakemm ma jkunx hemm preżenti ċirkostanzi aggravanti previsti mill-Artikolu 583 (jiġifieri, jekk ir-reati jirriżultaw fil-konsegwenzi serji ħafna enumerati speċifikament).

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

Tista’ titlob kumpens biss għal spejjeż mediċi u tal-assistenza, ħlief f’każijiet ta’ attakk sesswali, ta’ omiċidju, ta’ offiża serja ħafna fuq il-persuna u ta’ sfreġju kkawżat minn korrimenti personali fil-wiċċ, f’liema każ il-vittmi jitħallsu ammont fiss ta’ kumpens iddeterminat minn Digriet Ministerjali anke jekk ma jkun hemm l-ebda spiża medika jew tal-assistenza x’titħallas.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b'riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Il-persuni intitolati għal kumpens huma l-parti leża (il-vittma), jew, jekk il-vittma mietet, il-konjuġi u t-tfal superstiti tagħha; jekk il-vittma ma kellhiex konjuġi jew tfal, il-kumpens ikun pagabbli lill-ġenituri tagħha, u fin-nuqqas tal-ġenituri tagħha, lill-aħwa koabitanti li kienu dipendenti fuq il-vittma meta twettaq ir-reat. Parti fi sħubija ċivili bejn persuni tal-istess sess tiġi ttrattata bl-istess mod bħal konjuġi. Jekk il-vittma ma kinitx miżżewġa jew fi sħubija ċivili, konkubin li kellu tfal mal-vittma jew li kien jikkoabita mal-vittma fit-3 snin qabel it-twettiq tar-reat jiġi ttrattat bl-istess mod bħal konjuġi. Jekk ikun hemm aktar minn rikorrent wieħed, il-kumpens jinqasam f’ishma skont id-drittijiet rispettivi tas-suċċessjoni tagħhom.

L-intitolament ta’ persuna għal kumpens huwa limitat f’ċerti każijiet:

  • meta l-vittma (jew persuna intitolata oħra) kienet kompliċi, intenzjonalment jew b’negliġenza kolpevoli, fit-twettiq tar-reat jew ta’ reati oħra assoċjati miegħu fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 12 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali;
  • meta l-vittma tkun ġiet ikkundannata, minn sentenza finali, għal xi waħda mir-reati msemmija fl-Artikolu 407(2)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jew ta’ reati li twettqu bi ksur tal-leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu u evażjoni tal-VAT, jew meta tiġi ppreżentata t-talba, tkun is-suġġett tal-proċedimenti kriminali għal xi waħda minn dawn ir-reati.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Jekk il-vittma tibqa’ ħajja, il-membri tal-familja tal-vittma għandhom id-dritt jieħdu azzjoni direttament kontra l-awtur tar-reat (l-Artikoli 2043 u 2059 tal-Kodiċi Ċivili) għall-ħsara indiretta (mhux materjali) li jkunu sofrew bħala riżultat tad-dannu inflitt fuq il-qarib tagħhom; f’dan il-każ, madankollu, il-liġi fis-seħħ ma titlobx xi kumpens min-naħa tal-Istat (il-Liġi Nru 122/2016, kif emendata mil-Liġi Nru 167/2017). Il-leġiżlazzjoni dwar il-vittmi ta’ reati vjolenti tipprevedi benefiċċji għal persuni bħal dawn biss meta jkunu superstiti ta’ vittma primarja li mietet.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Il-kumpens jista’ jingħata kemm lir-rikorrenti li jgħixu fi Stat Membru tal-UE minbarra l-Italja kif ukoll lil rikorrenti li jgħixu fl-Italja.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Il-vittma tista’ tippreżenta talba għal kumpens fl-Italja lill-awtoritajiet ta’ deċiżjoni Taljani diment li r-reat ikun seħħ fl-Italja.

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

Le, iżda t-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa (decisione che ha definito il giudizio per essere ignoto l'autore del reato), jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Jekk jogħġbok ara hawn fuq:

It-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat twettaq minn persuna jew persuni mhux magħrufa, jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand min wettaq ir-reat – jekk ikun ġie identifikat?

Kif deskritt hawn fuq, it-talba għal kumpens għandha tiġi akkumpanjata minn dokumentazzjoni li turi li l-proċedimenti għall-irkupru tal-ħsarat minn awtur tar-reat ma rnexxewx, jew li l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni ma kienx ta’ suċċess, jew li l-kundanna kriminali saret finali.

Din il-kundizzjoni ma tapplikax meta l-awtur tar-reat jibqa’ mhux identifikat, jew meta l-awtur tar-reat ikun applika għal għajnuna legali mħallsa mill-Istat fi proċedimenti kriminali jew ċivili li fiha seta’ jinżamm responsabbli, u jingħata t-tali għajnuna, jew meta l-awtur tar-reat ikun wettaq ir-reat ta’ omiċidju volontarju kontra l-konjuġi tiegħu, anke meta jkun legalment separat jew divorzjat, kontra l-parti l-oħra fi sħubija ċivili, anke meta s-sħubija tkun intemmet, jew kontra persuna li magħha jkun jew kien f’relazzjoni personali li tinvolvi koabitazzjoni fit-tul.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

It-talba għal kumpens għandha tiġi akkumpanjata minn kopja ta’ sentenza li tikkundanna waħda mir-reati previsti mil-liġi, jew minn kopja ta’ digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Kif iddikjarat hawn fuq, it-talba għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa, jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ikopri:

(a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi tal-korriment (kura medika – kura ambulanti u fi sptar, irkupru)
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija ta’ edukazzjoni fit-tul, adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.)
  • korrimenti permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ waqt kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)
    • telf ta’ opportunità
    • spejjeż relatati mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara, bħal tariffi legali u spejjeż tal-qorti
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara
    • oħrajn

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma

(b) Għall-persuni intitolati jew għall-qraba ta’ vittma:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral
  • spejjeż mediċi tal-korriment (eż. terapija għal membru tal-familja, kura ambulanti u fi sptar, riabilitazzjoni)
  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità

- Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet

Il-kumpens jitħallas (soġġett għal miżuri aktar favorevoli li jkunu diġà fis-seħħ minn dispożizzjonijiet legali oħrajn għal reati speċifiċi) sabiex ikopri spejjeż mediċi u tal-assistenza, ħlief f’każijiet ta’ attakk sesswali, ta’ omiċidju, ta’ offiża serja ħafna fuq il-persuna u ta’ sfreġju kkawżat minn korrimenti personali fil-wiċċ, f’liema każ il-vittmi jingħataw ammont fiss ta’ kumpens anke jekk ma jkun hemm l-ebda spiża medika jew ta’ assistenza x’titħallas.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti fix-xahar?

B’mod ġenerali, il-kumpens jitħallas bħala pagament uniku, billi jittieħed mill-Fond ta’ Rotazzjoni għall-Appoġġ ta’ Vittmi ta’ Kriminalità bl-istil tal-Mafja, Estorsjoni, Użura u Reati Vjolenti Intenzjonati (Fondo di rotazione per la solidarieta' alle vittime dei reati di tipo mafioso, delle richieste estorsive, dell'usura e dei reati intenzionali violenti), li huwa ġestit mill-Ministeru tal-Intern, iżda l-ammont imħallas għandu jibqa’ fil-limiti tal-finanzjament disponibbli fis-sena attwali.

Fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed finanzjament disponibbli fis-sena rilevanti, dawk intitolati għal kumpens jistgħu jaċċessaw il-Fond għal proporzjon f’dik is-sena, u fis-snin sussegwenti għall-bqija, li jitqassam mingħajr ebda imposta, interessi jew evalwazzjonijiet mill-ġdid addizzjonali.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-kumpens jitħallas bil-kondizzjoni li l-vittma ma tkunx kompliċi, b’mod intenzjonat jew b’negliġenza kolpevoli, fit-twettiq tar-reat jew ta’ reati oħra assoċjati; li l-vittma qatt ma tkun wettqet, skont sentenza finali, xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 407(2)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (qerda mhux provokata, serq u qtil tal-massa, involviment fi gwerra ċivili, konfoffa bl-istil tal-Mafja, tiġi pperikolata s-sigurtà tal-pubbliku, omiċidju, serq, estorsjoni, ħtif ta’ persuni, terroriżmu, konfoffa subversiva, konfoffa armata, pussess ta’ splussivi, rikattar organizzat, drogi, tjassir, prostituzzjoni u pornografija tat-tfal, traffikar ta’ persuni, skjavitù, attakk sesswali, atti sesswali ma’ minorenni, attakk sesswali fi grupp) jew ta’ reati li jitwettqu bi ksur tal-leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu u l-evażjoni tal-VAT; u li meta tiġi ppreżentata t-talba, il-vittma ma tkunx is-suġġett ta’ proċedimenti kriminali għal xi wieħed minn dawn ir-reati.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

L-introjtu tal-vittma m’għandu l-ebda piż fuq id-dritt tagħha għal kumpens.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-kumpens jitħallas bil-kondizzjoni li l-vittma ma tkunx irċiviet, fir-rigward tal-istess reat, pagamenti li jilħqu jew jisbqu dak li huwa dovut skont l-Artikolu 11 tal-Liġi 122 tal-2016, mingħand kwalunkwe sors pubbliku jew privat. Jekk il-vittma diġà tkun irċiviet, f’dik il-kapaċità u bħala konsegwenza diretta u immedjata tar-reat, somom anqas mill-ammont dovut skont l-Artikolu 11 tal-Liġi 122 tal-2016 minn sorsi pubbliċi jew privati, il-kumpens jitħallas biss għad-differenza.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-kumpens ikun jikkorrispondi għall-ispejjeż imġarrba, soġġett għal-limiti stipulati mil-Liġi rilevanti u s-somom stabbiliti mid-Digriet Ministerjali li jimplimenta din il-Liġi.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Id-Digriet tat-22 ta’ Novembru 2019 maħruġ mill-Ministeru tal-Intern u mill-Ministeru tal-Ġustizzja li jaġixxu flimkien mal-Ministeru tal-Ekonomija u tal-Finanzi (kif previst mill-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 122 tas-7 ta’ Lulju 2016) jistabbilixxi dan li ġej:

1. L-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 122 tas-7 ta’ Lulju 2016 għandu jiġi ddeterminat kif ġej:

a) għad-delitt ta’ omiċidju, l-ammont għandu jkun fiss għal EUR 50 000;

b) għad-delitt ta’ omidiċju mwettaq mill-konjuġi tal-vittma, anke jekk tkun separata jew divorzjata, jew minn persuna li tkun jew kienet involuta f’relazzjoni personali mal-vittma, l-ammont għandu jkun fiss għal EUR 60 000 u għandu jkun pagabbli biss lit-tfal tal-vittma;

c) għad-delitt ta’ attakk sesswali, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi mitiganti li r-reat ikun ta’ gravità anqas minn dik prevista fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 609-bis tal-Kodiċi Kriminali, l-ammont għandu jkun fiss għal EUR 25 000;

d) għad-delitt ta’ offiża serja ħafna fuq il-persuna msemmi fl-Artikolu 583(2) tal-Kodiċi Kriminali, u għad-delitt ta’ sfreġju kkawżat minn korrimenti permanenti fil-wiċċ imsemmi fl-Artikolu 583‑quinquies tal-Kodiċi Kriminali, l-ammont għandu jkun iffissat għal EUR 25 000.

2. Għar-reati msemmijin fil-paragrafu 1, l-ammont fiss tal-kumpens għandu jiżdied b’somma ekwivalenti għall-ispejjeż mediċi u tal-kura dokumentati, sa żieda massima ta’ EUR 10 000.

3. Għar-reati għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-kumpens għandu jitħallas biss għar-rimborż tal-ispejjeż mediċi u tal-kura dokumentati, sa massimu ta’ EUR 15 000.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

L-ammont totali tal-ispejjeż mediċi u tal-assistenza mġarrba għandu jiġi indikat u ddokumentat.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew imħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Il-kumpens jitħallas bil-kundizzjoni li l-vittma ma tkunx irċiviet, fir-rigward tal-istess reat, somom li jaqbżu l-ammont dovut skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tal-Liġi 122 tal-2016, mingħand kwalunkwe sors pubbliku jew privat fuq kwalunkwe bażi. Jekk il-vittma diġà tkun irċiviet, f’dik il-kapaċità u bħala konsegwenza diretta u immedjata tar-reat, somom anqas mill-ammont dovut skont l-Artikolu 11 tal-Liġi 122 tal-2016 minn sorsi pubbliċi jew privati, il-kumpens jitħallas biss għad-differenza.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Le

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara eż. tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Le, għalkemm jista’ jkun possibbli li tippreżenta t-talba sussegwenti f’każ li jiġu mġarrba aktar spejjeż mediċi; dan ikun jeħtieġ li jiġi vvalutat mill-awtorità ta' deċiżjoni.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

It-talba għal kumpens għandha tiġi ppreżentata mill-parti interessata, jew mill-persuni intitolati l-oħrajn fil-każ li l-vittma tar-reat tkun mietet, u għandha tiġi ppreżentata wiċċ imb wiċċ jew bi prokura speċjali (a mezzo di procuratore speciale); biex tkun ammissibbli, din għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

a) kopja ta’ sentenza li tagħti kundanna għal wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 11, jew kopja ta’ digriet li jsib li r-reat twettaq minn persuna jew persuni mhux magħrufa;

b) dokumentazzjoni li turi li tressqu l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni għal ħlas tad-danni kontra l-awtur tar-reat mingħajr suċċess; dan ma jkunx neċessarju meta l-awtur tar-reat jibqa’ mhux identifikat, jew l-awtur tar-reat ikun talab u ngħata għajnuna legali mħallsa mill-Istat fil-proċedimenti kriminali jew ċivili li fihom l-awtur tar-reat inżamm responsabbli;

c) dikjarazzjoni minflok affidavit b’ġurament (dichiarazione sostitutiva dell’atto di notorietà) fir-rigward tan-nuqqas ta’ xi impediment u l-istatus ta’ benefiċjarju;

d) ċertifikat mediku li juri l-ispejjeż imġarrba għal servizzi relatati mas-saħħa, jew ċertifikat tal-mewt għall-vittma tar-reat.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Ministeru tal-Intern

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Lill-Prefettura - l-Uffiċċju tal-Gvern Lokali li għandu ġuriżdizzjoni fuq il-post fejn hija bbażata l-awtorità ġudizzjarja li ħarġet il-kundanna għal wieħed mir-reati msemmijin fl-Artikolu 11 tal-Liġi 122 tal-2016, jew fuq il-post ta’ residenza tal-parti interessata jew ta’ persuni intitolati oħrajn f’każ li l-vittma tar-reat mietet, jew fuq il-post ta’ residenza ta’ rappreżentant legali bi prokura speċifika meta l-vittma jew persuni intitolati oħrajn ikunu Taljani jew ċittadini tal-UE li ma jgħixux l-Italja.

Il-lista ta’ prefetturi rilevanti hija disponibbli fuq:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.prefettura.it/portale/multidip/index.htm

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

Ladarba din tkun irċiviet it-talba, l-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Italja għandha tagħti deċiżjoni “mingħajr dewmien”.

Jekk ma nkunx issodisfat(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

M’hemm l-ebda mekkaniżmu speċifiku fis-seħħ; peress li d-deċiżjoni hija waħda amministrattiva, din tista’ tiġi kkontestata skont ir-regoli standard li japplikaw għal miżuri amministrattivi domestiċi li jittieħdu mill-istess awtorità.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi l-informazzjoni neċessarja kollha; l-awtorità ta’ assistenza fl-Italja hija l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Procura della Repubblica) fil-qorti b’ġuriżdizzjoni fil-post ta’ residenza tar-rikorrent. Il-formoli huma mehmużin mad-Digriet Ministerjali Nru 222 tat-23 ta’ Diċembru 2008 li jistipula r-regoli f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 204 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jimplimenta d-Direttiva 2004/80/KE li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (Decreto 23 dicembre 2008, n. 222 ‘Regolamento ai sensi dell’articolo 7 del decreto legislativo 9 novembre 2007, n. 204, recante attuazione della direttiva 2004/80/CE relativa all'indennizzo delle vittime di reato”).

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Le

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Le, dan ir-rwol isir mill-awtorità ta’ assistenza.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-uffiċċju li jforni din l-informazzjoni ma jafx b'dan.

L-aħħar aġġornament: 03/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Ċipru

Għal liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens?

Tista’ tikseb kumpens għal ċertu numru ta’ reati intenzjonati li jinvolvu l-użu tal-vjolenza, li jsiru fir-reġjuni kkontrollati mir-Repubblika ta’ Ċipru u li jissemmew fil-liġi nazzjonali (eż. offiżi serji fuq il-persuni, qtil premeditat).

Għal liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens?

Tista’ tikseb kumpens għal korriment fiżiku serju jew għal problemi ta’ saħħa li, abbażi ta’ opinjoni medika, jirrikjedu rikoveru l-isptar jew l-astensjoni mix-xogħol għal perjodu ta’ mill-inqas 8 ijiem.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib(a) jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Iva, tista’ tikseb kumpens jekk int dipendenti ta’ vittma li mietet b'riżultat tar-reat, jiġifieri l-konjuġi u/jew it-tifel/tifla tal-vittma.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib(a) jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Le, ma tistax tikseb kumpens jekk int qarib(a) jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin(a) ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, tista’ tikseb kumpens jekk m’intix ċittadin(a) tal-UE, diment li int ċittadin(a) ta’ Stat Membru tal-Kunsill tal-Ewropa u residenti permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru, jew jekk int ċittadin(a) ta’ stat li huwa parti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta’ Reati Vjolenti.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jekk jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, ma tistax titlob kumpens minn dan il-pajjiż, jekk int tgħix hawn jew int tkun minn hawn, għal reat li jkun sar f’pajjiż ieħor tal-UE. Il-kumpens jingħata biss għal reati li jsiru fir-reġjuni kkontrollati mir-Repubblika ta’ Ċipru.

Għandi bżonn nirrapporta r-reat lill-pulizija l-ewwel, sabiex inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, trid tirrapporta r-reat lill-pulizija fi żmien ħamest ijiem mid-data ta' meta jkun sar jew, jekk ma jkunx raġonevolment fattibbli li jsir dan sa dik l-iskadenza, fi żmien ħamest ijiem mill-mument meta kien raġonevolment fattibbli biex tirrapportah.

Għandi nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew ta' proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, it-talba għal kumpens trid issir fi żmien sentejn mir-reat irrispettivament minn jekk l-investigazzjoni tal-pulizija u/jew il-proċeduri kriminali jkunux għaddejjin.

Għandi l-ewwel infittex kumpens mill-awtur tar-reat – jekk dan ikun ġie identifikat?

Iva, qabel ma tkun tista’ titlob kumpens, jeħtieġ li l-ewwel tfittex kumpens mill-awtur tar-reat, jekk dan ikun ġie identifikat. Madankollu, it-talba għal kumpens trid issir fi żmien sentejn minn meta jkun sar ir-reat, irrispettivament minn jekk tkunx għadha għaddejja l-azzjoni kontra l-awtur tar-reat.

Jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Iva, int xorta se tkun intitolat(a) għal kumpens jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat. Int trid tippreżenta rapport tal-pulizija li juri li l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Iva, l-iskadenza biex ttitlob kumpens hija sentejn mid-data minn meta jkun sar ir-reat.

X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

a) Għall-vittma tar-reat:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (il-kura medika — il-kura biex il-vittma terġa’ timxi u fl-isptar, l-irkupru)

Kura tas-saħħa mingħajr ħlas tingħata mill-istituzzjonijiet u mis-servizzi tas-saħħa pubblika sal-ammont ta’ EUR 1 709.

  • bżonnijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.)

Inklużi fl-ammont t’hawn fuq.

  • korriment permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħra)

Fil-każ ta’ inkapaċità permanenti għax-xogħol, tingħata pensjoni tad-diżabbiltà. L-ammont huwa ugwali għat-tnaqqis fil-perċentwal fil-kapaċità għax-xogħol immultiplikat bil-pensjoni bażika sħiħa li tingħata skont il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali.

  • telf ta’ qligħ waqt u wara l-kura medika (inklużi qligħ mitluf u telf jew tnaqqis fil-ħila li l-persuna taqla’ l-għajxien, eċċ.)

Fil-każ ta’ inkapaċità temporanja għax-xogħol, jingħata benefiċċju tal-mard għal perjodu ta’ massimu ta’ sitt xhur. L-ammont huwa ugwali għall-benefiċċju tal-mard bażiku sħiħ imħallas skont il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali.

  • telf ta’ opportunità

Mhux applikabbli.

  • spejjeż relatati ma' proċeduri legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara, bħall-ispejjeż tal-avukat, l-ispejjeż tal-qorti)

Mhux applikabbli.

  • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara

Mhux applikabbli.

  • oħrajn

Mhux applikabbli.

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma

Mhux applikabbli.

(b) Għal persuni awtorizzati jew qraba ta’ vittma:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral

Tingħata għotja għall-funeral. L-ammont huwa ugwali għall-għotja għall-funeral imħallsa skont il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali.

  • spejjeż mediċi (eż. kura għal membru tal-familja, kura għal pazjenti ta’ barra jew ta’ ġewwa, riabilitazzjoni)

Mhux applikabbli.

  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità

Tingħata pensjoni tas-superstiti jew jingħata benefiċċju tal-iltima. L-ammont huwa ugwali għall-pensjoni bażika sħiħa jew il-benefiċċju bażiku sħiħ imħallas skont il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Soċjali.

- Trawma psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet

Mhux applikabbli.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti ta’ kull xahar?

Il-kumpens jitħallas f’somma waħda iżda l-pensjoni tad-diżabbiltà, il-pensjoni tas-superstiti u l-benefiċċji għall-iltima jitħallsu fuq bażi ta’ kull xahar.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Mhux se jitħallas kumpens meta ssir vittma ta’ reat tiegħek stess, tkun involut(a) fil-kriminalità organizzati, jew tkun membru ta’ organizzazzjoni li tkun involuta f'reati ta’ vjolenza, anki jekk l-att kriminali vjolenti li tisfa’ vittma tiegħu ma jkunx rilevanti jew ma tkunx ħadt sehem fih.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax il-probabbiltà li tirċievi kumpens.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Jekk tonqos jew tirrifjuta milli tikkoopera bis-sħiħ mal-pulizija jew awtorità kompetenti oħra.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Il-kumpens jiġi kkalkolat bil-mod imsemmi fil-mistoqsija t’hawn fuq: “X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?”

Hemm ammont minimu u/jew massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm l-ebda ammont minimu ta’ kumpens. L-ammont massimu li jista’ jingħata huwa msemmi fil-mistoqsija t’hawn fuq: “X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?”

Fil-formola tal-pretensjoni jiena mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Le, dan m’hemmx għalfejn isir.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva, kwalunkwe kumpens li jiġi rċevut minn sorsi oħra jitnaqqas.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, b'liema kundizzjonijiet?

Le, ma tistax.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Le, ma tistax.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Trid tippreżenta rapport tal-pulizija u ċertifikat mediku flimkien mat-talba għal kumpens. Tista’ tintalab tippreżenta xi wieħed mid-dokumenti msemmija hawn taħt jew kollha kemm huma:

  • prokura/prova ta’ awtorità jew relazzjoni mal-vittma
  • ċertifikat tal-mewt tal-vittma
  • kopja tar-rapport tal-pulizija
  • kopja tas-sentenza/tad-deċiżjoni tal-qorti
  • rapporti u ċertifikati mediċi
  • kontijiet tal-isptar
  • kontijiet għal spejjeż oħra (kura, funeral)
  • dħul (salarju, pagamenti ta’ protezzjoni/assistenza soċjali)
  • konferma tal-ġbir (jew in-nuqqas) ta’ ammonti ta’ flus rilevanti minn sorsi oħra (assigurazzjoni tal-impjegatur, assigurazzjoni privata)
  • rekord kriminali
  • kwalunkwe dokument ta’ sostenn ieħor relatat mal-każ tiegħek

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta tasal il-pretensjoni u tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjonijiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Id-Direttur tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Fejn għandi nippreżenta l-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Tista’ tippreżenta l-pretensjoni tiegħek bl-idejn jew tibgħatha bil-posta fl-indirizz li ġej: Social Insurance Services, 7 Lord Byron Ave., 1465, Nicosia, Ċipru.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta l-pretensjoni tiegħi tkun qed tiġi deċiża?

Le, dan m’hemmx għalfejn isir.

Kemm irid jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex tiġi ppubblikata deċiżjoni mill-awtorità kompetenti dwar pretensjoni għal kumpens?

Iridu jgħaddu 6 xhur mid-data meta l-informazzjoni kollha tkun disponibbli biex tittieħed deċiżjoni.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ tikkontesta d-deċiżjoni billi tressaq pretensjoni quddiem il-Qorti Amministrattiva fi żmien 75 jum tad-deċiżjoni.

Fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nippreżenta l-pretensjoni?

Tista’ ssib il-formoli tal-pretensjoni u informazzjoni dwar il-kumpens – bil-Grieg u bl-Ingliż – fl-uffiċċji tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali jew fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tas-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Ma hemm l-ebda linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali għall-kumpens. Tista’ tikseb informazzjoni billi tikkuntattja direttament Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalis-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji l-pretensjoni?

Tista’ tapplika għal għajnuna legali fir-rigward tal-proċeduri tal-każ tiegħek. M’hemm l-ebda għajnuna legali għat-tħejjija tat-talbiet għal kumpens li jiġu ppreżentati lil din l-awtorità.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Tista’ tikseb informazzjoni u titlob kumpens billi tikkuntattja direttament Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidalis-Servizzi tal-Assigurazzjoni Soċjali.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Latvja

Għal liema tipi ta’ reati huma intitolati għal kumpens?

Il-vittma hija intitolata għal kumpens mill-Istat jekk reat kriminali intenzjonat ikun irriżulta fil-mewt ta’ individwu, il-vittma tkun sofriet korriment personali minn moderat sa gravi, il-vittma tkun ġiet soġġetta għal attakk indeċenti jew sesswali, l-individwu jkun vittma ta’ traffikar, jew il-vittma tkun ġiet infettata bl-HIV, bl-epatite B jew Ċ.

Għal liema tip ta’ korriment jien intitolat għal kumpens?

Int intitolat għal kumpens mill-Istat għal danni morali, tbatija fiżika u ħsara lill-proprjetà li jirriżultaw minn reat kriminali intenzjonat.

Jien intitolat għal kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti huma intitolati għal kumpens?

Meta persuna tkun mietet b’riżultat ta’ reat kriminali, qarib tal-mejjet (fiancé, konjuġi, ġenituri, nanniet, tfal, neputijiet, aħwa, kif ukoll il-persuna li magħha l-persuna fiżika kkonċernata kienet qed tikkoabita u żamm unità domestika konġunta (unika)) jistgħu jitqiesu vittmi għall-finijiet ta’ proċedimenti kriminali.

Meta reat kriminali jirriżulta fil-mewt ta’ persuna jew il-vittma tmut mingħajr ma titlob kumpens mill-Istat jew tkun talbet iżda ma rċevietx kumpens mill-Istat, int intitolat għal kumpens mill-Istat. Madankollu, għandek titlob lill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) biex tirrikonoxxik bħala vittma fil-proċedimenti kriminali rilevanti.

Jien intitolat għal kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li hija superstiti ta’ reat kriminali? Liema qraba jew dipendenti huma intitolati għal kumpens f’dan il-każ?

M’intix intitolat għal kumpens mill-Istat bħala qarib jew dipendenti ta’ vittma jekk il-vittma hija superstiti ta’ reat kriminali. F’dan il-każ, il-vittma nnifisha hija intitolata għal kumpens mill-Istat.

Jien intitolat għal kumpens jekk m’iniex ċittadin tal-UE?

Int intitolat għal kumpens mill-Istat jekk m’intix ċittadin tal-UE.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew niġi minn hawnhekk (dan hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħi jew tan-nazzjonalità) anki jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva taħt liema ċirkostanzi?

Jekk ir-reat kriminali twettaq fi Stat Membru ieħor tal-UE, int intitolat li titlob kumpens mill-Istat Membru tal-UE li fih twettaq ir-reat kriminali direttament jew permezz tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Juridiskās palīdzības administrācija).

Għandi bżonn nirrapporta r-reat lill-pulizija l-ewwel, sabiex inkun nista’ nitlob kumpens?

L-ewwel trid tirrapporta r-reat lill-pulizija.

Biex titlob kumpens mill-Istat, iridu jkunu nbdew proċedimenti kriminali li fihom tkun ġejt rikonoxxut bħala vittma fil-proċedimenti kriminali bid-deċiżjoni tal-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti).

Għandi bżonn nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nitlob kumpens?

Biex titlob kumpens mill-Istat, m’għandekx għalfejn tistenna d-deċiżjoni finali mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti).

Biex l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali tiddeċiedi dwar il-ħlas jew in-nuqqas ta’ ħlas tal-kumpens mill-Istat, il-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

  1. il-ħin u l-post tat-twettiq tar-reat kriminali;
  2. it-tip ta’ reat kriminali, il-forma ta’ ħtija tat-trasgressur stabbilita fiż-żmien tal-ħruġ tar-rekord, id-data tal-bidu tal-proċedimenti kriminali u n-numru ta’ referenza tal-każ kriminali;
  3. informazzjoni dwar il-persuna rikonoxxuta bħala vittma fil-proċedimenti kriminali;
  4. informazzjoni dwar il-persuna li hija rikonoxxuta bħala rappreżentant tal-vittma fil-proċedimenti kriminali, fejn il-vittma tasserixxi d-drittijiet tagħha permezz ta’ rappreżentant;
  5. in-natura tal-ħsara li ssir bħala riżultat tar-reat kriminali (mewt ta’ persuna, severità ta’ korriment, attakk indeċenti jew sesswali, preżenza ta’ sinjali ta’ traffikar jew infezzjoni bl-HIV, epatite B jew C stabbilita);
  6. id-data tas-sejbiet tal-esperti, in-numru tad-dokument u l-persuna li wettqet l-investigazzjoni esperta;
  7. l-għadd ta’ persuni li ġew rikonoxxuti bħala vittmi fl-istess proċedimenti kriminali li jikkonċernaw il-mewt ta’ individwu, u l-informazzjoni dwar tali persuni.

L-ewwel irrid infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat, fejn ġie identifikat?

M’intix obbligat li l-ewwel tfittex kumpens mingħand it-trasgressur. Il-kumpens mill-Istat ma jippreġudikax id-dritt tal-vittma li tfittex kumpens fi proċedimenti kriminali billi tippreżenta talba rigward kumpens għal dannu fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti kriminali sakemm tinbeda l-eżaminazzjoni tal-każ fil-qorti tal-prim’ istanza u fi proċedimenti ċivili billi tressaq talba quddiem il-qorti jekk temmen li ma ngħatajtx kumpens sħiħ.

Jekk it-trasgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nkun eliġibbli għal kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Int intitolat ukoll għal kumpens mill-Istat jekk it-trasgressur jew il-kompliċi tiegħu ma jiġux identifikati jew jekk ma jinżammux kriminalment responsabbli.

Trid tippreżenta talba għal kumpens mill-Istat, u tehmeż ir-referenza mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija) bl-informazzjoni meħtieġa.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

It-talba għal kumpens mill-Istat trid tiġi ppreżentata lill-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali fi żmien tliet snin mill-jum li fih ġejt rikonoxxut bħala vittma, jew sirt taf bil-fatti li jintitolawk titlob kumpens.

X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?”

Il-kumpens mill-Istat ikopri d-danni morali, it-tbatija fiżika jew it-telf ta’ proprjetà li jirriżultaw minn reat kriminali mingħajr distinzjoni dwar it-tip ta’ dannu li għalih jitħallas il-kumpens mill-Istat. L-ammont tal-kumpens mill-Istat huwa stabbilit fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-kumpens mill-Istat lill-vittmi (Likums par valsts kompensāciju cietušajiem), abbażi tal-konsegwenzi li jirriżultaw mir-reat kriminali.

Il-kumpens jitħallas bħala somma f’daqqa jew f’pagamenti parzjali ta’ kull xahar?

Il-kumpens mill-Istat jitħallas bħala somma f’daqqa li tiġi ttrasferita fil-kont tal-istituzzjoni ta’ kreditu indikat fit-talba għal kumpens mill-Istat.

B’liema mod jistgħu l-azzjonijiet tiegħi stess fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew ir-rifjut tiegħi li nikkoopera matul il-proċedimenti ta’ kumpens jaffettwaw l-opportunità tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

It-tip ta’ reat kriminali jista’ jaffettwa l-ammont ta’ kumpens mill-Istat, pereżempju, jekk ir-reat kriminali jitwettaq fi stat ta’ aġitazzjoni mentali intensa, bi ksur tal-limiti meħtieġa ta’ awtodifiża jew tal-kundizzjonijiet għad-detenzjoni ta’ persuna. F’każijiet bħal dawn, l-ammont ta’ kumpens mill-Istat f’konformità mal-konsegwenzi tar-reat kriminali jitnaqqas b’ 50 %.

Jekk l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali ma tirċevix l-informazzjoni mitluba fi żmien 15 jum, tista’ tiddeċiedi li tirrifjuta li tħallas kumpens mill-Istat. Id-Deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kumpens mill-Istat f’dan il-każ ma twaqqafx milli tapplika ripetutament għand l-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali biex titlob kumpens skont il-proċeduri biex dan jintalab.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax il-possibbiltà tiegħek li tirċievi kumpens mill-Istat u/jew l-ammont tal-kumpens.

Jekk irċevejt kumpens għad-danni kkawżati mir-reat kriminali mingħand l-awtur tar-reat jew persuna oħra minflokha, l-ammont tal-kumpens mill-Istat jitnaqqas bl-ammont ta’ kumpens diġà riċevut.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-liġi dwar il-kumpens mill-Istat lill-vittmi tistabbilixxi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħek li tirċievi kumpens u/jew l-ammont. Pereżempju:

  • jekk, bħala riżultat ta’ reat kriminali, ikunu ġew stabbiliti diversi konsegwenzi fl-istess ħin, il-kumpens mill-Istat għandu jitħallas f’konformità mal-aktar konsegwenza severa tar-reat kriminali;
  • jekk, bħala riżultat ta’ reat kriminali, il-mewt ta’ persuna tkun seħħet u diversi persuni jkunu ġew rikonoxxuti bħala vittmi fil-proċedimenti kriminali, il-kumpens mill-Istat għal dawk il-vittmi għandu jitħallas proporzjonalment għan-numru ta’ vittmi;
  • jekk, wara l-ħlas tal-kumpens, persuna oħra tiġi rikonoxxuta bħala vittma mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti) fl-istess proċedimenti kriminali rigward il-mewt ta’ persuna li tirriżulta minn reat kriminali, il-kumpens mill-Istat għandu jitħallas bl-istess ammont li jkun tħallas lill-vittma jew lill-vittmi.

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

L-ammont massimu ta’ kumpens mill-Istat li għandu jitħallas lil vittma waħda ta’ reat kriminali għandu jkun ħames darbiet il-paga minima fix-xahar kif stabbilit fir-Repubblika tal-Latvja. L-ammont ta’ kumpens mill-Istat li għandu jitħallas għandu jiġi kkalkulat fid-dawl tal-ammont tal-paga minima fix-xahar stabbilit fil-mument meta l-persuna ġiet rikonoxxuta bħala vittma.

Il-kumpens jitħallas bir-rati li ġejjin:

  • 100 % fil-każ ta’ mewt ta’ persuna;
  • 90 % meta l-vittma tkun sofriet offiża gravi fuq il-persuna jew ir-reat kriminali jkun ġie kklassifikat bħala stupru jew vjolenza sesswali, attakk indeċenti jew sesswali fuq minorenni, jew l-individwu jkun vittma tat-traffikar;
  • 70 % meta minuri jkun sofra ferita moderata fuq il-persuna jew ikun ġie infettat bl-HIV, bl-epatite B jew Ċ.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-ammont massimu ta’ kumpens mill-Istat huwa ħames darbiet il-paga minima fix-xahar stabbilita fir-Repubblika tal-Latvja, iżda l-ammont minimu ta’ kumpens mill-Istat huwa 50 % tal-ammont massimu tal-kumpens mill-Istat. Meta l-paga minima fix-xahar tinbidel, l-ammont tal-kumpens mill-Istat jinbidel ukoll.

Jien mistenni li nindika l-ammont fuq il-formola tat-talba? Jekk iva, għandi xi gwida dwar kif nikkalkulaha jew dwar aspetti oħra?

M’għandekx għalfejn tindika l-ammont fil-formola tat-talba għal kumpens mill-Istat, peress li Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Liġi dwar il-kumpens mill-Istat lill-vittmi tistabbilixxi l-ammont ta’ kumpens mill-Istat.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata), se jitnaqqsu mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Il-kumpens li tirċievi minn sorsi oħra (pereżempju, l-iskema tal-assigurazzjoni tal-impjegatur jew privata) ma jitnaqqasx mill-ammont tal-kumpens mill-Istat.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem għall-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Tista’ ma tirċevix ħlas bil-quddiem ta’ kumpens mill-Istat.

Nista’ nikseb kumpens komplementari jew addizzjonali (pereżempju, wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew deterjorament fis-saħħa eċċ.) ladarba tkun ġiet adottata d-deċiżjoni ewlenija?

Jekk irċevejt kumpens mill-Istat u d-deċiżjoni finali ssib li sofrejt konsegwenzi aktar severi bħala riżultat tar-reat kriminali, tista’ tirċievi d-differenza bejn l-ammont ta’ kumpens mill-Istat imħallas u l-ammont pagabbli.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Jekk tkun għadha ma ntlaħqitx sentenza finali fil-proċedimenti kriminali fil-mument tat-talba għal kumpens mill-Istat, għandek tehmeż mat-talba għal kumpens mill-Istat referenza mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), fejn tispeċifika dan li ġej:

  1. il-ħin u l-post tat-twettiq tar-reat kriminali;
  2. it-tip ta’ reat kriminali, il-forma ta’ ħtija tat-trasgressur stabbilita fiż-żmien tal-ħruġ tar-rekord, id-data tal-bidu tal-proċedimenti kriminali u n-numru ta’ referenza tal-każ kriminali;
  3. informazzjoni dwar il-persuna rikonoxxuta bħala vittma fil-proċedimenti kriminali;
  4. informazzjoni dwar il-persuna rikonoxxuta bħala rappreżentant tal-vittma fil-proċedimenti kriminali;
  5. in-natura tal-ħsara li ssir bħala riżultat tar-reat kriminali (mewt ta’ persuna, severità ta’ korriment, attakk indeċenti jew sesswali, preżenza ta’ sinjali ta’ traffikar jew infezzjoni bl-HIV, epatite B jew C stabbilita);
  6. id-data tas-sejbiet tal-esperti, in-numru tad-dokument u l-persuna li wettqet l-investigazzjoni esperta;
  7. l-għadd ta’ persuni li ġew rikonoxxuti bħala vittmi fl-istess proċedimenti kriminali li jikkonċernaw il-mewt ta’ persuna, u l-informazzjoni dwar tali persuni.

Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu ntemmu fil-mument meta ssir l-applikazzjoni għall-kumpens mill-Istat, għandek iżżid mal-applikazzjoni għal kumpens mill-Istat id-deċiżjoni finali tal-parti li tmexxi l-proċedimenti u l-ordni ta’ infurzar, jekk il-kumpens għad-danni previst fid-deċiżjoni finali ma jkunx tħallas jew ikun tħallas parzjalment biss.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

Il-proċedura għall-eżami ta’ talbiet għal kumpens mill-Istat hija mingħajr ħlas.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali tiddeċiedi dwar il-ħlas jew in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kumpens mill-Istat.

Fejn għandi nibgħat il-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Biex tirċievi kumpens mill-Istat, trid tibgħat it-talba għal kumpens mill-Istat lill-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali fl-indirizz li ġej: Pils laukums 4, Riga, LV-1050.

Irrid inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta t-talba tkun qed tiġi deċiża?

Il-preżenza tiegħek mhijiex meħtieġa għall-proċess ta’ rieżami tat-talbiet għal kumpens mill-Istat u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-ħlas jew in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kumpens mill-Istat.

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens mill-awtorità?

L-amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali tieħu deċiżjoni dwar il-ħlas jew in-nuqqas ta’ ħlas ta’ kumpens mill-Istat fi żmien xahar minn meta tirċievi talba għal kumpens mill-Istat u d-deċiżjoni tintbagħat fl-indirizz indikat fit-talba għal kumpens mill-Istat.

Jekk tkun meħtieġa xi informazzjoni addizzjonali minnek jew mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur, il-qorti), il-perjodu tat-teħid tad-deċiżjonijiet jiġi sospiż sakemm tasal l-informazzjoni kollha meħtieġa.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Inti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali dwar il-ħlas jew in-nuqqas ta’ ħlas tal-kumpens mill-Istat fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ tagħha billi tissottometti applikazzjoni għal dak l-għan lill-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali li tintbagħat lill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Fejn nista’ nsib il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar is-sottomissjoni ta’ talba?

Għandek issib Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-formola ta’ talba għal kumpens mill-Istat u informazzjoni dwar il-mili tagħha hawnhekk:

  • fuq il-portal - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.latvija.lv/
  • fuq is-sit web tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.jpa.gov.lv/, billi tikklikkja fuq “Servizzi”;
  • Fil-bini tal-Amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali (Pils laukums 4, Riga) (b’ħatra biss);
  • mill-parti li tmexxi l-proċedimenti (il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur jew il-qorti);
  • billi ċċempel il-linja ta’ informazzjoni bla ħlas 800001801 (matul il-ħinijiet tax-xogħol).

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Tista’ tuża l-helpline 116006 “Helpline għall-vittmi tal-kriminalità” bla ħlas kuljum mit-12: 00 sat-22: 00, fejn issib:

  • appoġġ emozzjonali u psikoloġiku għall-vittmi ta’ reati kriminali;
  • informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-vittmi (pereżempju, id-drittijiet fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet għal kumpens għad-danni, il-kumpens mill-Istat, eċċ.), is-servizzi disponibbli u s-servizzi ta’ appoġġ eżistenti għall-vittmi.

Tista’ tuża wkoll is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cietusajiem.lv/.

Nista’ nirċievi għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nħejji t-talba?

M’għandekx bżonn għajnuna legali biex titlob kumpens mill-Istat. L-amministrazzjoni tal-Għajnuna Legali tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-proċess ta’ talba għal kumpens mill-Istat.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-assoċjazzjoni “Skalbes” toffri helpline 116006 bla ħlas “Helpline for victims of crime” (kuljum mit-12.00 sat-22.00), li tipprovdi appoġġ emozzjonali u psikoloġiku lill-vittmi ta’ reati kriminali, informazzjoni dwar id-drittijiet proċedurali tal-vittmi (pereżempju, drittijiet fi proċedimenti kriminali, drittijiet għal kumpens għad-danni, kumpens mill-Istat, eċċ.), servizzi disponibbli u servizzi ta’ appoġġ eżistenti għall-vittmi.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Litwanja

Għal liema tip ta’ reat nista’ nirċievi kumpens?

Tista’ tikseb kumpens f’każjiet fejn:

  • persuna ġiet maqtula bi ħsieb;
  • kien hemm korriment serju jew mhux serju fuq saħħet persuna;
  • twettaq reat inqas serju, serju jew serju ħafna kontra l-libertà, il-libertà tal-awtodeterminazzjoni sesswali jew l-integrità ta’ persuna.

Għal liema tip ta’ korriment nista’ nirċievi kumpens?

Tista’ tirċievi kumpens jekk sofrejt korriment serju jew mhux serju għal saħħtek.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien qarib jew dipendent ta’ vittma li mietet kawża tar-reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens?

Jekk reat vjolenti wassal għat-telf ta’ ħajja ta’ bniedem, kull persuna li għaliha l-qorti ordnat l-għoti ta’ danni materjali u/jew mhux materjali mġarrba minħabba r-reat vjolenti, għandha dritt għal kumpens.

Meta l-kumpens jitħallas bil-quddiem, jiġifieri qabel jitlestew il-proċedimenti kriminali, id-dritt għal kumpens jingħata lill-konjuġi, lit-tfal, lit-tfal adottati, lill-ġenituri, lill-ġenituri adottivi u lid-dipendenti tad-decujus.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien qarib jew dipendent ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jirċievu kumpens f'dan il-każ?

Le. Jekk il-vittma ta’ reat vjolenti baqgħet ħajja, hija l-unika persuna li għandha dritt għall-kumpens.

Nista nirċievi kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, iżda f’dawn iż-żewġ każijiet biss:

  • jekk inti persuna li għandek ir-residenza ordinarja u legali tiegħek fir-Repubblika tal-Litwanja jew fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea;
  • din il-possibiltà hija prevista fit-trattati internazzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja.

Nista’ nirċievi kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk fih jew jiena ċittadina tiegħu (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat ġie kommess f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel hekk flok nitlob kumpens mill-pajjiż fejn ġie kommess ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, il-kumpens jista’ jitħallas biss għal reati bi vjolenza kommessi fir-Repubblika tal-Litwanja.

Irrid inkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija l-ewwel, qabel inkun nista’ nitlob il-kumpens?

Iva. Sabiex tista’ ssir talba għal kumpens, trid tkun bdiet investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

Irrid nistenna l-eżitu tal-investigazzjonijiet tal-pulizija jew ta’ proċedimenti kriminali qabel nagħmel talba?

Le, tista’ titlob pagamenti ta’ kumpens bil-quddiem waqt li għadha għaddejja l-investigazzjoni ta’ qabel il-proċess.

L-ewwel irrid nitlob il-kumpens mill-awtur tar-reat - jekk ikun ġie identifikat?

Iva. Meta l-kumpens jintalab skont il-proċedura normali, il-kumpens għal danni materjali u/jew mhux materjali, il-kumpens irid jingħatalek minn sentenza tal-qorti. Meta jintalab ħlas bil-quddiem ta’ parti mill-kumpens, inti trid tissottometti sentenza jew ordni li jikkonferma l-istatus tiegħek bħala rikorrent f’kawża ċivili.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew misjub ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema provi rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Iva. F’dawn il-każijiet inti mistenni tissottometti dawn li ġejjin:

  • kopja tal-karta tal-identità tiegħek;
  • sentenza jew ordni li tikkonferma l-istatus tiegħek bħala rikorrent f’kawża ċivili;
  • dokumenti li jsostnu l-ammont tad-danni materjali, jekk ikun hemm;
  • dokumenti li jistabbilixxu l-fatt ta’ żwieġ, relazzjoni familjali jew dipendenza jekk il-kumpens qiegħed jintalab mill-qraba tad-decujus.

Hemm limitu ta’ żmien li fih irrid nitlob il-kumpens?

Rikors għal kumpens għandu jiġi ppreżentat mhux iktar tard minn għaxar (10) snin mid-data tas-sentenza tal-qorti li tordna l-ħlas ta’ kumpens għal danni mġarrba minħabba reat vjolenti. Jekk persuna titlef l-iskadenza minħabba raġunijiet validi, din tista’ tiġi estiża.

Ma hemmx skadenza għas-sottomissjoni ta’ rikorsi għall-ħlas bil-quddiem ta’ parti mill-kumpens.

Liema spejjeż u telf jiġu koperti mill-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens se jkopri:

(a) Għall-vittma ta’ reat:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (trattament mediku - trattament bħala outpatient u fl-isptar, irkupru) Iva
  • bżonnijiet jew spejjeż addizzjonali ġejjin minn korriment (pereżempju kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, edukazzjoni fiżjoterapewtika fit-tul, adattament tad-djar, assistenza speċjali, eċċ) Iva
  • korriment permanenti (pereżempju invalidità u żvantaġġi permanenti oħra)
    • telf tal-qligħ matul u wara trattament mediku (inkluż qligħ mitluf u t-telf tal-kapaċità ta’ qligħ tal-għajxien jew manteniment ridott, eċċ) Iva
    • telf ta’ opportunità Le
    • spejjeż marbuta ma’ proċedimenti legali dwar l-inċident li kkawża d-danni, bħal pereżempju t-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti) Iva
    • kumpens għal propjetà personali misruqa jew li saritilha ħsara Le
    • oħrajn Dannu materjali ieħor li ġie ordnat mill-qorti marbut mar-reat vjolenti kommess

- Dannu psikoloġiku (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma Iva

(b) Għal persuni intitolati jew qraba ta’ vittma:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż tal-funeral Iva
  • spejjeż mediċi (pereżempju terapija għal membru tal-familja, trattament outpatient u fl-isptar, riabilitazzjoni) Iva, iżda biss jekk reat vjolenti kkawża t-telf ta’ ħajja umana
  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità Iva, i’da biss jekk ir-reat vjolenti wassal għat-telf ta' ħajja umana

- Dannu psikoloġiku:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma mietet Iva, iżda biss jekk reat vjolenti rriżulta fit-telf ta’ ħajja umana

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’rati fix-xahar?

Il-kumpens normalment jitħallas kollu f’daqqa f’darba. F’każijiet eċċezzjonali il-kumpens jista’’ jitħallas bin-nifs, iżda mhux aktar tard minn sena mid-data tad-deċiżjoni li jitħallas kumpens għal danni kkawżati minħabba reat vjolenti.

B’liema mod l-imġiba tiegħi stess, b’rabta mar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jistgħu jaffettwaw il-possibiltà li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Iċ-ċirkostanzi msemmija hawn fuq huma importanti biss għal dak li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni ta’ kumpens bil-quddiem. Il-kumpens ma jingħatax jekk:

  • hemm prosekuzzjoni kontrik għal reat vjolenti jew kellek fedina penali b’kundanni li għadhom ma ġewx preskritti jew mhux maħfura għal reat vjolenti dak iż-żmien meta ġie kommess ir-reat vjolenti;
  • inti marbut b’ordni tal-qorti skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Litwanja dwar il-Prevenzjoni tal-Kriminalità Organizzata (Lietuvos Respublikos organizuoto nusikalstamumo užkardymo įstatymas);
  • int abbużajt mid-dritt għal ħlas ta’ kumpens bil-quddiem għal danni kkawżati minħabba reat vjolenti.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi b’liema mod tista’ taffettwa ċ-ċans li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Din ma għandha ebda effett fuq il-kwistjoni ta’ kumpens.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw iċ-ċans li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Le.

Il-kumpens kif jiġi kkalkulat?

Il-kumpens jingħata fuq il-bażi tal-ammont mogħti mill-qorti, li, madankollu, ma jistax jaqbeż l-ammonti massimi speċifikati hawn taħt.

Il-kumpens għal danni mħallas bil-quddiem jiġi kkalkulat abbażi tad-dokumenti ppreżentati minnek biex isostnu d-dannu materjali.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

F’każ ta’ qtil il-kumpens massimu għal dannu materjali ma jistax jaqbeż EUR 3 800 u l-kumpens massimu għal dannu mhux materjali ma jistax jaqbeż EUR 4 560.

F’każ ta’ korriment sejru għas-saħħa l-kumpens massimu għal dannu materjali ma jistax jaqbeż EUR 3 040 u l-kumpens massimu għal dannu mhux materjali ma jistax jaqbeż EUR 3 800.

F’każ ta’ reati vjolenti oħra l-kumpens massimu għal dannu materjali ma jistax jaqbeż EUR 2 280 u l-kumpens massimu għal dannu mhux materjali ma jistax jaqbeż EUR 3 040.

Jekk il-kumpens għal dannu minħabba reat vjolenti jitħallas bil-quddiem, l-ammonti massimi ma jistgħux jaqbżu nofs l-ammonti msemmija hawn fuq.

Jien mistenni nniżżel l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, ningħata xi struzzjonijiet dwar kif għandi nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva, int mistenni tniżżel l-ammont tal-kumpens li qiegħed titlob, li jenħtieġ li jiġi kkalkulat abbażi tal-ammonti indikati fis-sentenza tal-qorti jew fil-kawża ċivili ppreżentata.

Kwalunkwe kumpens ieħor li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal pereżempju mill-iskema tal-impjegatur tiegħi jew minn waħda ta’ assigurazzjoni privata) jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva. L-ammonti li tirċievi bħala kumpens għad-danni minn sorsi oħra jitnaqqsu mill-kumpens.

Nista’ nikseb ħlas bil-quddiem ta’ parti mill-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva, kumpens għal danni mġarrba minħabba reati vjolenti jista’ jitħallas bil-quddiem jekk:

  • għaddejjin proċedimenti kriminali rigward reat vjolenti u l-persuna konċernata hija rikonoxxuta bħala parte ċivile;
  • ingħatat sentenza tal-qorti li tistabbilixxi li twettaq reat vjolenti, iżda l-ebda talba ma ġiet ippreżentata għal kumpens għal dannu ikkawżat bħala riżultat ta' dan, jew it-talba ma ġietx eżaminata;
  • twettaq reat vjolenti minn persuna li ma jistgħux imexxu kontra tagħha minħabba l-età tagħha jew minħabba immunità internazzjonali jew minħabba li l-persuna li wettqet ir-reat mietet.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (wara, pereżempju, bidla fiċ-ċirkostanzi jew stat ta’ saħħa li sejjer lura, eċċ) wara li tingħata d-deċiżjoni ewlenija?

Le, din il-possibiltà mhix prevista.

Liema dokumenti ta' prova rrid ninkludi mat-talba tiegħi?

Meta titlob għal kumpens skont il-proċedura ordinarja jenħtieġ li mat-talba tiegħek tinkludi dawn id-dokumenti:

  • kopja tal-karta tal-identità tiegħek;
  • traskrizzjoni tas-sentenza finali tal-qorti li tordna l-għoti ta’ danni materjali u/jew mhux materjali imġarrba minħabba reat vjolenti;
  • dikjarazzjoni mfassla minn bailiff li tgħid illi d-danni ma jistgħux jiġu rkuprati mill-awtur tar-reat, ħlief f’każijiet fejn il-persuna responsabbli għad-danni m’għadhiex ħajja.

Meta titlob li l-kumpens jitħallas bil-quddiem jenħtieġ li mat-talba tiegħek tinkludi dawn id-dokumenti:

  • kopja tal-karta tal-identità tiegħek;
  • dokumenti li jsostnu l-ammont tad-danni materjali;
  • sentenza jew ordni li jikkonfermaw l-istat tiegħek bħala parte ċivile jew sentenza finali tal-qorti li tistabbilixxi li twettaq reat vjolenti jew deċiżjoni ta' proċedura li tikkonferma li ma jistgħux isiru proċedimenti kriminali minħabba l-età tal-awtur tar-reat, l-immunità internazzjonali jew mewt;
  • dokumenti li jistabbilixxu l-fatt ta’ żwieġ, relazzjoni familjali jew dipendenza jekk il-kumpens qiegħed jintalab mill-qraba jew dipendenti tad-decujus.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tiġi aċċettata u pproċessata?

Le, it-talba tiġi aċċettata u eżaminata mingħajr ħlas.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija) jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens.

Fejn għandi nibgħatha t-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Inti għandek tibgħat it-talba tiegħek lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Gedimino pr. 30, LT-01104 Vilnius, Lithuania; posta elettronikaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarastine@tm.lt).

Hemm bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le.

Kemm indum (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mingħand l-awtorità?

Deċiżjoni tittieħed fi żmien xahar wara s-sottomissjoni ta’ talba u tad-dokumenti kollha neċessarji lill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nappellaha?

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jistgħu jiġu appellati quddiem il-Kummissjoni Litwana għat-Tilwim Amministrattiv (Lietuvos administracinių ginčų komisija) jew il-Qorti Reġjonali Amministrattiva ta’ Vilnius (Vilniaus apygardos administracinis teismas) fi żmien xahar mid-data li fiha tiġi nnotifikata d-deċiżjoni.

Minn fejn nista’ nġib il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nippreżenta t-talba?

Mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jew mill-unitajiet tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali Iggarantit mill-Istat (Valstybės garantuojamos teisinės pagalbos tarnyba) u mis-siti web (ara informazzjoni iktar 'l isfel).

Hemm xi numru tat-telephone speċjali jew sit web li nista’ nuża?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://vgtpt.lrv.lt/en

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nipprepara t-talba?

Iva, persuna tista’ titlob l-għajnuna legali primarja mill-awtorità eżekuttiva tal-muniċipalità tal-post ta’ residenza iddikjarat tiegħu jew mill-unitajiet tas-Servizz ta’ Għajnuna Legali Iggarantit mill-Istat.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ għajnuna għall-vittmi li jistgħu jgħinuni bit-talba għal kumpens?

L-Assoċjazzjoni Litwana għall-Għajnuna lill-Vittmi ta’ Reati (Lietuvos nusikaltimų aukų rėmimo asociacija) (Valakupių g. 5, LT-10101 Vilnius, Lithuania);

Caritas Lithuania (Lietuvos Caritas, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.caritas.lt, Papilio g. 5, LT-44275 Kaunas, Lithuania).

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Lussemburgu

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Jista’ jinkiseb kumpens għal kwalunkwe tip ta’ reat li kkawża ħsara fuq il-persuna jew dannu morali bħala riżultat ta’ atti intenzjonali li jikkostitwixxu jew l-actus reus ta’ reat jew ta’ reat ta’ attentat għall-pudur jew stupru skont l-Artikoli 372 sa 376 tal-Kriminali Kodiċi.

Għal liema tip ta’ ħsara nista’ ningħata kumpens?

- ħsara fuq il-persuna/telf ekonomiku;

- danni morali.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew persuna dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew persuni dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Qraba jew persuni dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta' atti intenzjonali li jikkostitwixxu reat u kkawżaw ħsara fuq il-persuna li wasslu għall-mewt tal-vittma u li jaffettwaw b’mod serju l-kwalità tal-ħajja ta’ qraba jew persuni dipendenti ta’ vittma (tbatija mentali minħabba t-telf tal-maħbubin tagħhom) jistgħu jressqu pretensjoni għal kumpens lill-Ministru tal-Ġustizzja f’każ li ma jkunx inkiseb kumpens effettiv u adegwat. Il-membri tal-familja, il-konjuġi, is-sħab mhux miżżewġin, sħab reġistrati jew nies li huma viċin b’mod partikolari tal-vittma jistgħu jiksbu kumpens, sakemm ikunu batew dannu reparabbli. Fil-prinċipju, il-grad tar-relazzjoni huwa irrilevanti għax hija kkunsidrata biss il-ħajja emozzjonali u materjali maqsuma mal-vittma diretta. Fil-prattika, huma biss il-membri tal-familja, b'mod partikolari l-familja nukleari, li huma meqjusa bħala l-vittmi indiretti. Il-familja nukleari hija familja li tinkludi żewġ adulti, kemm jekk miżżewġin kif ukoll jekk le, u sew jekk għandhom it-tfal kif ukoll mingħajr tfal.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew persuna dipendenti ta’ vittma li tkun baqgħet ħajja? Liema qraba jew persuni dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Qraba jew persuni dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja wara atti intenzjonali li jikkostitwixxu reat u kkawżaw ħsara fuq il-persuna li wasslu għal diżabilità permanenti jew inkapaċità totali għax-xogħol għal aktar minn xahar li affettwa serjament il-kwalità tal-ħajja tagħhom, jistgħu jressqu pretensjoni għal kumpens lill-Ministru għall-Ġustizzja, fejn ma nkisibx kumpens effettiv u adegwat.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Dawk in-nies li huma residenti legalment fil-Lussemburgu jew ċittadini ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew il-Kunsill tal-Ewropa u li kienu, fil-ħin tar-reat, legalment preżenti fil-Lussemburgu jew vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin jistgħu jitolbu kumpens. Inkella, ma jista’ jingħata l-ebda kumpens.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Kull min jirresjedi legalment u abitwalment fil-Lussemburgu, iżda kien vittma ta’ reat intenzjonat vjolenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, huwa intitolat li jitlob kumpens li għandu jitħallas mill-baġit tal-Lussemburgu sakemm ma jkunx intitolat li jiġi kkumpensat mill-Istat l-ieħor.

Skont il-Liġi tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens għal ċerti vittmi li jsofru ħsara fuq il-persuna, għandhom ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • Il-vittma għandha jew tirrisjedi legalment u abitwalment fil-Lussemburgu jew tkun ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew tal-Kunsill tal-Ewropa. Barra minn hekk, fil-ħin tar-reat, il-vittma għandha tkun legalment preżenti fil-Lussemburgu jew tkun vittma tar-reat imsemmi fl-Artikolu 382-1 tal-Kodiċi Kriminali.
  • Id-dannu mġarrab għandu jkun ir-riżultat ta’ atti intenzjonali li jikkostitwixxu reat.
  • Għandu jkun hemm ħsara fuq il-persuna u mhux biss telf finanzjarju (li teskludi, pereżempju, kumpens għal serqa minuri).
  • Id-dannu għandu jaffettwa serjament il-kwalità tal-ħajja tiegħek, li tista’ tkun riżultat ta’ telf jew tnaqqis ta' qligħ, spejjeż miżjuda jew infiq eċċezzjonali, inkapaċità għax-xogħol, telf ta’ sena skolastika, ħsara fiżika jew mentali, dannu morali jew sfigurazzjoni, jew tbatija fiżika jew mentali. Jekk inti vittma ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 372 sa 376 tal-Kodiċi Kriminali, m'għandekx għalfejn tagħti prova tad-dannu fiżiku jew mentali minħabba li dan ikun preżunt.
  • Il-kumpens jitħallas mill-Istat biss jekk ma tkunx tista' tikseb kumpens effettiv u adegwat b'xi mod ieħor.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Le, il-vittma m’għandux għalfejn tkun irrapportat ir-reat lill-pulizija qabel ma tkun tista’ titlob kumpens.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nressaq pretensjoni?

Le, id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kumpens tittieħed mill-Ministru tal-Ġustizzja qabel ma jiġu deċiżi l-proċeduri kriminali.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat – jekk ikun ġie identifikat?

Jekk l-awtur tar-reat ikun ġie identifikat u inti tfittxu għal danni bħala parti ċivili fil-proċeduri kriminali, trid tistenna r-riżultat ta’ dik il-pretensjoni. Jekk l-awtur tar-reat ikun insolventi, tista’ mbagħad tressaq pretensjoni għal kumpens lill-Ministru tal-Ġustizzja.

Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jordna ħlas lura sħiħ jew parzjali tal-kumpens jew ħlas bil-quddiem li inti tħallast sussegwentement bħala kumpens effettiv għad-dannu.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Awtur tar-reat mhux identifikat

Jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat, tista’ tapplika għal kumpens billi tibgħat il-pretensjoni tiegħek lill-Ministeru tal-Ġustizzja. Din il-pretensjoni għandha tkun miktuba bil-Franċiż, bil-Ġermaniż jew bil-Lussemburgiż u għandha tindika d-data, il-post u n-natura eżatta tal-atti li inti kont vittma tagħhom. Id-dokumenti ta’ prova għall-atti u d-dannu li sofrejt għandhom ikunu mehmuża ma’ din l-ittra, bħala appoġġ għal pretensjoni tiegħek. Barra minn hekk, trid tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Liġi tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar kumpens għal ċerti vittmi ta’ ħsara fuq il-persuna li tirriżulta minn reat.

Awtur tar-reat mhux ikkundannat

Sabiex tkun intitolat għal kumpens, l-awtur tar-reat għandu jkun instab ħati b’sentenza li tkun finali. Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’, abbażi ta’ opinjoni maħruġa mill-Kummissjoni tal-Vittmi (Commission victime), jordna ħlas lura sħiħ jew parzjali tal-kumpens jew ħlas bil-quddiem. Il-Ministru jista’ jieħu l-istess deċiżjoni fejn tħallas ħlas bil-quddiem u sussegwentement jirriżulta li l-kumpens ma kienx ġustifikat.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Il-pretensjoni għandha tiġi sottomessa fi żmien sentejn mid-data tal-atti. Jekk l-awtur tar-reat jiġi pproċessat, il-limitu ta’ żmien jiġi estiż u jiskadi sentejn wara d-deċiżjoni finali tal-qorti li tkun semgħet il-kawża kriminali. Jekk, wara li deċiżjoni fil-proċeduri kriminali tkun saret finali, tingħata deċiżjoni dwar il-pretensjoni ċivili għad-danni, din l-iskadenza tiġi estiża u tiskadi sentejn wara li d-deċiżjoni tal-qorti dwar il-pretensjoni tiegħek għad-danni ssir finali. Madankollu, jekk inti minuri, il-perjodu ta’ limitazzjoni ma jibdiex jgħodd qabel id-data li fiha tasal għall-età maġġuri jekk l-atti huma punibbli b’pieni kriminali jew previsti u punibbli skont l-Artikoli 372, 373, 375, 382-1 u 382-2, 400, 401bis, 402, 403 jew 405 tal-Kodiċi Kriminali.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Bħala eżempju, il-kumpens ikopri:

a) għall-vittma tar-reat:

ħsara fuq il-persuna (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi li jirriżultaw mill-korriment (kura medika - kura in-patient u out-patient, irkupru);
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali bħala riżultat tal-korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, aġġustamenti fid-dar, tagħmir speċjali, eċċ.);
  • dannu permanenti (eż. diżabilità u diżabilitajiet permanenti oħra);
  • telf ta’ qligħ matul u wara t-trattament mediku (inkluż telf ta’ qligħ u telf ta’ kapaċità ta’ qligħ jew tnaqqis ta’ benefiċċji, eċċ.);
  • telf ta’ opportunitajiet professjonali;
  • spejjeż li jirriżultaw minn proċedimenti legali konnessi mal-avveniment li kkawża d-dannu, bħal spejjeż legali u spejjeż oħra;
  • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara;

ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma;

b) għall-benefiċjarji jew qraba ta’ vittma:

ħsara fuq il-persuna (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral;
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, kura in-patient u out-patient, riabilitazzjoni);
  • telf ta’ benefiċċji jew opportunitajiet professjonali;

ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija ta’ qraba jew benefiċjarji/kumpens għas-superstiti f’każ ta’ mewt tal-vittma.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

Il-kumpens jitħallas bħala somma f’daqqa u mhux fil-forma ta’ annwalità. Madankollu, jekk tinqala’ l-ħtieġa, f'każijiet debitament sostanzjati, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ħlas bil-quddiem lir-rikorrent waqt li l-pretensjoni tkun qed tiġi eżaminata. Barra minn hekk, jekk il-kumpens ikun tħallas lill-vittma u d-dannu sussegwentement jiggrava b’mod sinifikanti, il-vittma tista’ tressaq pretensjoni għal kumpens addizzjonali fi żmien ħames snin minn meta jitħallas il-kumpens ewlieni.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

Il-kumpens jista’ jiġi rrifjutat jew imnaqqas minħabba l-imġiba tal-vittma fiż-żmien tal-atti.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Kull vittma li tkun sofriet dannu u tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-Liġi tat-12 ta’ Marzu 1984 dwar il-kumpens għal ċerti vittmi ta’ ħsara fuq il-persuna tista’ titlob kumpens mill-Istat, irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, sakemm ma jkunux inkisbu kumpens u danni effettivi u adegwati.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Il-kumpens jista’ jiġi rifjutat jew imnaqqas minħabba r-relazzjoni tiegħek mal-awtur tar-reat.

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-Kummissjoni tal-Vittmi tiddikjara, fl-opinjoni tagħha, jekk il-pretensjoni hijiex ġustifikata u kemm għandu jingħata kumpens, li jkun ibbażat b’mod partikolari fuq kemm tkun affettwata b’mod serju l-kwalità tal-ħajja tar-rikorrent. Il-Ministru tal-Ġustizzja mbagħad jiddeċiedi jekk jagħtix jew le l-kumpens u jistabbilixxi l-ammont.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-ammont massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata mill-Ministru tal-Ġustizzja ma jistax jaqbeż il-limitu ffissat kull sena mir-Regolament tal-Gran Dukat. Dan il-limitu ġie stabbilit għal EUR 63 000 għall-2017.

Fil-formola tal-pretensjoni jiena mistennija nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Ebda formola speċifika ma jeħtieġ li timtela mir-rikorrenti għal kumpens fil-Lussemburgu. Teħtieġ biss tikteb ittra li tindika d-data, il-post u n-natura eżatta tal-atti u tehmeż id-dokumenti ta’ sostenn għal pretensjoni tiegħek.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Il-kumpens jitħallas mill-Istat biss jekk il-vittma ma tistax tikseb kumpens effettiv u adegwat b’xi mod ieħor, eż. mill-awtur tar-reat, mis-sigurtà soċjali jew mill-assigurazzjoni personali. Il-Kummissjoni tal-Vittmi tista’ tqis kwalunkwe kumpens irċevut għat-telf tiegħek minn sorsi oħra.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem għall-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk tinqala’ l-ħtieġa, f'każijiet debitament sostanzjati, il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jagħti ħlas bil-quddiem waqt li l-pretensjoni tkun qed tiġi eżaminata.

Nista’ ningħata kumpens komplementari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Jekk il-kumpens ikun ingħata u d-dannu sussegwentement jiggrava b’mod sinifikanti, tista’ titressaq pretensjoni għal kumpens addizzjonali. Din il-pretensjoni għandha tiġi mressqa fi żmien ħames snin mid-data li fiha jkun tħallas il-kumpens ewlieni.

Dan il-kumpens addizzjonali ma jistax jaqbeż il-massimu ta’ EUR 63 000 li minnu jitnaqqas l-ammont ta’ kumpens li jkun ingħata qabel.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Kull dokument ta’ sostenn għall-atti u l-ħsara li sofrejt għandu jkun mehmuż mal-ittra tiegħek, biex issostni l-pretensjoni tiegħek.

Lista mhux eżawrjenti:

  • kopja tal-kwerela (rapport tal-pulizija) jew evidenza tal-pretensjoni għad-danni bħala parti ċivili fil-proċedimenti kriminali;
  • kopja tas-sentenza li tiddeċiedi l-proċedimenti kriminali;
  • deċiżjoni dwar il-pretensjoni ċivili għad-danni;
  • evidenza tal-korriment: ċertifikati mediċi li jindikaw in-natura tal-korriment imġarrab, it-tul tal-inkapaċità għax-xogħol u, fejn applikabbli, in-natura tal-effetti sekondarji u d-diżabilità permanenti;
  • evidenza tal-ispejjeż mediċi li jirriżultaw mill-korriment (kura medika, kura in-patient u out-patient, eċċ.);
  • evidenza ta’ sħubija f’organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali;
  • evidenza tal-ammont ta’ kwalunkwe kumpens irċevut permezz tas-sigurtà soċjali;
  • kopja tal-polza tal-assigurazzjoni;
  • evidenza tal-ammont ta’ kwalunkwe kumpens irċevut mill-kumpanija tal-assigurazzjoni;
  • evidenza ta’ telf ta' qligħ matul u wara t-trattament mediku.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tal-pretensjoni u meta din tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Luxembourg Ministry of Justice
13, rue Erasme
L-2934 Luxembourg

Tel.: (+352) 247 84527 / (+352) 247 84517
Fax: (+352) 26 68 48 61 / (+352) 22 52 96

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Fejn għandi nibgħat il-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Luxembourg Ministry of Justice
13, rue Erasme
L-2934 Luxembourg

Tel.: (+352) 247 84527 / (+352) 247 84517
Fax: (+352) 26 68 48 61 / (+352) 22 52 96

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi?

Il-Kummissjoni tal-Vittmi għandha tistieden lill-vittma biex tattendi s-seduta. Jekk jattendu, il-Kummissjoni se tisma’ x-xhieda tagħha dwar l-atti u d-dannu mġarrba. Dan is-smigħ mhux pubbliku u tista’ tkun assistit minn avukat.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar pretensjoni għal kumpens?

Il-Ministru tal-Ġustizzja jiddeċiedi fi żmien sitt xhur mill-pretensjoni għall-kumpens li tressqet minnek.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk il-vittma ma tkunx sodisfatta bid-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja skont il-prinċipju jew l-ammont mogħti, hija tista’ tieħu azzjoni legali kontra l-Istat, rappreżentat mill-Ministru tal-Ġustizzja. Din l-azzjoni għandha titressaq quddiem il-Qorti Distrettwali (tribunal d’arrondissement) tal-Lussemburgu jew ta’ Diekirch, skont kif jagħżel ir-rikorrent.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta l-pretensjoni?

Informazzjoni dwar il-proċedura biex tkun imressqa pretensjoni tista’ tinkiseb minn:

Ministry of Justice
13, rue Erasme
L-2934 Luxembourg

Tel.: (+352) 247 84527 / (+352) 247 84517
Fax: (+352) 26 68 48 61 / (+352) 22 52 96

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@mj.public.lu
Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/

Barra minn hekk, iċ-Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni (Service d’Accueil et d’Information juridique) u s-Servizz ta’ Appoġġ għal Vittmi (Service d’aide aux victimes) Servizz Ċentrali għal Assistenza Soċjali (Service central d’assistance sociale) joffru għajnuna u pariri dwar kif jitressqu pretensjonijiet.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Sit web:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/services_citoyens/indemnisation/index.html

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr/aides-informations/assistance-sociale/scas-service-aide-victimes.html

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji l-pretensjoni?

Kull min jista’ jagħti prova li m'għandux dħul suffiċjenti jista' jirċievi għajnuna legali bla ħlas, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi. Jista’ jinħatar avukat biex joffrilek pariri legali jew jirrappreżentak fil-qorti, bl-ispejjeż li jkunu koperti mill-Istat. Kulħadd jista’ jikkonsulta lill-korpi li joffru informazzjoni legali u pariri jew medjazzjoni. Tista’ taċċessa ċ-Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni biex tikseb kwalunkwe informazzjoni legali mingħajr ħlas.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

- Service d’aide aux victimes (Servizz ta’ Appoġġ għal Vittmi), Service central d’assistance sociale (Servizz Ċentrali għal Assistenza Soċjali)
Bâtiment Plaza Liberty, Entrée A
12-18, rue Joseph Junck
L-1839 Luxembourg

Tel.: (+352) 47 58 21-627 / 628
Mobile: (+352) 621 32 65 95

Email: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidascas-sav@justice.etat.lu

- Service d’Accueil et d’Information juridique (Ċentru Legali u s-Servizz ta’ Informazzjoni):

fil-Lussemburgu,
Cité judiciaire – Bâtiment BC,
L-2080 Luxembourg

Tel.: (+352) 22 18 46

f’Diekirch,
Justice de Paix,
L-9211 Diekirch

Tel.: (+352) 80 23 15

f’Esch-sur-Alzette,
Justice de Paix,
L-4239 Esch-sur-Alzette

Tel.: (+352) 54 15 52

L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Ungerija

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens mill-Istat?

Għal reat vjolenti intenzjonali kontra persuna.

Għal liema tip ta’ korriment nista’ ningħata kumpens?

Għal korriment (fiżiku jew mentali) li jieħu aktar minn tmint ijiem biex ifiq

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva. Minbarra l-vittma, l-axxendenti jew id-dixxendenti tal-vittma, ġenituri adottivi jew foster, tfal adottivi jew foster, konjuġi jew sieħeb ċivili jistgħu jirċievu kumpens jekk kienu jgħixu mal-vittma fl-istess unità domestika meta sar ir-reat, u anke d-dipendenti tal-vittma jistgħu jikkwalifikaw. Barra minn hekk, il-kumpens jista’ jingħata lill-persuna li tkun għamlet arranġamenti għad-dfin tal-vittma deċeduta.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Iva, il-mewt tal-vittma mhijiex kondizzjoni għal kumpens għad-dipendenti jew persuni intitolati oħra.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, jekk qed tgħix legalment fl-UE, jew jekk inti identifikat bħala vittma ta’ traffikar ta’ bnedmin.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Kumpens mill-Istat Ungeriż jista’ jintalab biss f’każ ta’ reati li saru fit-territorju tal-Ungerija; madankollu, jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor, int tista’ tippreżenta l-applikazzjoni tiegħek għal kumpens fl-Ungerija. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet Ungeriżi se jittrażmettu l-applikazzjoni lill-Istat Membru fejn sar ir-reat.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva, din hija kondizzjoni għal kumpens li l-proċedimenti kriminali nfetħu b’rabta mal-att imwettaq.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, it-talba tista’ ssir immedjatament wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti kriminali.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat – jekk ikun ġie identifikat?

L-eżekuzzjoni ta’ talba kontra l-awtur tar-reat ma hijiex kondizzjoni għat-talba ta’ kumpens mill-Istat.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Iva, tista’ tiġi ppreżentata applikazzjoni għal kumpens anke jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat. Barra minn hekk, f’każijiet bħal dawn, iridu jiġu ppreżentati d-dokumenti insostenn tal-limitu tad-dannu, tar-relazzjoni bejn il-kawża u l-effett bejn id-dannu u l-att (eż. fattura, riċevuta, kwotazzjoni preliminari jew dokument ieħor).

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Bħala regola ġenerali, it-talba għal kumpens għandha ssir fi żmien sena minn meta jkun sar ir-reat.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens se jkopri:

a) Għall-vittma tar-reat:

  • Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
    • spejjeż mediċi tal-korriment (kura medika – kura ambulanti u fi sptar, irkupru)
    • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali bħala riżultat ta’ korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija ta’ edukazzjoni fit-tul, adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.)
    • korriment permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ waqt kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila li tagħmel il-qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)
    • telf ta’ opportunità
    • spejjeż marbutin mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħal tariffi legali, spejjeż tal-qorti)
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara
    • oħrajn
  • Ħsara psikoloġika (morali):
    • uġigħ u tbatija psikoloġiċi tal-vittma

b) Għall-persuni intitolati jew qraba ta’ vittma:

  • Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
    • spejjeż tal-funerali
    • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, kura ambulanti u fi sptar, riabilitazzjoni)
    • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità
  • Ħsara psikoloġika:
    • piż u tbatija psikoloġiċi tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti fix-xahar?

Tista’ ssir talba għall-kumpens f’pagament wieħed jew fil-forma ta’ benefiċċju fix-xahar.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas li nikkoopera matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Ma huwiex dovut kumpens mill-Istat jekk f’deċiżjoni finali tal-qorti jkun ġie stabbilit li l-kondotta tal-vittma kkontribwiet għar-reat jew kienet il-kawża tar-reat, jew il-kondotta abbużiva tal-vittma kkawżat id-dannu jew ikkontribwiet għad-dannu. Fil-proċedimenti kriminali miftuħa minħabba r-reat li jwassal għal kumpens, aktar raġunijiet għall-esklużjoni huma rifjut li wieħed jixhed, rifjut tal-obbligu li jikkoopera jew in-nuqqas ta’ mozzjoni privata. Barra minn hekk, il-vittma tista’ ma tingħatax kumpens jekk, fil-proċedimenti kriminali mressqa minħabba r-reat li jwassal għal kumpens jew b’rabta mar-reat, il-vittma tkun wettqet ir-reat ta’ akkuża falza, żgwidat lill-awtoritajiet, ir-reat ta’ xhieda falza, ta’ tixħim tax-xhieda, ta’ tfixkil tal-proċedimenti uffiċjali jew ta’ koerċizzjoni fi proċedimenti uffiċjali, trażżin taċ-ċirkostanzi ta’ eżonerazzjoni, għajnuna u assistenza, ksur tas-siġill, attakk kontra l-awtur tar-reat jew il-qarib tiegħu jew reat li joħloq periklu kollettiv, u dak ir-reat ikun ġie stabbilit b’deċiżjoni finali tal-qorti.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-ħtieġa soċjali ma hijiex kundizzjoni għall-kumpens mill-Istat.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Ir-regolamenti Ungeriżi jispeċifikaw il-każijiet fejn il-vittma tiġi eskluża mill-kumpens (eż. il-vittma tkun diġà rċeviet għajnuna għall-kawża jew ma tkunx ħallset lura l-għajnuna finanzjarja mill-Istat li tkun diġà rċeviet skont dan l-Att anke jekk il-vittma kienet meħtieġa tagħmel dan).

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Vittma ta’ reat tista’ tapplika għal ħlas f’somma f’daqqa fi flus bħala kumpens totali jew parzjali għat-telf ekonomiku li tkun ġarrbet permezz tar-reat. Il-firxa tal-kumpens f’somma f’daqqa ma hijiex aktar minn ħmistax-il darba l-ammont bażiku (fl-2021: HUF 158 168).

Vittma ta’ reat tista’ tapplika għal kumpens parzjali għat-telf fl-introjtu regolari tagħha fil-forma ta’ pagamenti regolari jekk ir-reat ikun irriżulta fin-nuqqas ta’ kapaċità tagħha li taħdem għal perjodu stmat ta’ aktar minn 6 xhur.

L-ammont ta’ kumpens fil-forma ta’ benefiċċju huwa: 75 % tat-telf tal-introjtu sostnut mill-evidenza jekk il-vittma hija taħt it-18-il sena jew tiddependi fuq assistenza minn ħaddieħor u 50 fil-mija tat-telf tal-introjtu sostnut minn provi jekk il-vittma ma tiddependix fuq assistenza minn ħaddieħor.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm l-ebda ammont minimu li jista’ jingħata. L-ammont ta’ kumpens ma huwiex se jaqbeż ħmistax-il darba l-ammont bażiku (fl-2021: HUF 158 168), li fl-2021 huwa HUF 2 372 520. L-ammont fix-xahar massimu ta’ kumpens li tista’ ssir talba għalih fil-forma ta’ benefiċċju huwa l-ammont bażiku, li huwa HUF 158 168 fl-2021.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

L-ammont ta’ ħsara għandu jiġi kkwotat fit-talba. Kwalunkwe ammont irkuprat minn sors ieħor għandu jitnaqqas mill-ammont tal-kumpens.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

L-Istat se jirrimborża l-ammont ta’ ħsara sostnut mill-evidenza, anke jekk dan jista’ jiġi rkuprat minn sors ieħor. Jekk il-ħsara tiġi rkuprata aktar tard minn sors ieħor, l-ammont imħallas bħala għajnuna jrid jitħallas lura sal-punt tal-irkupru. F’dak il-każ, il-kumpens ġie pprovdut mill-Istat bħala ħlas bil-quddiem.

Nista’ nikseb kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Le. Il-kumpens jista’ jingħata darba biss.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

  • Ċertifikat tal-ftuħ tal-proċedimenti kriminali, jekk disponibbli (pulizija, qorti, uffiċċju tal-prosekutur pubbliku)
  • id-dokumenti li jappoġġaw l-ammont ta’ ħsara sofruta bħala riżultat tar-reat u r-relazzjoni bejn il-kawża u l-effett (eż. fattura, riċevuta, kwotazzjoni preliminari jew dokument ieħor)

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tasal u tiġi pproċessata?

Le, is-sottomissjoni tal-applikazzjoni hija mingħajr ħlas.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-Uffiċċju tal-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Budapest (Budapest Főváros Kormányhivatala) jaġixxi bħala l-awtorità li tiddeċiedi fir-rigward tal-kumpens mill-Istat.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

L-applikazzjoni tista’ titressaq lis-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi ta’ kwalunkwe uffiċċju tal-gvern tal-kontea (awtoritajiet ta’ assistenza) jew direttament lill-awtorità ta’ deċiżjoni (l-Uffiċċju tal-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Budapest – Budapest Főváros Kormányhivatala).

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża?

Le.

Kemm indum nistenna (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

L-iskadenza għall-ipproċessar tat-talbiet hija massimu ta’ 60 jum.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Il-proċedimenti amministrattivi jistgħu jitressqu quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni li tingħata fil-prim’istanza.

Fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://igazsagugyiinformaciok.kormany.hu/aldozatsegito-szolgalat

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Linja telefonika 24/7 għall-Appoġġ lill-Vittmi (Áldozatsegítő Vonal): 06-80-225-225 bl-Ungeriż u bl-Ingliż, u s-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vansegitseg.hu/

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Iva, il-persunal kemm tas-servizzi lokali ta’ appoġġ għall-vittmi kif ukoll taċ-Ċentri ta’ Appoġġ għall-Vittmi jipprovdi assistenza fil-mili tal-applikazzjoni, u jipprovdu wkoll pariri legali f’każijiet sempliċi. Inkella, l-għajnuna legali hija possibbli fuq il-bażi tal-Att LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Servizzi biex jgħinuk tiddikjara l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe unità organizzazzjonali tas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, jiġifieri fl-uffiċċji tal-kontej u tal-Gvern f’Budapest u fiċ-Ċentri tas-Servizz ta’ Appoġġ għall-Vittmi, fejn il-konsulenti tal-appoġġ għall-vittmi se jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza fil-mili tal-applikazzjonijiet) u informazzjoni lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu wkoll jirrikorru għand l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Ċirku Abjad (Fehérgyűrű), Għajnuna Battista Ungeriża(Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.)

L-aħħar aġġornament: 03/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgarul-Ispanjoliċ-Ċekid-Daniżil-Ġermaniżl-Estonjanil-Griegl-Ingliżil-FranċiżKroatit-Taljanil-Latvjanil-Litwanl-Ungeriżl-Olandiżil-Pollakkil-Portugiżir-Rumenis-Slovakkis-Slovenil-Finlandiżl-Isvediż diġà ġew tradotti.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Malta

Liema tip ta’ kriminalità nista’ nikseb kumpens għaliha?

It-tip ta' kriminalita' li tista' tikseb kumpens għaliha hija stupru b'uzu ta' vjolenza, li tinduċi persuni taħt l-eta' għall-prostituzzjoni, omiċidu volontarju, ħsara gravi fuq il-ġisem u ħruq volontarju li jista' jipperikola l-ħajja.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Tista' tikseb kumpens għal kwalunkwe dannu mġarrab bħala konsegwenza ta' delitt vjolenti intenzjonat imsemmi hawn fuq.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Jekk inti membru tal-familja jew dipendenti ta' vittma li tkun mietet b'rizultat ta' reat, tista' tikseb kumpens.  Dipendenti tfisser il-persuni mizmuma mill-mejjet u l-persuni li kienu intitolati bil-liġi li jeħtieġu li jinzammu mill-mejjet.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Ma tistax titlob kumpens jekk tkun membru tal-familja jew dipendenti ta' vittma li tkun għadha ħajja.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Ma tistax titob kumpens jekk m'intix ċittadin ta' pajjiz tal-EU

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew niġi minn hawnhekk (dan hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħi jew tan-nazzjonalità) anki jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat? Jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

F'dan il-kaz tista' titlob kumpens billi tipprovdi l-assistenza u l-inforazzjoni kollha raġonevoli meħtieġa għall-finijiet in kwistjoni

Għandi nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva għandek tkun irraportajt l-att kriminali lill-pulizija qabel tkun tista' titlob kumpens.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Mhux neċessarjament  tistenna r-rizultat ta' xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma' tkun tista' tagħmel it-talba

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand min wettaq ir-reat — jekk ikunu ġew identifikati?

L-ewwel għandek titlob kumpens mingħand min wettaq ir-reat - jekk ikunu ġew identifikati.

Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati xorta tista' tikkwalifika għall-kumpens.  L-evidenza li għandek bzonn tipprezenta hija r-rapport tal-Pulizija.

Hemm limitu ta’ żmien li fih nista’ nitlob kumpens?

Il-limitu ta' zmien huwa ta' sena minn meta twettaq ir-reat.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Il-kumpens ser ikopri:

(a) Għall-vittma tar-reat:

— Hsara materjali (mhux psikoloġik):

  • spejjeż mediċi ta’ korriment (trattament mediku — mit-triq u kura fl-isptar, irkupru)
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri l-kura u l-assistenza, trattament temporanju jew permanenti, edukazzjoni fiżjoterapewtika fit-tul, adattament tad-djar, għajnuniet speċjali eċċ.)
  • korriment permanenti (eż. invalidità u tipi oħra ta’ korriment permanenti)
    • telf ta’ qligħ matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf ta’ kapaċità jew kapaċità mnaqqsa ta’ qligħ tal-għixien jew manutenzjoni mnaqqsa, eċċ.)
    • it-telf ta’ opportunità
    • nefqiet relatati ma’ proċeduri legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħal ħlasijiet legali, spejjeż tal-qorti)
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li sarilha l-ħsara
    • oħrajn - fid-diskrezzjoni assoluta tal-uffiċjal tat-talbiet

— Dannu psikoloġiku (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma - fid-diskrezzjoni assoluta tal-uffiċjal tat-talbiet

(b) Għal persuni intitolati jew qraba tal-vittma:

— Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż funerarji
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u tal-isptar, riabilitazzjoni)
  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità

Fid-diskrezzjoni assoluta tal-uffiċjal tat-talbiet.
— Dannu psikoloġiku:

  • uġigħ u t-tbatija ta’ qraba jew persuni intitolati /kumpens lil superstiti jekk il-vittma mietet

Fid-diskrezzjoni assoluta tal-uffiċjal tat-talbiet.

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

Il-kumpens ikun permezz ta' ħlas ta' somma f'daqqa, minflok pensjoni perjodika.  Biss l-Uffiċjal tat-Talbiet jista' jagħmel għotja interim u li jipposponi li jagħmel għotja finali f'kaz li stima medika finali tal-korriment tittardja biex tingħata.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi stess fir-rigward tar-reat, il-kondotta tiegħi jew nuqqas ta’ kooperazzjoni matul il-proċeduri ta’ kumpens jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

L-Uffiċjal tat-Talbiet jista' jzomm jew inaqqas kumpens fejn jikkunsidra li:

  1. L-applikant naqas milli jieħu, mingħajr dewmien, il-passi kollha raġonevoli biex jinforma lill-pulizija, jew korp ieħor jew persuna oħra kkunsidrata xierqa mill-Uffiċjal tat-Talbiet għall-iskop in kwistjoni, biċ-ċirkostanzi li taw lok għar-reat; jew
  2. l-applikant naqas milli jikkopera mal-pulizija jew awtorita' oħra biex tipprova tressaq lill-ħati quddiem il-ġustizzja; jew
  3. l-applikant naqas milli jagħti dik l-assistenza kollha raġonevoli lill-Uffiċjal tat-Talbiet jew korp ieħor jew persuna in konnessjoni mal-applikazzjoni; jew
  4. l-imġieba tal-applikant qabel, matul jew wara l-inċident li jagħti lok għall-applikazzjoni jagħmilha mhux xieraq li jingħata ammont ta' kumpens sħiħ jew kwalunkwe kumpens, jew
  5. Il-karattru tar-rikorrent kif muri fil-kundanni kriminali tiegħu jew b'evidenza disponibbli għall-Uffiċjal tat-Talbiet jagħmilha mhux xieraq li jingħata l-għotja sħiħa jew kwalunkwe somma oħra kollha; jew
  6. il-vittma kienet responsabbli b'mod konġunt jew parzjali għall-korriment sostnut; jew
  7. l-imġieba tal-vittma, il-karattru tiegħu jew il-mod tiegħu ta' ħajja jagħmilha xieraq li jintagħmel dan;

L-ebda kumpens m'għandu jitħallas taħt l-iskema fejn:

  1. il-korriment kriminali kien sostnut qabel l-1 ta' Jannar 2006;
  2. l-Uffiċjal tat-Talbiet huwa tal-fehma li l-ħati huwa mhux indiġenti jew sakemm ma tkunx ingħatat prova li l-azzjoni legali biex jintalab kumpens saret mingħajr ezitu favorevoli;
  3. l-applikant ma jkunx, fl-opinjoni tal-Uffiċjal tat-Talbiet, ipprovda l-għajnuna raġonevoli kollha u informazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet tar-regolamenti;
  4. l-applikant kien responsabbli għall-ħsara kriminali sostnuta minħabba provokazzjoni jew kwalunkwe azzjoni oħra.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjaraja tiegħek tista' taffettwa l-ammont mogħti.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

M'hemmx kriterji oħrajn apparti dawk indikati hawn fuq.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Il-kumpens jiġi kkalkulat b'evelwazzjoni diskrezzjonali.

Hemm xi limiti minimi/ammont massimu li jista’ jingħata?

L-ebda ħals ta' xi pretendent m'għandu jaqbez is-somma ta' tlieta u għoxrin elf u tliet mitt ewro (€23,300) u tali somma ma għandhiex tinqabez fejn ikun hemm aktar minn talba waħda minħabba l-istess delitt.

Jien mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif għandu jiġi kkalkulat jew dwar aspetti oħra?

Iva huwa mistenni li tikkwota l-ammont fil-formola u tista' tikseb struzzjonijiet dwar kif tikkalkulah jew dwar aspetti oħra.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata), se jitnaqqsu mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

L-ammont ta' kumpens għat-telf minn sorsi oħra jistgħu jitnaqqsu mill-kumpens imħallas mill-awtorita'.

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

L-Uffiċjal tat-Talbiet għandu jkun intitolat li jagħmel kwalunkwe arranġamenti li huwa jikkunsidra xieraq għall-amministrazzjoni ta' flus li jagħti bħala kumpens.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Ma tistax tikseb kumpens komplimentari jew addizzjonali wara d-deċizjoni prinċipali.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Id-dokumenti huma dawn:

  • prokura/prova ta' awtorita' jew relazzjoni mal-vittma
  • ċertifikat tal-mewt tal-vittma
  • kopja tar-rapport tal-pulizija
  • kopja tas-sentenza/deċizjoni tal-qorti;
  • rapporti u ċertifikati mediċi;
  • kontijiet tal-isptar;
  • riċevuti ta' spejjez oħra (kura, funeral);
  • dħul (salarju, ħlasijiet ta' assistenza soċjali/assistenza);
  • konferma tal-kontribuzzjoni (jew le) minn sorsi oħra (assigurazzjoni ta' min iħaddem, assigurazzjoni privata);
  • ċertifikat tal-kondotta tal-pulizija;
  • affidavit tal-applikant li ma rċieva l-ebda kumpens minn xi korp jew awtorita' oħra; dokumenti rilevanti oħra skont iċ-ċirkostanzi.

Hemm imposti ħlasijiet amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

M'hemm l-ebda ħalsijiet amministrattivi jew oħrajn imposti f'dan il-kaz.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-awtorita' hija l-Uffiċjal tat-Talbiet mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

It-talba għandha tintbagħat lill-Uffiċjal tal-Assistenza, Dipartiment tal-Ġustizzja, 14,16,18, Triq is-Suq, Floriana.

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

M'għandekx bzonn tkun prezenti

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Bejn xahar jew xahrejn skont iċ-ċirkostanzi

Jekk m’iniex sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Mhux possibbli li tikkontesta d-deċizjoni

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel talba?

Dawn itista' tiksibhom mid-Dipartiment tal-Ġustizzja jew inkellha mill-website: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://eforms.gov.mt/pdfforms.aspx?fid=pjd010e

Hemm xi helpline speċjali jew xi sit web li nista’ nuża?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://vso.org.mt/

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Iva, tista' tingħata għajnuna legali

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://vso.org.mt/

L-aħħar aġġornament: 22/06/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Olanda

Għal liema tipi ta’ reat nista’ ningħata kumpens għat-telf tiegħi mill-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven)?

Ir-reati vjolenti volontarjii kollha, jiġifieri, attakki, theddid ta’ vjolenza u/jew theddid li jsir b’arma, qtil, qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni, serq vjolenti u reati sesswali vjolenti (attakk u stupru indiċenti). Il-kumpens jista’ jingħata wkoll lil qraba superstiti ta’ vittma ta’ qtil involontarju.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens mill-Fond?

Il-pagament huwa kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija tiegħek (dannu morali) u għal kwalunkwe telf finanzjarju li jirriżulta minn dan, bħal spejjeż mediċi li ġġarrab għall-kura tal-korriment ikkaġunat mir-reat jew għal kwalunkwe telf ta’ qligħ minħabba inkapaċità riżultanti għax-xogħol. Il-pagament ma huwiex maħsub biex ikopri t-telf kollu, iżda huwa ammont fiss, ta’ darba, mhux differenzjat li jitħallas bħala kontribuzzjoni lejn il-kost tad-dannu li batejt.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, tista’ tingħata kumpens jekk int il-konjuġi, is-sieħeb, is-sieħeb (irreġistrat) jew ġenitur, wild, ħu jew oħt il-vittma li mietet. Int tista’ tkun eliġibbli għal kumpens għad-diffikultà li esperjenzajt bħala qarib superstitu, għall-ispejjeż tal-funeral li ġarrabt u għat-telf tal-manteniment minħabba l-introjtu tal-persuna deċeduta.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, il-Fond jista’ jagħti kumpens lill-qraba tal-vittmi li jkunu batew korrimenti serji u permanenti li jirriżultaw minn reat vjolenti. Il-konjuġi, is-sieħeb (irreġistrat), il-ġenitur, il-wild, ħu jew oħt persuna deċeduta huma kollha meqjusa bħala qraba.

Nista’ ningħata kumpens jekk kont xhud għal reat?

Iva, il-Fond jista’ jagħti kumpens jekk persuna batiet dannu psikoloġiku minħabba li kienet xhud għal reat vjolenti volontarju jew kienet ikkonfrontata direttament bil-konsegwenzi ta’ reat vjolenti volontarju (dan ma japplikax għal qtil involontarju). Sabiex wieħed ikun eliġibbli għal kumpens, jeħtieġ li jintwera li ġġarrab dannu psikoloġiku serju minħabba r-reat. Dan jeħtieġ dijanjożi minn prattikant kwalifikat.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, diment li r-reat li int vittma tiegħu sar fit-territorju Netherlandiż. In-nazzjonalità tal-vittma ma hijiex rilevanti.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, il-Fond jista’ jagħti kumpens biss bħala riżultat ta’ reat vjolenti li sar fit-territorju Netherlandiż.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija l-ewwel, biex inkun nista’ nitlob kumpens?

Le, m’hemmx bżonn li tkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija biex t-talba tiegħek tiġi pproċessata mill-Fond. Madankollu, fil-prattika, ir-rappurtar tar-reat u l-investigazzjoni kriminali sussegwenti għandhom rwol importanti biex tiġi ssostanzjata talba. Jekk ir-reat ma ġiex irrappurtat, għandu jkun possibbli li tiġi stabbilita l-plawżibbiltà tat-talba abbażi ta’ stqarrijiet oġġettivi oħrajn. “Oġġettivi” hawnhekk tirreferi għal informazzjoni miksuba minn sorsi affidabbli, mhux preġudikati.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċediment kriminali qabel ma nkun nista’ nressaq it-talba?

Le. Madankollu, f’ċerti każijiet, il-Fond jista’ jikkunsidra li jkun meħtieġ li wieħed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali biex tiġi stabbilità l-plawżibbiltà tat-talba tiegħek.

L-ewwel irrid nitlob kumpens mingħand l-awtur tar-reat – jekk ikun ġie identifikat?

Le.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema provi rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Iva. Fir-rigward tas-sostanzjalità tal-plawżibbiltà, talbiet bħal dawn huma soġġetti għall-istess kundizzjonijiet ta’ dawk f’każijiet meta l-awtur tar-reat ikun magħruf.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Iva. Għandek tippreżenta t-talba tiegħek lill-Fond fi żmien 10 snin mid-data meta sar ir-reat. Fil-każ ta’ qarib superstiti, dan il-perjodu jibda mid-data tal-mewt tal-vittma.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

Il-pagament mill-Fond ma huwiex marbut ma’ telf speċifiku. Dan huwa ammont fiss, ta’ darba, mhux differenzjat maħsub biex jikkumpensak għall-uġigħ u għat-tbatija tiegħek (dannu morali) u kwalunkwe spiża medika li ġġarrab għall-kura tal-korriment sostnut waqt ir-reat u għal kwalunkwe telf ta’ qligħ minħabba inkapaċità riżultanti għax-xogħol.

Fil-każ ta’ qraba superstiti, il-pagament huwa maħsub ukoll bħala kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija (id-diffikultà li tirriżulta mill-mewt ta’ qarib), għall-ispejjeż mediċi mġarrba, eż. għall-kura ta’ problemi psikoloġiċi kkawżati mill-mewt ta’ qarib, u/jew għal telf ta’ qligħ minħabba l-inkapaċità riżultanti għax-xogħol. Jista’ jsir ukoll pagament separat bħala kumpens għall-ispejjeż tal-funeral u għat-telf ta’ manteniment minħabba t-telf tal-introjtu tal-persuna deċeduta.

Il-kumpens jitħallas b’pagament uniku jew b’pagamenti fix-xahar?

B’pagament uniku.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċess tat-talba għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Biex tkun eliġibbli għal pagament mill-Fond, huwa importanti li int stess ma tkunx ħati tar-reat. Fi kliem ieħor, ma tridx tkun l-awtur jew tkun kellek xi sehem fir-reat int stess. Jekk kont involut/a fir-reat, il-Fond jista’ jirrifjuta t-talba tiegħek jew inaqqas l-ammont ta’ kumpens imħallas.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax l-eliġibbiltà tiegħek għal kumpens għad-dannu li batejt.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

  • Trid tkun batejt dannu serju bħala riżultat tar-reat. Dannu serju jitqies bħala korriment fiżiku u/jew dannu psikoloġiku li għandu konsegwenzi mediċi fit-tul jew permanenti severi.
  • Il-Fond jagħti kumpens biss jekk id-dannu li batejt ma ġiex jew ma huwiex se jiġi kkumpensat b’xi mod ieħor, eż. kumpens li jitħallas mill-awtur tar-reat jew minn kumpanija tal-assigurazzjoni. Madankollu, ma għandekx għalfejn l-ewwel tipprova tirkupra d-dannu mill-awtur tar-reat jew mill-kumpanija tal-assigurazzjoni qabel ma tapplika mal-Fond. Il-proċeduri differenti jistgħu jsiru fl-istess ħin.
  • Mhuwiex possibbli wkoll li tippreżenta talba relatata ma’ reati li saru qabel l-1 ta’ Jannar 1973.

Kif se jiġi ddeterminat il-kumpens?

Il-livell ta’ pagament jiġi bbażat fuq is-severità tad-dannu li batejt jew iċ-ċirkostanzi tar-reat.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Il-Fond iddefinixxa sitt kategoriji ta’ dannu, kull waħda b’ammont ta’ kumpens fiss. Il-kategorija 1 tintitola lill-vittmi għal pagament ta’ €1 000.00 u l-kategorija 6 għal pagament ta’ €35 000.00.

Fil-formola tal-applikazzjoni jiena mistenni/ja nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Le.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva, jekk dan il-kumpens huwa relatat ma’ dannu morali, spejjeż mediċi u telf ta’ qligħ.

Nista’ nieħu kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva, il-Fond jista’ jħallsek il-kumpens bil-quddiem fil-forma ta’ pagament proviżorju. Dan bil-kondizzjoni li t-talba tissodisfa r-rekwiżiti legali (jiġifieri, ġie stabbilit b’ċertezza li int intitolat għal pagament) u li l-Fond ma jistax jagħmel deċiżjoni definittiva f’perjodu qasir. Talba għal ħlas bil-quddiem tiġi pproċessata biss jekk tapplika bil-miktub u tispjega għala huwa meħtieġ u urġenti pagament bil-quddiem, eż. jekk ma għandekx biżżejjed fondi biex tirċievi kura għall-korriment li batejt. Is-sempliċi fatt li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ma jikkostitwix raġunijiet biżżejjed biex tingħata ħlas bil-quddiem.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara eż. tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Tista’ tippreżenta talba addizzjonali jekk, wara li tittieħed deċiżjoni li jingħatalek kumpens, il-korriment tiegħek juri li huwa aktar serju minn dak li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuqu fl-ewwel talba tiegħek. Qarib superstitu jista’ wkoll jippreżenta talba addizzjonali biss għall-ispejjeż tal-funeral u għat-telf tal-manteniment.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

  • Formola tal-applikazzjoni mimlija
  • Kopja ta’ dokument tal-identità
  • Jekk disponibbli: rapport tal-pulizija, sentenza
  • Kwalunkwe informazzjoni medika relatata mal-korriment
  • Jekk applikabbli: dokumenti oħra mitluba fil-formola.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le.

Kemm jittieħed żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Massimu ta’ 26 ġimgħa, iżda normalment qabel.

Jekk ma nkunx issodisfat bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Tista’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatippreżenta oġġezzjoni bil-miktub lill-Fond fi żmien 6 ġimgħat. Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek, tista’ tressaq appell quddiem il-qorti amministrattiva Netherlandiża.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nagħmel talba?

Il-formoli kollha u informazzjoni oħra jistgħu jinstabu fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Fond.

Hemm linja għall-għajnuna jew sit elettroniku speċjali li nista’ nuża?

Tista’ żżur is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFond għal Kumpens għal Reati Vjolenti.

In-numru tat-telefown tal-Fond huwa: 070-4142000

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

L-għajnuna legali ma hijiex disponibbli għall-vittmi fil-forma ta’ assistenza minn avukat meta tippreżenta applikazzjoni lill-Fond. Madankollu, l-appoġġ huwa disponibbli mingħajr ħlas minn Victim Support Netherlands (Slachtofferhulp Nederland) jekk tkun teħtieġ għajnuna biex tissottometti applikazzjoni.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Victim Support Netherlands tista’ tipprovdi appoġġ mingħajr ħlas jekk tkun teħtieġ għajnuna biex tissottometti l-applikazzjoni tiegħek għal kumpens.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Awstrija

Għal liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens?

Skont l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat (Verbrechensopfergesetz, VOG), BGBl. Nru 288/1972, kumpens jingħata lill-individwi meta jkun probabbli li jkunu ġarrbu ħsara fuq il-persuna tagħhom jew dannu għal saħħithom minħabba att illegali u intenzjonat li jġorr sentenza ta’ aktar minn sitt xhur priġunerija fid-data li fiha tittieħed id-deċiżjoni.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nikseb kumpens?

Għal att illegali u intenzjonat li jġorr sentenza ta’ aktar minn sitt xhur priġunerija li jirriżulta fi ħsara fuq il-persuna jew f’dannu għas-saħħa.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib/a jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Iva. Membri tal-familja li kienu dipendenti tal-persuna deċeduta skont id-dritt ċivili (ulied, konjuġi) huma eliġibbli għal kumpens.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib/a jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Iva, jekk il-vittma korriet serjament. Ir-reat irid ikun ikkawża xokk lill-membru tal-familja (wild, ġenitur, konjuġi, aħwa) li jirriżulta f’diffikultajiet psikoloġiċi b’sinifikat kliniku.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva. Ir-reat irid ikun twettaq fl-Awstrija wara t-30 ta’ Ġunju 2005. Normalment ir-rikorrenti li jkunu resident legali fil-mument tar-reat.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan hu l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Skont l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat, fil-prinċipju anki ċ-ċittadini tal-Awstrija u tal-UE (jekk il-post tar-residenza abitwali tagħhom kien fl-Awstrija qabel ir-reat) huma intitolati għal kumpens għal danni li jseħħu barra l-pajjiż.

Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, kumpens għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu twettaq ir-reat.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Il-vittma u d-dipendenti superstiti jridu jassistu fl-investigazzjoni fir-reat u fit-tiftix għall-awtur, inkella kwalunkwe talba għal kumpens tista’ tiġi miċħuda.

Irrid nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le

Għandi l-ewwel infittex kumpens mit-trasgressur - jekk dan ikun ġie identifikat?

Le

Jekk it-trasgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

It-trasgressur m’għandux bżonn ikun ġie identifikat jew ikkundannat. Biżżejjed jekk ikun probabbli li seħħ reat.

Hemm terminu preskrittiv li matulu rrid nitlob kumpens?

Ħafna mit-talbiet iridu jsiru fi żmien tliet snin mit-twettiq tar-reat biex tiġi riċevuta assistenza retroattiva. Jekk it-talba tiġi ppreżentata aktar tard, l-assistenza tiħallas mix-xahar ta’ wara t-talba.

X’tip ta’ telf u ta’ spejjeż hu kopert mill-kumpens?

Hi possibbli l-assistenza li ġejja:

1. Kumpens għat-telf ta’ qligħ jew ta’ manteniment;

2. Kura terapewtika
(a) assistenza medika,
(b) mediċina,
(c) għajnuniet mediċi,
(d) kura istituzzjonali,
(e) trattament dentali,
(f) miżuri għat-titjib tas-saħħa (Taqsima 155 tal-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz), BGBl. Nru 189/1955);

2a. Il-kopertura tal-ispiża ta’ interventi ta’ kriżi minn psikologi u minn psikoterapisti kliniċi u tas-saħħa;

3. Kura ortopedika
(a) l-installazzjoni ta’ proteżi, ta’ apparati ortopediċi u oħrajn, it-tiswija u s-sostituzzjoni ta’ dawn,
(b) rimborż għall-ispejjeż tal-modifika tal-oġġetti ta’ kuljum u l-installazzjoni ta’ kmamar tal-banju għall-persuni b'diżabilità,
(c) għotjiet biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ modifika ta’ vetturi multi-track għal sewwieq b’diżabilità,
(d) għajnuna għax-xiri ta’ vetturi multi-track,
(e) kwalunkwe spiża tal-ivvjaġġar u tat-trasport imġarrba;

4. Riabilitazzjoni medika
(a) akkomodazzjoni f’istituzzjonijiet mediċi li primarjament jiffokaw fuq ir-riabilitazzjoni,
(b) assistenza medika, mediċina u għajnuniet mediċi jekk dawn ikunu meħtieġa b’rabta diretta jew b’konnessjoni ma’ (a),
(c) kwalunkwe spiża tal-ivvjaġġar u tat-trasport imġarrba;

5. Riabilitazzjoni professjonali
(a) taħriġ okkupazzjonali biex terġa’ tinkiseb jew tittejjeb is-saħħa għax-xogħol,
(b) taħriġ għal okkuġazzjoni ġdida,
(c) għotjiet jew self (Taqsima 198(3) tal-Att Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, (Allgemeines Sozialversicherungsgesetz, ASVG 1955));

6. Riabilitazzjoni soċjali
(a) għotja biex tkopri l-ispiża tal-kisba ta’ liċenzja tas-sewqan jekk id-diżabilità tal-persuna tfisser li ma jkunx raġonevoli li din tkun mistennija tuża t-trasport pubbliku,
(b) allowance tranżitorja (Taqsima 306, ASVG 1955);

7. Allowances għall-kura, allowances għal nies għomja;

8. Rimborż ta’ spejjeż tal-funerali;

9. Benefiċċji addizzjonali soġġetti għal test tal-mezzi;

10. Kumpens b’somma f’daqqa għall-uġigħ u għat-tbatija.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti akkont fix-xahar?

Dan ivarja.

Hemm pagamenti akkont fix-xahar (kumpens għat-telf ta’ qligħ / ta’ manteniment; benefiċċji addizzjonali b’test tal-mezzi; allowance għall-kura u allowance għall-persuni għomja) u pagamenti uniċi (bħar-rimborż ta’ spejjeż tal-funeral, kumpens b’somma f’daqqa għall-uġigħ u għat-tbatija).

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

L-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat jispjega r-raġunijiet li għalihom kumpens jista’ jiġi rifjutat (pereż. imġiba negliġenti gravi, involviment fi ġlieda).

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Għal ħafna mit-tipi ta’ assistenza, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tkun irrilevanti. It-telf ta’ qligħ u ta’ manteniment jitkejjel skont il-kriterji tad-dritt ċivili u ma jkunx soġġett għal test tal-mezzi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Le

Kif se jiġi kkalkolat il-kumpens?

Fuq il-bażi ta’ każ b’każ. Kumpens kurrenti għal telf ta’ qligħ u ta’ manteniment jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-kriterji tad-dritt ċivili.

Hemm ammont minimu / massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm l-ebda ammont minimu għal kumpens.

Hemm limiti tal-introjtu jew ammonti fissi għal tipi speċifiċi ta’ assistenza.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkolah jew dwar aspetti oħra?

Le. Hu f’idejn l-awtorità inkwistjoni li tiddetermina l-ammont; madankollu, il-vittma trid tikkoopera fil-proċedimenti u tipprovdi l-informazzjoni mitluba.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Il-benefiċċji tal-istat (bħall-benefiċċju tal-qgħad) u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (pensjonijiet ta’ diżabilità, eċċ.) jittieħdu f’kunsiderazzjoni u jnaqqsu l-kumpens għat-telf ta’ qligħ skont l-Att dwar il-Vittmi ta’ Reat.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva. Jekk ikun hemm ħtieġa urġenti għal assistenza finanzjarja. Irid ikun probabbli li t-talba tkun fondata kif xieraq.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Normalment iridu jiġu pprovduti d-dokumenti li ġejjin mat-talbiet għal assistenza:

  • prokura/prova ta’ awtorizzazzjoni jew relazzjoni mal-vittma
  • ċertifikat tal-mewt tal-vittma
  • kopja tar-rapport tal-pulizija
  • kopja tas-sentenza / tad-deċiżjoni tal-qorti
  • rapporti u ċertifikati mediċi
  • kontijiet tal-isptar
  • kontijiet għal spejjeż oħra (kura, funeral)
  • introjtu (salarju, pagamenti ta’ protezzjoni/assistenza soċjali, allowances)
  • konferma ta’ kontribuzzjoni (jew le) minn sorsi oħra (sigurtà soċjali, assigurazzjoni privata)
  • estratt riċenti mir-rekord ġudizzjarju tar-rikorrent

Id-dokumenti jintalbu mill-awtorità stess ukoll.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi proċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice).
Babenbergerstraße 5, A-1010 Vienna

Tel.: 0043 158831
FAKS: 0043(0)10599882516

posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapost.wien@sozialministeriumservice.at

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Lill-Uffiċċju Federali għall-Affarijiet Soċjali u għan-Nies b’Diżabilitajiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (Bundesamt für Soziales und Behindertenwesen - Sozialministeriumservice).
Babenbergerstraße 5, A-1010 Vienna

Tel.: 0043 158831
FAKS: 0043(0)10599882516

posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapost.wien@sozialministeriumservice.at

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Int tista’ tkun meħtieġ(a) tiġi involut(a) fil-proċedura (għall-valutazzjoni minn espert, biex twieġeb mistoqsijiet, eċċ.) iżda mill-bqija ġeneralment ma jkollokx bżonn tkun preżenti.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Jiddependi mit-tip ta’ kumpens mitlub. Normalment id-deċiżjoni tittieħed fi żmien ftit xhur.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht) kontra d-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (l-appelli jistgħu jiġu ppreżentati quddiem il-Qorti Kostituzzjonali wkoll (Verfassungsgerichtshof) u l-Qorti Amministrattiva Suprema (Verwaltungsgerichtshof)).

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Ma għandekx bżonn timla formola ta’ applikazzjoni biex tippreżenta talba. L-informazzjoni tiġi pprovduta mill-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali u tista’ tinkiseb mis-sit web tiegħu (flimkien mal-formoli rilevanti).

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSozial Ministerium - Sozialentschädigung (Ministeru għall-Affarijiet Soċjali - Kumpens Soċjali)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSozial Ministerium - Verbrechensopfer (Ministeru għall-Affarijiet Soċjali - Vittmi ta’ reat)

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali jipprovdi informazzjoni legali. Dan ma jistax jipprovdi jew iħallas għal avukat.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Iva. pereż. Weisser Ring.

L-aħħar aġġornament: 19/08/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Polonja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Tista’ tingħata kumpens jekk inti vittma ta’ reat li jirriżulta f’offiża gravi fuq il-persuna, indeboliment tal-funzjoni ta’ organu tal-ġisem jew indeboliment tas-saħħa, li f’kull każ idum aktar minn sebat ijiem. Huwa irrilevanti jekk ir-reat kienx intenzjonat jew le, jew jekk kienx vjolenti jew mhux vjolenti. Dak li huwa rilevanti huwa jekk kellux l-effett deskritt hawn fuq.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Jekk il-vittma ta’ reat tkun mietet, tista’ tfittex kumpens jekk dik il-vittma kienet:

  • il-konjuġi jew il-koabitant(a) tiegħek,
  • il-ġenitur, in-nannu/a jew il-bużnannu/a tiegħek,
  • it-tifel/tifla tiegħek, inkluż wild adottat, neputi(ja) jew pro-neputi(ja) tiegħek.

Huwa irrilevanti jekk kontx dipendenti tal-vittma jew le.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

F’każ bħal dan, hija biss il-vittma ta’ reat li tkun intitolata għal kumpens.

Nista’ ningħata kumpens jekk minix ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Jekk tingħatax kumpens jiddependi mhux fuq in-nazzjonalità tiegħek, iżda fuq il-post tar-residenza permanenti tiegħek. Tista’ tingħata kumpens jekk il-post tar-residenza permanenti tiegħek ikun fil-Polonja jew fi Stat Membru ieħor tal-UE.

Nista nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Tista’ tfittex kumpens quddiem l-awtorità Pollakka li tiddeċiedi biss jekk ir-reat ikun sar fil-Polonja. Jekk ir-reat ikun sar fi Stat Membru ieħor tal-UE, inti tista’ tfittex kumpens biss f’dak l-Istat. Jekk ikollok bżonn assistenza, tista’ tikkuntattja lill-Prosekutur Pubbliku Reġjonali (Prokurator Okręgowy) li għandu ġurisdizzjoni fuq il-post tar-residenza permanenti tiegħek.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Ir-reat għandu jiġi rrapportat lill-pulizija jew lill-uffiċċju tal-prosekutur, minħabba li għandha tiġi mehmuża kopja tar-rapport mat-talba għal kumpens. Ma għandekx bżonn tagħmel dan personalment. Il-prosekutur pubbliku li jmexxi l-proċedimenti preparatorji jgħinek tikseb il-kumpens. Jekk jogħġbok ftakar li r-rapportar tar-reat ser jagħmel it-talba tiegħek aktar kredibbli f’każijiet fejn l-awtur tar-reat ma jiġix identifikat.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Inti tista’ tressaq it-talba għal kumpens qabel ma jiġu konklużi l-proċedimenti mmexxija mill-uffiċċju tal-prosekutur (il-pulizija) jew mill-qorti. Id-deċiżjoni li jingħata kumpens tista’ tittieħed qabel ma jiġu konklużi proċedimenti kriminali.

Huwa mitlub minni li l-ewwel infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat – jekk dan ikun ġie identifikat?

It-tfittxija ta’ kumpens mingħand l-awtur tar-reat tagħmel sens biss meta jkun hemm ċans realistiku li tirċievi tali kumpens mingħandu. Jekk l-awtur tar-reat ma jkunx jista’ jħallas il-kumpens, inti tista’ tapplika għalih mingħajr ma jkollok bżonn li l-ewwel tibda azzjoni kontra l-awtur tar-reat. F’każ bħal dan, se jkollok bżonn turi bil-provi li mintix se tkun qed tirċievi kumpens mingħand l-awtur tar-reat. Dan jista’ jkun il-każ jekk l-awtur tar-reat ma jkollu ebda proprjetà jew jekk jibqa’ fil-ħabs mingħajr ma jaħdem għal ħafna snin.

Jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza rrid nippreżenta sabiex nappoġġja t-talba tiegħi?

Inti intitolat għal kumpens, irrispettivament minn jekk l-awtur tar-reat kienx identifikat jew ikkundannat. F’każ bħal dan, inti għandek turi bil-provi matul il-proċedimenti għal kumpens li l-inċident li għalih qed titlob kumpens kien reat.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Meta tfittex kumpens, jekk jogħġbok ftakar li inti trid tressaq it-talba fi żmien ħames snin mid-data tar-reat. It-talbiet imressqa wara din l-iskadenza ma jiġux eżaminati.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ser ikopri:

(a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • l-ispejjeż mediċi tal-ħsara (kura medika - kura ambulanti u fl-isptar, irkupru) iva
  • ħtiġijiet jew kostijiet addizzjonali li jinħolqu mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja jew permanenti, fiżjoterapija tal-edukazzjoni fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.) iva
  • ħsara permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħrajn)
    • telf ta’ qligħ matul il-kura medika u wara (inkluż il-qligħ mitluf u t-telf ta’ kapaċità li jinkiseb jew jitnaqqas il-manteniment, eċċ.) iva
    • telf ta’ opportunità le
    • spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li jikkawża l-ħsara, bħal drittijiet legali, spejjeż tal-qorti le
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara – le
    • oħrajn

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma le

(b) Għal persuni intitolati jew qraba ta’ vittma:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funerali, spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, kura ambulanti u fl-isptar, rijabilitazzjoni) iva
  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità iva

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens lil superstiti jekk il-vittma tkun mietet le

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew fi ħlasijiet parzjali fix-xahar?

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku. Dan jitħallas mill-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni li tagħtih, fi żmien xahar mid-data li fiha dik id-deċiżjoni ssir finali.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw iċ-ċans tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

Il-kumpens jitnaqqas b’mod proporzjonali jekk l-imġiba tiegħek tkun ikkontribwixxiet għar-reat.

Inti ma tirċievi ebda kumpens jekk jinstab li kont kompliċi fir-reat jew jekk tkun qbilt li terfa’ l-konsegwenzi tiegħu.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa ċ-ċans tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek hija irrilevanti għall-finijiet ta’ kumpens. Meta tiġi eżaminata t-talba tiegħek, l-enfasi primarja tkun fuq id-determinazzjoni ta’ jekk tistax tirċievi kumpens mingħand l-awtur tar-reat, istituzzjoni tal-assistenza soċjali, jew taħt polza ta’ assigurazzjoni. Il-kumpens jingħata jekk il-qorti ssib li inti mhux ser tkun qed tirċievi kumpens minn ebda wieħed mis-sorsi msemmija hawn fuq.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw iċ-ċans tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

L-unika kundizzjoni għall-għoti ta’ kumpens hija n-nuqqas ta’ possibbiltà li jinkiseb kumpens mingħand l-awtur tar-reat, istituzzjoni tal-assistenza soċjali, jew taħt polza ta’ assigurazzjoni.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Inti ser tintalab turi xi spejjeż ġarrabt b’konnessjoni mar-reat. Jekk tfittex kumpens għall-qligħ mitluf, għandek tippreżenta dokument li juri kemm qlajt. L-ispejjeż assoċjati mal-kura u r-riabilitazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż tal-funerali jintwerew l-aħjar permezz tal-preżentazzjoni tal-kambjali. Jekk ma jkollokx kambjali, inti tista’ titlob li jiġu eżaminati x-xhieda jew li jinħatru esperti.

Jekk il-qorti ssib li, fil-każ tiegħek, ma jistax jiġi pprovat b’mod definittiv li inti intitolat li tirċievi l-ammont li tlabt, hija tista’ tagħti ammont li tqis li huwa xieraq, wara li tikkunsidra ċ-ċirkostanzi kollha.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Il-kumpens ma jistax jaqbeż l-ammont ta’ PLN 25 000 jew PLN 60 000 jekk il-vittma tkun mietet. Ma teżisti ebda dispożizzjoni li tispeċifika ammont minimu ta’ kumpens.

Huwa mistenni minni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkolah jew dwar aspetti oħrajn?

Iva, għandek tindika l-ammont mitlub fil-formola tat-talba. Ma teżisti ebda struzzjoni speċjali, iżda tista’ ssib xi informazzjoni fit-taqsima ‘Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?’.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telf tiegħi minn sorsi oħrajn (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi), dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Jekk tkun irċevejt fondi - mingħand l-awtur tar-reat, istituzzjoni tal-assistenza soċjali, jew taħt polza ta’ assigurazzjoni - sabiex ikopru l-ispejjeż tal-funerali, il-qligħ mitluf jew mezzi ta’ għajxien oħrajn (eż. allowance għall-manteniment), jew l-ispejjeż assoċjati mal-kura u r-riabilitazzjoni, il-qorti tnaqqashom mill-kumpens tiegħek.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Qabel tiġi eżaminata t-talba tiegħek, tista’ tapplika għal somma speċifika (titolu ta’ sigurtà) sabiex jiġu koperti l-ispejjeż meħtieġa assoċjati mal-kura u r-riabilitazzjoni jew l-ispejjeż tal-funerali. Inti tista’ tissottometti din l-applikazzjoni qabel tippreżenta t-talba għal kumpens jew flimkien ma’ din it-talba.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara, pereżempju, bidla fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Bħala regola, il-kumpens jingħata fuq bażi ta’ darba.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Inti għandek tehmeż mat-talba għal kumpens: kopja tar-rapport tar-reat, kopji ta’ deċiżjonijiet maħruġa fi proċedimenti kriminali (pereżempju, deċiżjoni li jitwaqqfu l-proċedimenti kriminali), kopji ta’ ċertifikati mediċi jew opinjonijiet esperti dwar il-ħsara għas-saħħa, kambjali u dokumenti oħrajn li jikkonfermaw l-informazzjoni pprovduta fit-talba.

Jekk tkun qed titlob kumpens għall-mewt ta’ qarib, inti għandek tehmeż iċ-ċertifikat tal-mewt ta’ dik il-persuna u dokumenti li jikkonfermaw ir-relazzjoni bejnek u l-persuna deċeduta (bħal ċertifikat tat-twelid jew ċertifikat taż-żwieġ). Jekk dik il-persuna kienet il-koabitant tiegħek, għandek tehmeż dikjarazzjoni, soġġetta għal responsabilità penali, li għextu flimkien.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Meta tfittex kumpens, inti tiġi eżentat(a) għal kollox mill-ispejjeż tal-qorti. Dan ifisser li inti tħallasx l-ispejjeż assoċjati mas-sottomissjoni jew l-eżami tat-talba (pereżempju, miżati għal perizji).

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

F’każijiet nazzjonali, it-talbiet għal kumpens jiġu eżaminati mill-qorti distrettwali (sąd rejonowy) li għandha ġuriżdizzjoni fuq il-post tar-residenza tiegħek. Ġeneralment, din tkun il-qorti distrettwali li tinsab fil-lokalità tiegħek jew l-eqreb għal-lokalità tiegħek.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

F’każijiet nazzjonali, it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz tal-qorti li tkun ser teżamina l-każ.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Il-qorti li teżamina t-talba tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ li inti tkun preżenti waqt is-sessjoni. Il-qorti se tinformak jekk il-preżenza tiegħek hijiex obbligatorja meta tinnotifikak bid-data ta’ meta għandha tiġi eżaminata t-talba.

Kemm tieħu żmien l-awtorità (bejn wieħed u ieħor) sabiex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Ma hemm ebda skadenza għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar it-talbiet għal kumpens. Kemm tieħu żmien se jiddependi mhux biss fuq kemm ikun kumpless il-każ u x’evidenza għandha tieħu l-awtorità li tiddeċiedi, iżda wkoll fuq l-għadd ta’ każijiet li qegħdin jiġu eżaminati bħalissa mill-awtorità li tiddeċiedi.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk ma tkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-qorti, tista’ tappella mal-qorti reġjonali (sąd okręgowy). Jekk ma tkunx irrappreżentat(a) minn avukat quddiem il-qorti, inti tirċievi informazzjoni dwar kif tippreżenta appell.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Il-prosekutur pubbliku li jmexxi l-proċedimenti preparatorji relatati mar-reat li għalih tkun qed tfittex kumpens jagħtik l-informazzjoni meħtieġa dwar il-kumpens, jagħtik formola mudell għat-talba u jispjegalek kif timliha.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Informazzjoni bażika dwar il-kumpens u l-formola mudell għat-talba jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

L-għajnuna legali tingħata lin-nies li juru li ma jistgħux jaffordjaw avukat. Jekk jogħġbok ftakar: meta tfittex kumpens, tista’ tistenna li tingħata assistenza mingħand il-prosekutur pubbliku li jmexxi l-proċedimenti relatati mar-reat li għalih tkun qed tfittex kumpens.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Fil-Polonja, hemm il-Fond ta’ Assistenza Post-Penitenzjarja u Appoġġ għall-Vittmi (Fundusz Pomocy Pokrzywdzonym oraz Pomocy Postpenitencjarnej), li jiġbor il-fondi allokati sabiex, inter alia, tingħata għajnuna lill-vittmi ta’ reati u lill-qraba tagħhom. Il-fond huwa amministrat mill-Ministru tal-Ġustizzja. L-appoġġ huwa organizzat b’tali mod li l-amministratur tal-fond jagħżel, fi proċedura tal-offerti miftuħa, l-organizzazzjonijiet li l-offerti tagħhom iqis li huma l-aħjar u jagħtihom sussidji allokati għal miżuri għall-vittmi ta’ reati. Bħala regola, f’kull provinċja hemm mill-inqas entità waħda li tipprovdi appoġġ lill-vittmi ta’ reati.

Il-fondi jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-għajnuna legali, psikoloġika u materjali. L-għajnuna legali tista’ tkopri l-assistenza fit-tfittxija ta’ kumpens.

Jekk tixtieq tibbenifika mill-għajnuna, għandek tikkuntattja organizzazzjoni mhux governattiva li rċeviet sussidju mingħand il-Ministru tal-Ġustizzja għal dan il-għan, u turi li inti vittma ta’ reat. Lista ta’ tali organizzazzjonijiet, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tagħhom, jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatal-Ministeru tal-Ġustizzja, fit-taqsima li tittratta l-attivitajiet/appoġġ għall-vittmi ta’ reati u l-qraba tagħhom - lista ta’ entitajiet u organizzazzjonijiet (ikklikkja fuq: działalność / pomoc pokrzywdzonym przestępstwem / pomoc pokrzywdzonym przestępstwem oraz osobom im najbliższym – lista podmiotów i organizacji).

L-aħħar aġġornament: 11/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Portugall

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

It-tipi ta’ reati li tista’ tingħata kumpens għalihom huma r-“Reati vjolenti”. Reati li wasslu għal diżabilità permanenti, inkapaċità temporanja jew assoluta għax-xogħol li ddum mill-anqas 30 jum, jew għall-mewt; jekk ir-reat ikkawża tfixkil konsiderevoli fil-livell tal-għajxien u fil-kwalità tal-ħajja tal-vittma jew, fil-każ tal-mewt tal-vittma, tal-persuni (qraba stretti) finanzjarjament dipendenti fuq il-vittma jew taħt ir-responsabbiltà tal-vittma, u li ma jkunux irċevew rimedju mingħand l-awtur tar-reat.

Pereżempju: Qtil, Offiża Gravi fuq il-Persuna, Stupru, Abbuż Sesswali ta’ Minorenni, Vjolenza Domestika jew Offiża Serja fuq il-Persuna li tirriżulta minn reat ta’ Serq.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

  • Ħsara fil-proprjetà/dannu materjali: inkluż it-telf ikkawżat mir-reat (pereżempju, l-ispejjeż tal-kura fl-isptar, il-konsultazzjonijiet, il-mediċini, eċċ.), kif ukoll il-benefiċċji li l-vittma ma tibqax tirċievi (pereżempju, il-pagi li tkun waqfet tirċievi waqt li tkun inkapaċitata). Il-kumpens jista’ jinkiseb għat-telf imġarrab minn vittma diretta jew indiretta.
  • Dannu psikoloġiku jew emozzjonali: għalkemm dawn ma jistgħux jiġu attribwiti valur finanzjarju, huma jistgħu, madankollu, jiġu kkumpensati b’mod finanzjarju (pereżempju, dannu li jinterferixxi mal-benesseri, id-dinjità, ir-reputazzjoni tajba, li jinvolvi wġigħ fiżiku, disturbi psikoloġiċi jew tbatija emozzjonali). Il-kumpens għad-dannu psikoloġiku jew emozzjonali sofrut jista’ jinkiseb biss mill-vittma diretta.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, tista’ tingħata għajnuna finanzjarja lill-qraba stretti li jkunu finanzjarjament dipendenti fuq il-vittma diretta ta’ reat vjolenti li tkun mietet b’riżultat dirett tal-att intenzjonali ta’ vjolenza jew taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Qraba li kienu intitolati għall-manteniment mill-vittma qabel il-mewt tagħha jistgħu jkunu intitolati li jirċievu kumpens: pereżempju, il-konjuġi jew il-konjuġi preċedenti, il-ġenituri, it-tfal, l-aħwa, iz-zijiet, il-ġenituri tar-rispett, f’ċerti ċirkostanzi, u s-sieħeb/sieħba mhux miżżewġa ta’ kwalunkwe sess li kienu jgħixu mal-vittma għal aktar minn sentejn f’kundizzjonijiet simili għal dawk tal-koppji miżżewġa.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Il-vittmi indiretti (qraba stretti) ta’ reati vjolenti jistgħu jirċievu kumpens biss fil-każ tal-mewt tal-vittma diretta.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Vittmi nazzjonali jew barranin li jkunu sofrew telf serju b'riżultat dirett ta’ atti vjolenti mwettqa fit-territorju Portugiż jew abbord vapuri jew inġenji tal-ajru Portugiżi jistgħu jirċievu kumpens, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti rekwiżiti legali.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Talba għall-kumpens:

a) Vittmi ta’ reati mwettqa barra mill-Portugall kontra ċittadini Portugiżi jew ċittadini tal-UE li huma abitwalment residenti fil-Portugall:

Il-vittmi ta’ reati vjolenti, inkluża l-vjolenza domestika, imwettqa barra mit-territorju nazzjonali, li r-residenza abitwali tagħhom tkun fil-Portugall, jistgħu jkunu intitolati għal kumpens finanzjarju mill-Istat Portugiż, bil-kundizzjoni li ma jkunux intitolati għal kumpens mill-Istat li t-telf ikun seħħ fit-territorju tiegħu. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati Comissão de Proteção às Vítimas de Crimes, CPVC) hija responsabbli biex tivverifika jekk ir-rikorrent ikollux id-dritt għall-kumpens fl-Istat li fit-territorju tiegħu jkun seħħ it-telf.

b) Vittmi ta’ reati fi Stat Membru ieħor tal-UE, li jkunu abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru u li jitolbu l-għoti bil-quddiem ta’ kumpens mill-Istat Portugiż:

Jekk min jitlob il-kumpens ikun jirrisjedi abitwalment fi Stat Membru ieħor tal-UE u jkun talab lill-awtorità kompetenti tal-Istat li jirrisjedu abitwalment fih, l-għoti bil-quddiem tal-kumpens mill-Istat Portugiż, is-CPVC tista’ tirċievi t-talba mibgħuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-residenza abitwali tiegħu u tiddeċiedi dwar l-għoti tal-kumpens, u tinnotifika lil dik l-awtorità kompetenti b’dan il-fatt.

Irrid inkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija l-ewwel biex inkun nista’ nitlob kumpens?

Mhuwiex obbligatorju li tirrapporta r-reat lill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, l-awtoritajiet jistgħu jkunu jafu biss li sar reat u titnieda investigazzjoni jekk tkun saret kwerela jew rapport.

Jekk il-vittma jkollha anqas minn 16-il sena, din ma tistax tissottometti l-kwerela waħedha. Il-kwerela trid tiġi ppreżentata mir-rappreżentanti legali tagħha.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

M’hemmx bżonn tistenna r-riżultat tal-investigazzjonijiet tal-pulizija jew tal-proċedimenti kriminali qabel ma tagħmel it-talba. Is-CPVC trid tiġi kkuntattjata fi żmien sena minn meta jkun twettaq ir-reat.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat, jekk ikun ġie identifikat?

M’hemmx bżonn l-ewwel tfittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat.

Anki jekk ma tkun tressqet l-ebda talba ċivili għall-kumpens fil-proċedimenti kriminali jew barra dawn il-proċedimenti, għal raġunijiet attribwibbli lil min jagħmel it-talba (pereżempju, minħabba li ma jkunx ressaq it-talba għal kumpens lill-qorti jew ikun irtiraha), inti xorta tista’ tikkwalifika għal kumpens, għalkemm dan jitnaqqas bin-nofs tal-ammont massimu tal-ħlas bil-quddiem li jista’ jingħata mill-Istat permezz tas-CPVC.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Anki jekk l-identità tal-awtur tal-atti vjolenti ma tkunx magħrufa jew inkella ma jkunx jista’ jiġi akkużat u kkundannat, il-vittma hija intitolata għall-ħlas bil-quddiem ta' kumpens mill-Istat permezz tas-CPVC.

Fit-talba li trid tiġi ppreżentata lis-CPVC biex titlob l-għoti ta’ kumpens bil-quddiem, trid tiġi inkluża dokumentazzjoni biex tissostanzja l-fatti allegati, jiġifieri deskrizzjoni tad-dannu sofrut, l-inkapaċità għax-xogħol, dokumenti mediċi, eċċ.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Iva. Bħala regola, il-kumpens irid jintalab skont il-proċedimenti kriminali. Il-vittma trid tinforma lill-pulizija jew lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku sa tmiem l-istadju tal-investigazzjoni li jkun beħsiebha tapplika għal kumpens, pereżempju meta tmur biex tissottometti dikjarazzjoni. Meta tasal in-notifika tal-akkuża kontra l-akkużat, ikun hemm perjodu ta’ 20 jum biex tiġi ppreżentata t-talba.

Jekk il-vittma titlob lis-CPVC il-kumpens jew avvanz fuq il-kumpens, hija trid tagħmel dan fi żmien sena minn meta jitwettaq ir-reat. Jekk il-vittma kienet minorenni fiż-żmien li twettaq ir-reat, hija tista’ ttitlob l-għoti bil-quddiem tal-kumpens mill-Istat sa sena qabel tilħaq l-età maġġuri jew issir emanċipata.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ikopri:

a) Għall-vittma tar-reat:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • L-ispejjeż mediċi tal-korriment (il-kura medika – il-kura ambulanti u fl-isptar, l-irkupru);
  • Il-ħtiġijiet jew l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-korriment (jiġifieri l-kura u l-assistenza, il-kura temporanja u permanenti, il-fiżjoterapija ta’ edukazzjoni fit-tul, l-adattament tal-abitazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.);
  • Korriment permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħra);
    • It-telf tal-qligħ matul il-kura medika u wara (inkluż il-qligħ mitluf u l-abbiltà ta’ qligħ mitlufa/imnaqqsa, eċċ.);
    • it-telf ta’ opportunità;
    • l-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħall-ħlasijiet legali, l-ispejjeż tal-qorti;
    • il-kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li ġarrbet ħsara.

- Dannu psikoloġiku (morali):

  • l-uġigħ u t-tbatija tal-vittma.

b) Għall-persuni intitolati jew il-qraba tal-vittma:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • L-ispejjeż tal-funeral;
  • L-ispejjeż mediċi (eż. it-terapija għal membru tal-familja, il-kura ambulanti u fl-isptar, ir-riabilitazzjoni);
  • It-telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

Bħala regola ġenerali, l-għoti bil-quddiem ta’ kumpens lil vittma ta’ vjolenza domestika jsir fil-forma ta’ pagament kull xahar fuq perjodu ta’ sitt xhur, li jista’ jiġi estiż għal perjodu ugwali. F’każijiet eċċezzjonali u debitament issostanzjati ta’ ħtieġa speċifika u nuqqas ta’ mezzi ta’ sussistenza, dan jista’ jitħallas f’pagament wieħed.

Fil-każ ta’ reat vjolenti, l-għoti bil-quddiem ta’ kumpens lill-vittma tar-reat isir f’pagament wieħed, li jista’ jkun fil-forma ta’ pagament annwali.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

L-ammont ta’ kumpens li jista’ jingħata jista' jitnaqqas jew il-kumpens jista’ jiġi rifjutat mill-kummissjoni fuq il-bażi tal-imġiba tal-vittma qabel, matul jew wara t-twettiq tal-atti jew it-trattazzjonijiet tagħhom mal-awtur tar-reat jew l-ambjent tagħhom, jew jekk l-imġiba tal-vittma tmur kontra s-sens ta’ ġustizzja u l-ordni pubbliku.

Madankollu, l-imġiba tal-vittma jew tar-rikorrent mhijiex rilevanti għall-finijiet tat-tnaqqis jew tar-rifjut tal-kumpens meta d-dannu kkawżat kien dovut għal vettura tal-art bil-magna jew, f’ċerti każijiet, jekk japplikaw regoli dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew fis-servizz.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Se jiġi kkunsidrat dan li ġej meta jiġi deċiż jekk jingħatax kumpens bil-quddiem u meta jiġi determinat l-ammont tal-kumpens:

  • Għar-reati vjolenti, it-tfixkil konsiderevoli fil-livell tal-għajxien jew fil-kwalità tal-ħajja;
  • Għar-reati ta’ vjolenza domestika, it-tbatija finanzjarja serja tal-vittma.

Fil-każ ta’ reati vjolenti, jiġu kkunsidrati wkoll is-somom kollha li l-vittma tirċievi minn sorsi oħra, jiġifieri mill-awtur tar-reat jew mis-sigurtà soċjali; fil-prinċipju, is-somom li l-vittma tirċievi mill-assigurazzjoni tal-ħajja privata jew tal-inċidenti personali, jiġu esklużi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Jekk ma jkun inkiseb l-ebda rimedju għad-dannu fil-proċedimenti kriminali li tressqu kontra l-awtur tar-reat, jew jekk ikun probabbli li l-awtur tar-reat ma jkunx se jipprovdi rimedju u ma jkunx hemm sors ieħor ta’ rimedju effettiv jew suffiċjenti, id-deċiżjoni dwar il-kumpens tqis ukoll dawn il-fatturi.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Fil-każ tal-vittmi ta’ reati vjolenti, l-ammont ta' kumpens jiġi kkalkulat skont il-prinċipji tal-ġustizzja u fid-dawl tal-ammonti diġà rċevuti minn sorsi oħra (bħall-awtur tar-reat jew mis-sigurtà soċjali).

Fil-każ ta’ talba għall-kumpens għat-telf tal-qligħ (somom li l-vittma ma baqgħetx tirċievi), is-CPVC tikkunsidra wkoll id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq l-introjtu tal-vittma għat-tliet snin ta’ qabel it-twettiq tar-reati. . Jekk il-vittma tmut, id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta’ min qed jagħmel it-talba (qarib strett) jintużaw bħala referenza jew, fin-nuqqas ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-kalkolu tal-kumpens ikun ibbażat fuq dħul li ma jaqbiżx il-paga minima garantita ta’ kull xahar.

B’mod partikolari, għall-każijiet ta’ vjolenza domestika, is-CPVC tiddetermina l-ammont skont il-prinċipju tal-ġustizzja. Wieħed mill-kriterji ta’ kwalifika għall-kumpens bil-quddiem għall-vittmi ta’ vjolenza domestika huwa t-tbatija finanzjarja serja mġarrba bħala konsegwenza tar-reat. Fir-realtà, kwalunkwe bidla fiċ-ċirkustanzi finanzjarji jew familjari trid tiġi nnotifikata.

L-ammonti li tirċievi l-vittma bħala riżultat ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja privata jew ta’ assigurazzjoni fuq l-inċidenti personali jittieħdu inkonsiderazzjoni meta jiġi determinat l-ammont tal-kumpens għal raġunijiet ta’ ġustizzja.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Jekk il-vittma titlob lis-CPVC il-pagament bil-quddiem tal-kumpens, hija trid tindika, fost affarijiet oħra, l-ammont ta’ kumpens mitlub.

Fil-każ tal-vittmi ta’ reati vjolenti, l-ammont massimu li kull vittma tista’ tirċievi f’każijiet ta’ mewt jew korriment serju huwa EUR 34 680.

Fil-każ tal-mewt jew il-korriment serju ta’ diversi persuni bħala konsegwenza tal-istess reat, il-ħlas bil-quddiem ta’ kumpens ikun limitat għal massimu ta’ EUR 30 600 għal kull persuna, u ma jistax jaqbeż total ta’ EUR 91 800.

Fil-każ ta’ ħlas bil-quddiem fil-forma ta’ pagament annwali, il-limitu massimu huwa ta’ EUR 4 080. Fejn ikun hemm diversi vittmi tal-istess reat, it-total ma jistax jaqbeż total ta’ EUR 12 240.

Fil-każ tar-reati ta’ vjolenza domestika, l-ammont li jista’ jingħata ma jistax jaqbeż l-ekwivalenti ta’ kull xahar tal-paga minima garantita ta’ kull xahar għal perjodu ta’ sitt xhur (li jista’ jiġi estiż għal perjodu ugwali). F’każijiet ta’ ħtieġa finanzjarja speċifika, l-għoti ta’ provvediment bħala kumpens bil-quddiem jista’ jintalab anke qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni (instrução) taċ-ċirkustanzi speċifiċi, meta ma jkun ġie nnotifikat l-ebda tibdil fl-ammont tas-somom li għandhom jiġu rċevuti.

*valuri tal-2019

Fil-formola tat-talba nkun mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva, din l-informazzjoni tintalab fuq il-formola.

F’każijiet ta’ kumpens minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, dak l-Istat Membru li jkun issottometta t-talba għall-għoti tal-kumpens lis-CPVC, u bil-kundizzjoni li r-rikorrent ikun abitwalment residenti fil-Portugall, is-CPVC tinforma lir-rikorrent dwar kif għandu jimla t-talba għall-kumpens u dwar id-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Wara l-ħlas tal-provvediment jew tal-kumpens, il-vittma tikseb, bi kwalunkwe mezz, rimedju jew kumpens effettiv għat-telf tagħha, is-CPVC titlobha tirrimborża s-somom irċevuti b’mod sħiħ jew parzjali.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jista’ jingħata ħlas bil-quddiem, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

a) Għall-vittmi ta’ reat vjolenti,

  • Ir-reat ikun seħħ fit-territorju Portugiż jew twettaq barra mit-territorju Portugiż kontra ċittadini Portugiżi jew ċittadini ta’ Stati Membri tal-UE, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux intitolati għal kumpens mill-Istat li fih ikun twettaq ir-reat.
  • Ir-reat ikun wassal biex il-vittma tkun temporanjament kompletament inkapaċi għax-xogħol għal mill-anqas 30 jum, jew wassal għall-mewt tal-vittma.
  • Ir-reat ikun ikkaġuna tfixkil serju fil-ħajja tal-vittma u tħarbit konsiderevoli fil-kwalità tal-ħajja tagħha, b’dawn iż-żewġ rekwiżiti jkunu kumulattivi,
  • Ma jkunx ingħata rimedju għat-telf sofrut minn sors ieħor – jew mill-awtur tar-reat jew permezz tal-assigurazzjoni tagħhom stess,
  • L-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi ma japplikawx għall-vittma u b’mod partikolari l-imġiba tal-vittma qabel, matul u wara r-reat ma tmurx kontra s-sens tal-ordni pubbliku u l-ġustizzja.

b) Għall-vittmi ta' reat ta’ vjolenza domestika:

  • Jekk sofrejt trattament ħażin fiżiku jew psikoloġiku, inkluż kastig korporali, ċaħda tal-libertà jew reati sesswali, sew jekk b’mod ripetut kif ukoll jekk le,
  • Jekk ir-reat twettaq kontra minorenni, fil-preżenza ta’ minorenni, f’dar komuni jew fid-dar tal-vittma; jew
  • Jekk data personali, inklużi immaġni jew ħsejjes, li taffettwa l-privatezza ta’ xi waħda mill-vittmi ġiet kondiviża fuq l-internet jew mezzi oħra ta’ xandir pubbliku mifrux bil-kunsens tagħha jew mingħajru, u
  • Jekk il-vittma qed issofri minn diffikultajiet finanzjarji serji b’riżultat tar-reat u
  • Ir-reat seħħ fit-territorju Portugiż jew twettaq barra mit-territorju Portugiż kontra ċittadini Portugiżi jew ċittadini ta’ Stati Membri tal-UE, bil-kundizzjoni li dawn ma jkunux intitolati għal kumpens mill-Istat li ir-reat ikun twettaq fih (is-CPCV trid tivverifika dawn iċ-ċirkustanzi).
  • L-eċċezzjonijiet stabbiliti bil-liġi ma japplikawx għall-vittma, b’mod partikolari l-imġiba tal-vittma qabel, matul u wara r-reat ma kinitx tmur kontra s-sens tal-ordni pubbliku jew tal-ġustizzja.

Kemm jekk ir-reat kien reat vjolenti u kemm jekk kien reat ta’ vjolenza domestika, qabel ma s-CPCV tikkonkludi l-valutazzjoni preliminari tagħha tal-għoti ta’ kumpens, inti tista’ tirċievi wkoll, immedjatament, provvediment permezz ta’ kumpens li għandu jiġi determinat f’data aktar tard, f’każijiet ta’ ħtieġa finanzjarja ċara.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar, eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Is-CPVC għandha l-awtonomija biex tiddeċiedi fuq każijiet li jinvolvu elementi ġodda meta mqabbla ma’ każijiet deċiżi qabel jew elementi ġodda li jiddevjaw mil-linji gwida (imfassla qabel mis-CPVC innifisha) dwar l-ammonti ta’ kumpens allokati skont it-tipi ta’ ċirkostanzi.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

a) Kumpens mill-Istat lill-Vittmi ta’ Reati Vjolenti (formola)

Dokumenti meħtieġa:

  • Il-formola tat-talba mimlija kollha;
  • Indikazzjoni tal-ammont ta’ kumpens mitlub;
  • Dikjarazzjoni tat-taxxa li turi d-dħul tal-vittma (jew ta’ min qed jagħmel it-talba, meta ma jkunx il-vittma diretta tar-reat) għas-sena ta’ qabel ir-reat, is-sena tar-reat u s-sena ta’ wara r-reat;
  • Estratt mill-atti tal-proċedimenti kriminali, b’kopja tas-sentenza u d-data meta saret res judicata;
  • L-awtorità biex taġixxi ad litem meta t-talba ssir minn rappreżentant;
  • Il-ħatra ta’ avukat fil-każ ta’ rappreżentant maħtur b’mod awtomatiku.

a) Kumpens mill-Istat lill-Vittmi ta’ Reati ta’ Vjolenza Domestika (formola)

Dokumenti meħtieġa:

  • Il-formola tat-talba mimlija kollha;
  • Indikazzjoni tal-ammont ta’ kumpens mitlub;
  • L-istatus ta’ vittma jew l-istatus ta’ vittma partikolarment vulnerabbli;
  • Kopja tar-rapport tal-pulizija jew tal-kwerela;
  • Ir-rapport finanzjarju, soċjali u familjari, meta l-vittma tkun qiegħda f’rifuġju.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħra li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le. It-talba hija eżentata mill-ħlas ta' kwalunkwe spiża jew nefqa mill-vittma, u d-dokumenti u ċ-ċertifikati meħtieġa għal din it-talba jistgħu jinkisbu wkoll mingħajr ħlas.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar it-talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Is-CPVC – Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati hija l-korp tal-Ministeru tal-Ġustizzja responsabbli biex jiddeċiedi dwar it-talbiet għall-kumpens mill-Istat ippreżentati mill-vittmi ta’ reati vjolenti u l-vittmi ta’ vjolenza domestika fi proċedimenti nazzjonali.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Lill-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (ara t-tweġiba ta’ qabel)

Post u kuntatti:

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati

  • Indirizz: Avenida Fontes Pereira de Melo, nº 7 – Piso 7º Dto., 1050-115 Lisbona
  • Tel.: (+351) 21 322 24 90
  • Faks: (+351) 21 322 24 91
  • Posta elettronika: correio.cpvc@sg.mj.pt

Ħinijiet tal-ftuħ

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 9.30am – 12.30pm; 2pm – 4.30pm

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cpvc.mj.pt/

Għandi għalfejn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

M’hemmx għalfejn tkun preżenti waqt il-proċedura tad-deċiżjoni, ħlief meta s-CPVC tqis din il-preżenza bħala neċessarja.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Wara li tirċievi t-talba għal kumpens, is-CPCV ikollha perjodu ta’ xahar biex tanalizza t-talba u tieħu l-passi neċessarji; id-deċiżjoni dwar jekk tingħatax it-talba u l-ammont li għandu jingħata tittieħed immedjatament wara dak il-perjodu ta’ xahar.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, nista’ nikkontestaha?

Iva. Jekk min jagħmel it-talba jħoss li d-deċiżjoni tas-CPCV hija żbaljata, ikollu 15-il jum biex jissottometti lment lill-kummissjoni. Permezz ta’ applikazzjoni, ir-rikorrent għandu jistabbilixxi l-bażi għat-talba tiegħu, flimkien ma’ kwalunkwe evidenza li jqis xierqa.

Is-CPCV imbagħad ikollha perjodu ta’ 30 jum biex tirrieżamina u tiddeċiedi dwar l-ilment, u tista’ tikkonferma, tħassar, tannulla, temenda jew tissostitwixxi l-att ikkontestat.

Jekk min jagħmel it-talba ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni dwar l-ilment, huwa jista’ jikkontestaha quddiem il-qrati amministrattivi.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Fuq is-sit web Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cpvc.mj.pt/?page_id=31

Hemm żewġ formoli differenti: waħda għall-vittmi ta’ reati vjolenti u waħda għall-vittmi ta’ vjolenza domestika.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

CPCV – Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cpvc.mj.pt/.

APAV – L-Assoċjazzjoni Portugiża ta’ Appoġġ lill-Vittmi (Associação Portuguesa de apoio à Vítima): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.apav.pt/.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

L-Istat jiżgura li f’każijiet ta’ reati vjolenti jew ta’ vjolenza domestika, il-vittmi jkollhom aċċess għal parir legali u jekk ikun meħtieġ, għal għajnuna legali sussegwenti, mingħajr ħlas.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Il-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Vittmi ta’ Reati (CPVC):

  • Personalment – Av. Fontes Pereira de Melo, nº 7, 7.º dto., 1050-115 Lisbona, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9.30am san-12.30pm, u mis-2pm sal-4.30pm;
  • Bil-posta, billi tuża l-formola disponibbli fuq is-sit web tal-kummissjoni;
  • Permezz tal-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacorreio.cpcv@sg.mj.pt;
  • Online, billi timla l-formola għall-vittmi ta’ reati vjolenti jew il-formola għall-vittmi ta' vjolenza domestika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://cpvc.mj.pt/);
  • Bit-telefon: (+351) 213 222 490, il-ħlas tat-telefonati huwa bir-rati ta’ linja fissa, mid-9.30am san-12.30pm, u mis-2pm sal-4.30pm;

APAV:

  • Linja ta’ għajnuna għall-appoġġ lill-vittmi: (+351) 116 006 (mid-9am sad-9pm fil-ġranet tax-xogħol);
  • Online, fuq is-sit web tal-APAV: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.apav.pt/ (disponibbli bil-PT, EN, Russu, Ċiniż); jew fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infovitimas.pt/pt/app/
  • Servizz ta’ interpretu tal-vidjow bil-Lingwa tas-Sinjali/SERV IIN – permezz ta’ telefonata vidjow (+351 12 472), mill-10am sas-6pm fil-ġranet tax-xogħol.

Il-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Comissão para a Cidadania e Igualdade de Género) (GIG):

  • Servizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi ta’ Vjolenza Domestika (Serviço de Informação às Vítimas de Violência Doméstica) (jipprovdi informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi u dwar ir-riżorsi disponibbli fit-territorju nazzjonali kollu u fejn jista’ jinkiseb appoġġ psikoloġiku u soċjali u informazzjoni legali) – Telefon: (+351) 800 202 148 (servizz kunfidenzjali, b’xejn, anonimu, disponibbli 24/7).
L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Rumanija

Liema tip ta’ kriminalità nista’ nikseb kumpens għaliha?

Jingħata kumpens finanzjarju lil persuni li jkunu sfaw vittma tar-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju skont l-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, offiża fuq il-persuna skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi Kriminali, reat volontarju li jwassal għal offiża fuq il-persuna tal-vittma, stupru, konġunġiment karnali ma’ minorenni u attakk sesswali skont l-Artikoli 218-220 tal-Kodiċi Kriminali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni skont l-Artikoli 210 u 211 tal-Kodiċi Kriminali, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Kumpens finanzjarju jingħata:

  • lill-vittmi: għall-ispejjeż ta’ rikoveru fi sptar u kategoriji oħra ta’ spejjeż mediċi mġarrba mill-vittma; għad-dannu materjali bħala riżultat tal-qerda, tad-degradazzjoni jew tal-fatt li l-assi tal-vittma ma jkunux għadhom tajbin għall-użu, jew mid-deprivazzjoni tal-vittma minħabba t-twettiq tar-reat; għall-qligħ li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma minħabba r-reat imwettaq;
  • lill-konjuġi, lit-tfal u lill-persuni li huma dipendenti finanzjarjament fuq il-persuni deċeduti: l-ispejjeż tad-dfin, il-manteniment li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma bħala riżultat tar-reat imwettaq.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Skont dan il-Kapitolu, kumpens finanzjarju jingħata, fuq talba, lil dawn il-kategoriji ta’ vittmi:

  1. il-persuni li kontrihom ikunu twettqu r-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju skont l-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, offiża fuq il-persuna skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi Kriminali, reat volontarju li jwassal għal offiża fuq il-persuna tal-vittma, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u attakk sesswali skont l-Artikoli 218-220 tal-Kodiċi Kriminali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni skont l-Artikoli 210 u 211 tal-Kodiċi Kriminali, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza;
  2. il-konjuġi, it-tfal u l-persuni finanzjarjament dipendenti fuq il-persuna li tkun mietet bħala riżultat tar-reati msemmija hawn fuq.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Iva, il-familja immedjata (il-werrieta) sal-qraba tat-tieni grad u sal-familji tar-rispett sat-tieni grad ta’ vittma li ma tkunx mietet, iżda li tkun ġarrbet korriment serju bħala konsegwenza diretta ta’ att vjolenti mwettaq b'mod volontarju, jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja.

Kumpens finanzjarju jingħata, fuq talba, lill-kategoriji ta’ vittmi li ġejjin:

  1. il-persuni li kontrihom ikunu twettqu r-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju skont l-Artikoli 188 u 189 tal-Kodiċi Kriminali, offiża fuq il-persuna skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi Kriminali, reat volontarju li jwassal għal offiża fuq il-persuna tal-vittma, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u attakk sesswali skont l-Artikoli 218-220 tal-Kodiċi Kriminali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni skont l-Artikoli 210 u 211 tal-Kodiċi Kriminali, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza;
  2. il-konjuġi, it-tfal u l-persuni finanzjarjament dipendenti fuq il-persuni li jkunu mietu bħala riżultat tar-reati msemmija hawn fuq.

Kumpens finanzjarju jingħata lill-vittmi msemmija hawn fuq jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija u l-vittma tkun:

  1. ċittadina Rumena;
  2. ċittadina barranija jew persuna mingħajr Stat li tirrisjedi legalment fir-Rumanija;
  3. ċittadina ta’ Stat Membru tal-UE, li tkun preżenti b'mod legali fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat; jew
  4. ċittadina barranija jew persuna mingħajr Stat li tkun residenti fit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE u li tkun preżenti b'mod legali fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat.

Għall-vittmi li mhumiex inklużi fil-kategoriji ta’ persuni msemmija hawn fuq, jingħata kumpens finanzjarju skont il-konvenzjonijiet internazzjonali li għalihom ir-Rumanija hija parti.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva. Il-vittmi jingħataw kumpens finanzjarju jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija u l-vittma tkun:

  1. ċittadina Rumena;
  2. ċittadina barranija jew persuna mingħajr Stat li tkun residenti legalment fir-Rumanija;
  3. ċittadina ta’ Stat Membru tal-UE, li tkun preżenti b'mod legali fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat; jew
  4. ċittadina barranija jew persuna mingħajr Stat li tkun residenti fit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE u li tkun preżenti b'mod legali fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawn jew niġi minn hawnhekk (dan hu l-pajjiż ta’ residenza tiegħi jew tan-nazzjonalità) anki jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat? Jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Kumpens finanzjarju jingħata lill-vittmi jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija.

Għandi nkun irrapportajt l-att kriminali lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva. Kumpens finanzjarju jingħata lill-vittma biss jekk tkun irrapportat lill-korpi tal-prosekuzzjoni jew lill-qorti fi żmien 60 jum mit-twettiq tar-reat jew, fil-każ tal-konjuġi, it-tfal u persuni dipendenti tal-persuni deċeduti, fi żmien 60 jum mid-data meta l-vittma tkun saret taf bit-twettiq tar-reat.

Jekk il-vittma ma setgħetx, fiżikament jew mentalment, tirrapporta lill-korpi tal-prosekuzzjoni, l-iskadenza ta’ 60 jum tiġi kkalkulata mid-data meta jkun intemm l-istat tal-inkapaċità.

Il-vittmi li ma jkunux għalqu t-18-il sena u dawk li jkunu tpoġġew taħt ordni ta’ projbizzjoni m'għandhomx l-obbligu li jagħmlu rapport lill-korpi tal-prosekuzzjoni b'rabta mat-twettiq tar-reat. Ir-rappreżentant legali tal-minorenni jew tal-persuna li tkun tpoġġiet taħt l-ordni ta’ projbizzjoni jista' jirreferi lill-korpi tal-prosekuzzjoni b'rabta mat-twettiq tar-reat.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le. Il-vittma tista' tirrikorri għand il-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati (Comisiei pentru acordarea de compensații financiare victimelor infracțiunilor) biex tingħata ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal għaxar salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbilit għas-sena meta l-vittma tkun talbet il-ħlas bil-quddiem.

Il-ħlas bil-quddiem jista’ jintalab fit-talba għal kumpens finanzjarju jew f’talba separata li tista’ tiġi ppreżentata fi kwalunkwe ħin wara n-notifika lill-korpi ġudizzjarji jew lill-qorti, iżda mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Jekk il-ħlas bil-quddiem ikun intalab permezz ta' talba separata, fiha għandu jiġi indikat ukoll l-istadju tal-proċedimenti legali.

Il-ħlas bil-quddiem jingħata jekk il-vittma tkun f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja.

Id-deċiżjoni dwar it-talba tal-vittma għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju tittieħed fi żmien 30 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati.

Jekk it-talba għal kumpens finanzjarju tiġi miċħuda, il-vittma għandha tirrifondi l-ħlas bil-quddiem, ħlief f’każijiet meta t-talba għal kumpens finanzjarju tkun ġiet miċħuda biss minħabba li dak li wettaq ir-reat ma jkunx insolventi jew ma jkunx għeb.

Il-vittma li tkun ingħatat ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju hija marbuta li tirrifondih jekk tkun naqset milli tippreżenta t-talba għal kumpens finanzjarju fil-limiti ta’ żmien stabbiliti.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand min wettaq ir-reat — jekk ikunu ġew identifikati?

Iva. Meta dak li wettaq ir-reat ikun magħruf, il-vittma tista’ tingħata kumpens finanzjarju jekk dan tal-aħħar ikun għamel talba; il-vittma tkun daħlet bħala parte civile fil-proċedimenti kriminali; dak li wettaq ir-reat ikun insolventi jew ikun għeb; il-vittma ma tkunx kisbet kumpens sħiħ għad-danni mġarrba minn kumpanija tal-assigurazzjoni.

Jekk dak li wettaq ir-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Iva. Meta dak li wettaq ir-reat ma jkunx magħruf, il-vittma tista' tippreżenta t-talba għal kumpens finanzjarju jekk il-vittma ma tkunx kisbet il-kumpens sħiħ għad-danni mġarrba minn kumpanija tal-assigurazzjoni.

Hemm limitu ta’ żmien li fih nista’ nitlob kumpens?

Meta dak li wettaq ir-reat ikun magħruf, il-vittma tista’ tingħata kumpens finanzjarju jekk ikunu sodisfatti r-rekwiżiti li ġejjin:

  • il-vittma tkun ippreżentat it-talba għal kumpens finanzjarju fi żmien sena, fejn applikabbli:
    1. mid-data tad-deċiżjoni definittiva tal-qorti kriminali li tkun tat sentenza ta' kundanna jew liberatorja u tat kumpens ċivili jew li tkun tat deċiżjoni liberatorja jew deċiżjoni biex jintemmu l-proċedimenti kriminali;
    2. mid-data li fiha l-prosekutur ikun ordna li tintemm il-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ ċerti persuni jew li tintemm il-prosekuzzjoni;
    3. mid-data meta tittieħed deċiżjoni biex ma tinbediex prosekuzzjoni;
  • il-vittma tkun daħlet bħala parte civile fil-proċedimenti kriminali;
  • dak li wettaq ir-reat ikun insolventi jew ikun għeb;
  • il-vittma ma tkunx kisbet kumpens sħiħ għad-danni mġarrba minn kumpanija tal-assigurazzjoni.

Jekk dak li wettaq ir-reat ma jkunx magħruf, il-vittma tista' tippreżenta t-talba tagħha għal kumpens finanzjarju fi żmien tliet snin minn meta jkun twettaq ir-reat.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Kumpens finanzjarju jingħata:

  • lill-vittmi: għall-ispejjeż ta’ rikoveru fi sptar u kategoriji oħra ta’ spejjeż mediċi mġarrba mill-vittma; għad-dannu materjali bħala riżultat tal-qerda, tad-degradazzjoni jew tal-fatt li l-assi tal-vittma ma jkunux għadhom tajbin għall-użu, jew mid-deprivazzjoni tal-vittma minħabba t-twettiq tar-reat; għall-qligħ li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma minħabba r-reat imwettaq;
  • lill-konjuġi, lit-tfal u lill-persuni li huma dipendenti finanzjarjament fuq il-persuni deċeduti: l-ispejjeż tad-dfin, il-manteniment li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma bħala riżultat tar-reat imwettaq.

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

L-għajnuna tingħata f’pagament wieħed.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi stess fir-rigward tar-reat, il-kondotta tiegħi jew nuqqas ta’ kooperazzjoni matul il-proċeduri ta’ kumpens jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-kumpens finanzjarju ma jingħatax jekk:

  • jiġi stabbilit li l-att ma seħħx jew mhuwiex kopert mil-liġi kriminali, jew li l-att twettaq f’difiża leġittima kontra attakk fuq il-vittma;
  • il-vittma tkun ġiet ikkundannata b’deċiżjoni definittiva għal parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;
  • il-vittma tkun ġiet ikkundannata b’deċiżjoni definittiva għal xi wieħed mir-reati ta' omiċidju volontarju, omiċidju involontarju u omiċidju tal-ewwel grad, offiża gravi fuq il-persuna, reat volontarju li wassal għal offiża gravi fuq il-persuna tal-vittma, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u perverżjoni sesswali;
  • il-qorti tiddeċiedi favur dak li wettaq ir-reat li kien hemm iċ-ċirkustanza mitiganti ta' eċċess tal-limiti ta’ difiża leġittima kontra l-attakk fuq il-vittma jew iċ-ċirkustanza mitiganti ta’ provokazzjoni.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja ma tiġix ikkunsidrata.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont?

L-ammonti mħallsa minn dak li wettaq ir-reat bħala kumpens ċivili u l-kumpens miksub mill-vittma minn kumpanija tal-assigurazzjoni għad-danni kkawżati mir-reat imwettaq jitnaqqsu mill-ammont tal-kumpens finanzjarju mogħti mill-Istat lill-vittma.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Jingħata kumpens finanzjarju lill-vittma għas-segwenti kategoriji ta’ danni mġarrba bħala riżultat tar-reat imwettaq:

  1. għall-vittmi tar-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju, offiża fuq il-persuna, reat volontarju li jirriżulta f’offiża fuq il-persuna, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u attakk sesswali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza;
    1. għall-ispejjeż ta’ rikoveru fi sptar u kategoriji oħra ta’ spejjeż mediċi mġarrba mill-vittma;
    2. għad-dannu materjali bħala riżultat tal-qerda, tad-degradazzjoni jew tal-fatt li l-assi tal-vittma ma jkunux għadhom tajbin għall-użu, jew mid-deprivazzjoni tal-vittma minħabba t-twettiq tar-reat;
    3. għall-qligħ li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma minħabba r-reat imwettaq;
  2. għall-vittmi li huma l-konjuġi, it-tfal u persuni li huma finanzjarjament dipendenti fuq il-persuni li mietu bħala riżultat tar-reati msemmija hawn fuq.
    1. spejjeż tad-dfin;
    2. il-manteniment li minnu tkun ġiet imċaħħda l-vittma bħala riżultat tar-reat imwettaq.

Il-kumpens finanzjarju għad-dannu materjali msemmi fil-punt 2(a) jingħata sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal għaxar salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbilit għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat it-talba għal kumpens finanzjarju.

L-ammonti mħallsa minn dak li wettaq ir-reat bħala kumpens ċivili u l-kumpens miksub mill-vittma minn kumpanija tal-assigurazzjoni għad-danni kkawżati mir-reat imwettaq jitnaqqsu mill-ammont tal-kumpens finanzjarju mogħti mill-Istat lill-vittma.

Hemm xi limiti minimi/ammont massimu li jista’ jingħata?

Il-kumpens finanzjarju għad-dannu materjali jingħata sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal għaxar salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbilit għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat it-talba għal kumpens finanzjarju.

Jien mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif għandu jiġi kkalkulat jew dwar aspetti oħra?

Iva. It-talba għal kumpens finanzjarju għandha tinkludi:

  1. il-kunjom, l-isem, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, id-domiċilju jew ir-residenza tal-vittma;
  2. id-data, il-post u ċ-ċirkustanzi tar-reat li kkaġuna l-ħsara;
  3. il-kategoriji ta’ ħsara mġarrba minħabba r-reat imwettaq, li jaqgħu taħt l-Artikolu 27(1);
  4. fejn applikabbli, il-korp ta' prosekuzzjoni jew il-qorti u d-data tar-rinviju għalihom;
  5. fejn applikabbli, in-numru u d-data tad-deċiżjoni jew l-att tal-korp ta' prosekuzzjoni, kif previst fl-Artikolu 24(1)(a);
  6. il-kapaċità tal-vittmi msemmija fl-Artikolu 21(1)(b) bħala l-konjuġi, l-ulied jew id-dipendenti tal-persuna ddeċeduta;
  7. il-fedina penali;
  8. l-ammonti mħallsa bħala kumpens minn dak li wettaq ir-reat jew il-kumpens miksub mill-vittma minn kumpanija tal-assigurazzjoni għad-danni kkwżati mir-reat imwettaq;
  9. l-ammont tal-kumpens finanzjarju mitlub.

Kopji tad-dokumenti ta’ sostenn għall-informazzjoni mdaħħla fit-talba għal kumpens finanzjarju, kif ukoll kwalunkwe dokument ieħor fil-pussess tal-vittma, li huma utli biex tittieħed deċiżjoni dwar it-talba, għandhom jiġu annessi ma’ dik it-talba.

Hemm il-possibbiltà li tingħata gwida mhux mill-qorti, iżda mis-servizzi ta’ għajnuna għall-vittmi ta’ reati (stabbiliti fi ħdan id-direttorati ġenerali għall-assistenza soċjali u għat-tħaris tat-tfal skont il-Liġi Nru 211/2004 dwar ċerti miżuri li jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni, appoġġ u protezzjoni lill-vittmi ta’ reati), skont il-liġi wara valutazzjoni bil-għan li tiġi ddeterminata l-għajnuna meħtieġa mill-vittma.

Sabiex jiġu pprovduti servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni lill-vittmi ta’ reati, fl-istruttura organizzazzjonali ta’ kull direttorat ġenerali għandu jitwaqqaf dipartiment li jagħti appoġġ iddedikat lill-vittmi ta' reati, li fi ħdanu jaħdmu ta’ mill-inqas tliet speċjalisti, jiġifieri: assistent soċjali, psikologu u konsulent legali.

Il-proċess ta’ informazzjoni, ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ reati jinkludi l-istadji li ġejjin:

  1. identifikazzjoni: id-determinazzjoni tal-kapaċità tal-vittma ta’ reat għall-finijiet ta’ din il-liġi;
  2. riferiment - l-iggwidar tal-vittma għas-Servizz ta’ Assistenza għall-Vittmi ta’ Reati u lid-dipartimenti u lill-fornituri tas-servizzi soċjali elenkati fl-Artikolu 3^1;
  3. informazzjoni inizjali - l-għoti ta’ informazzjoni ġenerali lill-vittma dwar id-drittijiet tagħha u s-servizzi li tista’ juża;
  4. valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-vittma mis-Servizz ta’ Assistenza għall-Vittmi ta’ Reati u mid-dipartimenti u mill-fornituri tas-servizzi soċjali skont l-Artikolu 3^1 sabiex jiġu ddeterminati l-miżuri ta’ appoġġ u protezzjoni li huma intitolati għalihom;
  5. l-għoti ta’ servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni;
  6. monitoraġġ u valutazzjoni tas-servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni.

Is-servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni jingħataw lill-vittma ta’ reat jew lill-membri tal-familja tagħha mid-direttorati ġenerali mingħajr ħlas, fuq talba tal-vittma jew tal-membri tal-familja tagħha, u jistgħu jingħataw ukoll mis-servizzi pubbliċi ta’ assistenza soċjali fil-livell ta’ lokalitajiet, muniċipalitajiet, u komuni kif ukoll minn fornituri privati ta' servizzi soċjali.

Applikazzjoni għal servizzi ta’ assistenza u ta’ protezzjoni tiġi indirizzata lid-direttorat ġenerali, iżda tista’ tiġi indirizzata wkoll lil fornitur privat jew pubbliku ta’ servizzi soċjali, f’liema każ il-fornitur għandu jinforma bil-miktub lid-direttorat ġenerali fil-ġurisdizzjoni fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna għandu d-domiċilju jew ir-residenza tiegħu.

Il-vittmi jistgħu jiġu riferuti wkoll, skont l-eżiġenzi identifikati tagħhom, għal servizzi soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa jew servizzi oħra ta’ interess ġenerali fil-lokalità tagħhom, li jingħataw skont il-liġi.

Is-servizzi ta’ appoġġ u ta’ protezzjoni mogħtija lill-vittmi ta’ reati u lill-membri tal-familja tagħhom jistgħu jkunu:

  1. informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittma;
  2. konsulenza psikoloġika, konsulenza dwar ir-riskji ta’ vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta jew ta’ intimidazzjoni u vendetta;
  3. pariri dwar kwistjonijiet finanzjarji u prattiċi sussegwenti għar-reat;
  4. servizzi ta’ integrazzjoni/riintegrazzjoni soċjali;
  5. appoġġ emozzjonali u soċjali għall-fini ta’ riintegrazzjoni soċjali;
  6. informazzjoni u konsulenza dwar ir-rwol tal-vittma fil-proċedimenti kriminali, inkluż tħejjija għall-parteċipazzjoni fil-proċedimenti. Dawn is-servizzi ta’ informazzjoni u ta’ konsulenza ma jinkludux l-għajnuna legali bla ħlas għall-vittmi ta’ ċerti reati skont l-Artikoli 14-20 tal-Liġi Nru 211/2004 dwar ċerti miżuri li jiżguraw l-għoti ta’ informazzjoni, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ reati jew għajnuna legali għall-persuna leża skont il-Liġi Nru 135/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, kif sussegwentement emendata u supplimentata;
  7. l-iggwidar tal-vittma għal servizzi speċjalizzati oħrajn, fejn applikabbli: servizzi soċjali, servizzi tal-kura tas-saħħa, servizzi tal-impjieg, servizzi ta’ edukazzjoni jew servizzi oħra ta’ interess ġenerali pprovduti skont il-liġi.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata), se jitnaqqsu mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Iva. L-ammonti mħallsa minn dak li wettaq ir-reat bħala kumpens ċivili u l-kumpens miksub mill-vittma minn kumpanija tal-assigurazzjoni għad-danni kkawżati mir-reat imwettaq jitnaqqsu mill-ammont tal-kumpens finanzjarju mogħti mill-Istat lill-vittma.

1.18. Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem mill-kumpens? Jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Le. Il-vittma tista' tirrikorri għand il-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati (Comisiei pentru acordarea de compensații financiare victimelor infracțiunilor) biex tingħata ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal għaxar salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbilit għas-sena meta l-vittma tkun talbet il-ħlas bil-quddiem.

Il-ħlas bil-quddiem jista’ jintalab fit-talba għal kumpens finanzjarju jew f’talba separata li tista’ tiġi ppreżentata fi kwalunkwe ħin wara n-notifika lill-korpi ġudizzjarji jew lill-qorti, iżda mhux aktar tard minn 30 jum mid-data tas-sottomissjoni tat-talba għal kumpens.

Il-ħlas bil-quddiem jingħata jekk il-vittma tkun f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja.

Jekk it-talba għal kumpens finanzjarju tiġi miċħuda, il-vittma għandha tirrifondi l-ħlas bil-quddiem, ħlief f’każijiet meta t-talba għal kumpens finanzjarju tkun ġiet miċħuda biss minħabba li dak li wettaq ir-reat ma jkunx insolventi jew ma jkunx għeb.

Il-vittma li tkun ingħatat ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju hija marbuta li tirrifondih jekk tkun naqset milli tippreżenta t-talba għal kumpens finanzjarju fl-iskadenzi stabbiliti.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Il-Liġi Nru 211/2004 dwar ċerti miżuri li jipprevedu l-għoti ta’ informazzjoni, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi ta’ reati ma timponi ebda limitazzjoni ħlief dik skont l-Artikolu 27(2), jiġifieri għaxar salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali stabbiliti għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat it-talba tagħha għal kumpens finanzjarju.

Jekk il-valur tad-dannu jkun żdied, tista’ tiġi ppreżentata talba ġdida għal kumpens finanzjarju.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Kopji tad-dokumenti ta’ sostenn għall-informazzjoni mdaħħla fit-talba għal kumpens finanzjarju, kif ukoll kwalunkwe dokument ieħor fil-pussess tal-vittma, li huma utli biex tittieħed deċiżjoni dwar it-talba, għandhom jiġu annessi ma’ dik it-talba (eż. sentenzi, kwalunkwe rċevuta, fattura, jew dokument li jista’ jservi bħala prova ta’ ħlas, dokumenti mediċi, rapporti ta’ esperti).

It-talba għal kumpens finanzjarju għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja jew, fejn applikabbli, tkun akkumpanjata minn dokumenti ta’ sostenn li juru l-informazzjoni li ġejja:

  1. il-kunjom, l-isem, in-nazzjonalità, id-data u l-post tat-twelid, id-domiċilju jew ir-residenza tal-vittma;
  2. id-data, il-post u ċ-ċirkustanzi tar-reat li kkaġuna l-ħsara;
  3. il-kategoriji ta’ ħsara mġarrba mir-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju, offiża fuq il-persuna, reat volontarju li jirriżulta f’offiża fuq il-persuna, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u attakk sesswali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza;
  4. fejn applikabbli, il-korp ġudizzjarju jew il-qorti u d-data tar-rinviju għalihom;
  5. fejn applikabbli, in-numru u d-data tas-sentenza jew id-dokument tal-korp ta' prosekuzzjoni, jekk dak li wettaq ir-reat ikun magħruf, il-vittma tkun ippreżentat it-talba għal kumpens finanzjarju fi żmien sena mid-data tad-deċiżjoni definittiva tal-qorti kriminali li tkun tat sentenza ta' kundanna jew liberatorja u tat kumpens ċivili jew li tkun tat deċiżjoni biex jintemmu l-proċedimenti kriminali, jew mid-data li fiha l-prosekutur ikun ordna l-għeluq tal-każ;
  6. il-kapaċità bħala l-konjuġi, l-ulied jew id-dipendenti tal-persuna ddeċeduta, għall-vittmi li huma l-konjuġi, l-ulied u d-dipendenti tal-persuni li mietu bħala riżultat tat-twettiq tar-reati li ġejjin: tentattiv ta' omiċidju u omiċidju involontarju, offiża fuq il-persuna, reat volontarju li jirriżulta f’offiża fuq il-persuna, stupru, konġunġiment karnali ma' minorenni u attakk sesswali, traffikar tal-bnedmin u traffikar ta’ minorenni, terroriżmu, u kwalunkwe att kriminali volontarju ieħor imwettaq bi vjolenza;
  7. il-fedina penali;
  8. l-ammonti mħallsa bħala kumpens minn dak li wettaq ir-reat jew il-kumpens miksub mill-vittma minn kumpanija tal-assigurazzjoni għad-danni kkawżati mir-reat imwettaq.

Hemm imposti amministrattivi jew oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

Le. It-talba għal kumpens finanzjarju u l-applikazzjoni għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju huma eżentati mit-tariffa tal-boll.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

F’każijiet nazzjonali, it-talba għal kumpens finanzjarju tiġi ppreżentata lill-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun iddomiċiljata l-vittma u tiġi deċiża minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, li hija stabbilita f’kull qorti distrettwali.

F’każijiet transfruntiera, l-awtorità Rumena responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet maħtura skont l-Artikolu 3(2) hija l-Qorti Distrettwali ta’ Bucharest - il-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati:

Bulevardul UNIRII, nru. 37, Settur 3, Bucharest, kodiċi 030823
Tel. +40 214083600, +40 214083700
Fax +40 213187731
E-mail:  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatribunalul.bucuresti@just.ro

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

F’każijiet nazzjonali, it-talba għal kumpens finanzjarju tiġi ppreżentata lill-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun domiċiljata l-vittma u tiġi deċiża minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati li hija stabbilita f’kull qorti distrettwali.

F’każijiet transfruntiera, jekk ir-reat ikun twettaq fit-territorju tar-Rumanija u l-vittma tkun ċittadina ta’ Stat Membru tal-UE, li tkun legalment preżenti fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat, jew ċittadina barranija jew persuna mingħajr Stat li tirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE u li tkun legalment preżenti fit-territorju tar-Rumanija fid-data meta twettaq ir-reat, l-awtorità Rumena li tieħu d-deċiżjonijiet maħtura skont l-Artikolu 3(2) hija l-Qorti Distrettwali ta’ Bucharest - il-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati:

Bulevardul UNIRII, nru. 37, Settur 3, Bucharest, kodiċi 030823
Tel. +40 214083600, +40 214083700
Fax +40 213187731
E-mail:  Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatribunalul.bucuresti@just.ro

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le. It-talba għal kumpens finanzjarju u t-talba għal ħlas bil-quddiem mill-kumpens finanzjarju jiġu deċiżi in camera, fejn il-vittma tissejjaħ tidher. Il-parteċipazzjoni tal-prosekutur hija obbligatorja.

Il-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, li hija magħmula minn bord ta’ żewġ imħallfin, tista’ tisma’ persuni, titlob dokumenti u tieħu kwalunkwe evidenza oħra li tqis utli biex tiddeċiedi dwar it-talba.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Bejn sena u sentejn.

Jekk m’iniex sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Il-Kummissjoni tista’ tagħti waħda mis-soluzzjonijiet li ġejjin f’deċiżjoni:

  1. taċċetta t-talba, tiddetermina l-valur tal-kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, tal-ħlas bil-quddiem minnha;
  2. tirrifjuta t-talba jekk ir-rekwiżiti previsti skont din il-liġi għall-għoti ta’ kumpens finanzjarju jew, fejn applikabbli, il-ħlas bil-quddiem minnha ma jkunux ġew sodisfatti.

Il-vittma tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju jew dwar il-ħlas bil-quddiem mill-kumpens. Id-deċiżjoni tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qorti tal-appell fi żmien 15-il jum min-notifika.

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel talba?

Il-formola għall-applikazzjoni għal kumpens finanzjarju għal każijiet transfruntiera hija annessaWord(15 Kb)ro mad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Nru 1319/C/13 Mejju 2008 tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Hemm xi helpline speċjali jew xi sit web li nista’ nuża?

TBC

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Il-vittma tista' tingħata għajnuna legali bla ħlas fuq talba.

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi ppreżentat lill-qorti distrettwali li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun iddomiċiljata l-vittma u jiġi deċiż minn żewġ imħallfin tal-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati bħala konklużjoni fi żmien 15-il jum mid-data tas-sottomissjoni.

Kopji tad-dokumenti ta’ sostenn għall-informazzjoni li tinsab fir-rikors, kif ukoll kwalunkwe dokument ieħor fil-pussess tal-vittma, li huma utli biex tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors, għandhom jiġu annessi mar-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas.

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas jiġi deċiż in camera, fejn il-vittma tissejjaħ tidher.

Jekk il-vittma ma tkunx għażlet avukat, id-deċiżjoni favur l-aċċettazzjoni tar-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas għandha tinkludi wkoll il-ħatra ta’ avukat ex officio skont il-Liġi Nru 51/1995 dwar l-organizzazzjoni u l-eżerċitar tal-professjoni ta’ avukat, ippubblikata mill-ġdid, kif sussegwentement emendata u supplimentata, u skont ir-Regolamenti dwar il-professjoni ta' avukat.

Il-vittma tiġi nnotifikata bid-deċiżjoni dwar ir-rikors għall-għajnuna legali bla ħlas.

Il-konklużjoni li tiċħad ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas hija soġġetta għal stħarriġ mill-qorti distrettwali, li lilha tappartjeni l-Kummissjoni responsabbli għall-Għoti ta’ Kumpens Finanzjarju lill-Vittmi ta’ Reati, fuq talba tal-vittma, fi żmien 15-il jum min-notifika. L-istħarriġ isir minn bord magħmul minn żewġ imħallfin.

Għajnuna legali bla ħlas tingħata lil kull vittma għad-durata tal-proċedimenti sa limitu ta’ ammont ekwivalenti għal żewġ salarji bażiċi minimi grossi nazzjonali, kif stabbiliti għas-sena li fiha l-vittma tkun ippreżentat ir-rikors għal għajnuna legali mingħajr ħlas. Il-fondi meħtieġa għall-għoti ta’ għajnuna legali bla ħlas jingħataw mill-baġit tal-Istat, permezz tal-baġit tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jiġu applikati wkoll kif xieraq għall-għoti tal-ammonti meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza dwar l-għoti ta’ kumpens ċivili lill-vittma ta’ reat.

Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Ġustizzja, bħala l-awtorità ta’ assistenza Rumena, li huwa maħtur skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE, jipprovdi lir-rikorrent l-informazzjoni meħtieġa dwar il-possibiltajiet li wieħed jitlob kumpens finanzjarju mill-Istat fit-territorju li fih sar ir-reat, il-formoli ta’ applikazzjoni meħtieġa, kif ukoll informazzjoni u indikazzjonijiet dwar kif għandha timtela l-formola ta’ applikazzjoni u d-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

Ara d-Digriet Nru 1319/C/13 ta’ Mejju 2008 tal-Ministru tal-Ġustizzja. Skont l-Artikolu 2 ta’ dan id-Digriet, il-Ministeru tal-Ġustizzja jwettaq id-dmirijiet tiegħu bħala awtorità ta’ assistenza permezz tad-Direttorat tad-Dritt Internazzjonali u tat-Trattati, li jista’ jikkollabora ma’ strutturi oħra fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja fil-qasam. Id-dmirijiet tal-Ministeru tal-Ġustizzja, bħala l-awtorità ta’ assistenza, meta r-rikorrent jippreżenta talba għal kumpens finanzjarju fi Stat Membru ieħor, huma prinċipalment dawn li ġejjin: jirċievi u jikkonferma l-wasla tat-talba tar-rikorrent; jirrevedi t-talba u jgħarraf lir-rikorrent, fejn applikabbli, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut tat-talba; jekk iqis li r-rekwiżiti ġew sodisfatti, jibgħat il-formola tal-applikazzjoni lir-rikorrent u jiggwidah dwar kif għandu jimla l-formola; jitlob lir-rikorrent biex jipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dokumenti meħtieġa biex jimla t-talba; jiffaċilita t-traduzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-awtorità li tieħu d-deċiżjonijiet fl-Istat li minnu jkun intalab kumpens finanzjarju minn traduttur awtorizzat u jara li tintbagħat malajr kemm jista’ jkun lir-rikorrent eċċ.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Ir-rikors għal għajnuna legali bla ħlas u t-talba għall-ammont meħtieġ għall-eżekuzzjoni tas-sentenza li tagħti kumpens ċivili lill-vittma tar-reat jistgħu jiġu ppreżentati wkoll minn organizzazzjonijiet mhux governattivi li l-attività tagħhom tinvolvi l-protezzjoni tal-vittmi jekk ikunu ffirmati mill-vittma, jinkludu d-data prevista mil-liġi u jkunu akkumpanjati mid-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa.

L-aħħar aġġornament: 11/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Slovenja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Kumpens jista’ jingħata biss lil vittmi ta’ reati intenzjonali vjolenti. Dawn huma reati li t-trasgressur ikun wettaq b’mod intenzjonali u li jikkostitwixxu attakk dirett fuq il-ħajja u fuq il-persuna, bl-użu tal-forza (reati kontra l-ħajja u l-persuna, bħal omiċidju volontarju, qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni, offiża fuq il-persuna) jew ksur tal-integrità sesswali (reati sesswali).

Kundizzjoni oħra hi li, skont il-Kodiċi Penali, dawn ir-reati jkunu punibbli b’sena jew aktar priġunerija. Fi kliem ieħor, ma jistax jiġi riċevut kumpens għal reati ta’ natura pekunarja (finanzjarja).

Għal liema tip ta’ ħsara nista’ ningħata kumpens?

Int ma tkunx intitolat(a) għal kumpens għal ħsara minuri (eż. kontużjonijiet, brix, tbenġil) jew għal każijiet oħra ta’ ħsara fuq il-persuna li jkollhom biss effett estern temporanju, jew li b’mod temporanju u sa ċertu punt anqas, jaffettwaw is-saħħa tal-vittma.

Kumpens jista’ jingħata f’każijiet li fihom ħsara fuq il-persuna titqies li tal-anqas tkun minuri (eż. ġrieħi tat-tessut artab li jeħtieġu punti, fratturi sempliċi, żlugar u liwjiet sempliċi, fqigħ sempliċi tat-tanbur tal-widnejn, konkussjonijiet b’telfien minimu mis-sensi, telf ta’ sinna sa tnejn, telf ta’ għaksa waħda).

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, kumpens għat-tbatija mentali minħabba l-mewt ta’ persuna viċina jista’ jingħata lil superstiti wkoll; jiġifieri persuni li kienu sostnuti jew li kellhom id-dritt li jkunu sostnuti mill-vittma deċeduta (b’mod partikolari wlied minorenni u ulied taħt l-età ta’ 26 sena li jkunu f’edukazzjoni full-time; konjuġj jew sieħeb/sieħba mhux miżżewġin li ma kellhom ebda mezz ta’ sussistenza u kienu qiegħda għal raġunijiet li ma kinux tort tagħhom; ġenituri, jekk ma jkollhomx u ma jkunux jistgħu jiksbu mezzi suffiċjenti ta’ sussistenza).

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Le.

Nista’ ningħata kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Le. Il-kundizzjoni formali biex jingħata kumpens hi l-fatt li r-rikorrent ikun ċittadin tar-Repubblika tas-Slovenja jew inkella ta’ Stat Membru ieħor tal-UE.

Nista nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan hu l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le. Biex titlob kumpens, ir-reat irid ikun twettaq fit-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja, jew fuq bastiment Sloven jew fuq inġenju tal-ajru Sloven, indipendentement minn fejn kien jinsab meta twettaq ir-reat.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva, l-att irid ikun ġie reġistrat jew rapportat mal-awtorità kompetenti (pulizija, uffiċċju tal-prosekutur) u trattat bħala reat (u mhux, pereżempju, bħala reat minuri), u jrid ikun hemm suspett raġonevoli li twettaq reat (ilment kriminali ppreżentat quddiem il-prosekuzzjoni).

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, iżda jrid ikun hemm suspett raġonevoli li twettaq ir-reat, li jfisser li, bħala regola, tal-anqas irid ikun ġie ppreżentat ilment kriminali, li l-pulizija tgħaddi lill-uffiċċju tal-prosekutur wara li tlesti l-investigazzjoni tagħha.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand min wettaq ir-reat – jekk ikun ġie identifikat?

Bħala regola, il-bażi biex jingħata kumpens f’dawn il-każijiet hi l-ġudizzju finali u eżegwibbli li bih il-vittma tingħata kumpens u li jista’ jkun li diġà nħareġ matul il-proċedimenti kriminali (deċiżjoni dwar azzjoni ċivili fi ħdan il-proċedimenti kriminali) jew fi proċeduri ta’ qorti ċivili (deċiżjoni dwar azzjoni). Kundizzjoni addizzjonali hi li l-infurzar (irkupru tal-ħlas) fuq il-bażi ta’ dan il-ġudizzju ma rnexxiex jew ma jkunx possibbli affattu (it-trasgressur ma jkollu ebda proprjetà, il-proprjetà ma tkunx tista’ tiġi rkuprata).

Madankollu, hemm eċċezzjonijiet li fihom ma jkunx hemm bżonn li l-ewwel jintalab kumpens mingħand it-trasgressur:

— meta vittma ta’ reat tkun tappartjeni għal wieħed mill-gruppi protetti b’mod speċjali – tfal, vittmi ta’ vjolenza domestika, nies b’diżabilità, ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE (f’każijiet transfruntiera);

— meta t-trasgressur jibqa’ mhux magħruf (wara tliet xhur mir-reġistrazzjoni jew mir-rapportar tar-reat, u ma jkunx identifikat qabel id-deċiżjoni tal-Kumitat) jew jekk it-trasgressur ma jkunux jistgħu jittieħdu passi legali kontrih (eż. it-trasgressur ikun deċedut jew inkella jkollu anqas minn 14-il sena u ma jkunux kriminalment responsabbli).

Jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Jekk it-trasgressur jibqa’ mhux magħruf (wara tliet xhur mid-detezzjoni jew mir-rapportar tar-reat u ma jiġix identifikat qabel id-deċiżjoni tal-Kumitat), il-vittma tista’ titlob kumpens.

Bħala regola, il-kumpens hu marbut mal-kundanna tat-trasgressur meta jintalab fuq il-bażi ta’ strument eżegwibbli – sentenza (fi proċeduri kriminali jew ta’ qorti ċivili) li biha l-vittma tingħata kumpens, iżda l-vittma ma tkunx tista’ tirkuprah mingħand it-trasgressur (l-infurzar ma jirnexxix jew ikun impossibbli).

F’każijiet li fihom vittma jkollha status speċjali (tfal, persuni b’diżabilità jew vittmi ta’ vjolenza domestika u vittmi f’każijiet transfruntiera – ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE), il-kundanna tat-trasgressur ma tkunx kundizzjoni biex jintalab kumpens.

Hemm terminu preskrittiv li matulu rrid nitlob kumpens?

Iva, hemm żewġ termini preskrittivi biex jintalab kumpens.

F’każijiet li jinvolvu trasgressur mhux magħruf jew gruppi speċjali ta’ vittmi (tfal, vittmi ta’ vjolenza domestika, nies b’diżabilità, ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-UE), l-iskadenza għall-preżentazzjoni tat-talba hi ta’ 6 xhur mid-data li fiha jitwettaq ir-reat.

F’każijiet oħra li fihom il-kumpens l-ewwel irid jitfittex mingħand it-trasgressur, it-terminu preskrittiv għall-preżentazzjoni tat-talba hu ta’ 3 xhur mid-data tar-riċevuta tad-deċiżjoni jew tan-notifika li l-infurzar ma rnexxiex; meta l-infurzar ma jkunx propost, l-iskadenza hi ta’ tliet xhur mil-wasla tal-informazzjoni li l-infurzar ma jkunx possibbli.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens se jkopri:

(a) għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi tal-ħsara (trattament mediku — trattament fl-ambulanza u fl-isptar, irkupru) — IVA, iżda biss f’każ li l-persuna ma tkunx intitolata għal benefiċċji adegwati mill-assigurazzjoni tal-pensjoni u ta’ diżabilità; fl-ammont tal-ispejjeż tas-servizzi tas-saħħa koperti mill-assigurazzjoni medika obbligatorja skont ir-regolamenti tar-Repubblika tas-Slovenja, limitat għal EUR 20 000.
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, fiżjoterapija edukattiva fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.) — LE
  • ħsara permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila biex isir qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.) — LE
    • telf ta’ opportunità — LE
    • spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara (bħat-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti) —LE
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara — LE
    • oħrajn

— ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittmaIVA, għat-tiġrib ta’ uġigħ fiżiku u mentali (minħabba telf ta’ kumdità, sfigurazzjoni, libertà mnaqqsa ksur tad-dinjità u ta’ drittijiet oħra tal-personalità); kumpens għall-biża’ mhuwiex rikonoxxut.

(b) għal nies jew għal qraba intitolati ta’ vittma:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral — LE, għaliex dan issa hu dritt soċjali u hu infurzat skont liġi oħra;
  • spejjeż mediċini (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament fl-ambulanza u fl-isptar, riabilitazzjoni) — IVA (għal vittmi biss), fl-ammont tal-ispejjeż tas-servizzi tas-saħħa koperti mill-assigurazzjoni medika obbligatorja skont ir-regolamenti tar-Repubblika tas-Slovenja, u biss jekk il-persuna ma jkollhiex assigurazzjoni medika obbligatorja jew volontarja.
  • telf tal-mantenimentIVA, għat-tfal tad-deċedut(a) li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal pensjoni tas-superstiti (l-età sa 15-il sena jew sa 26 sena jekk ikunu f’edukazzjoni full-time), iżda l-pensjoni ma tkunx ingħatat (għal raġunijiet min-naħa tad-deċedut(a));
  • telf ta’ opportunità — LE

— ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija ta’ qraba jew ta’ nies intitolati / kumpens lil superstiti jekk il-vittma mietet — IVA, is-superstiti jiġu kkumpensati għal uġigħ mentali minħabba t-telf ta’ persuna viċina;

(a) għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż mediċi tal-ħsara (trattament mediku — trattament fl-ambulanza u fl-isptar, irkupru)
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, fiżjoterapija edukattiva fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.)
  • ħsara permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila biex isir qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)
    • telf ta’ opportunità
    • spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara (bħat-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti)
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara
    • oħrajn

— ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma

(b) għal nies jew għal qraba intitolati ta’ vittma:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament fl-ambulanza u fl-isptar, riabilitazzjoni)
  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità

— ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati / kumpens għas-superstiti jekk il-vittma mietet

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti fix-xahar?

Bħala regola, il-kumpens jitħallas f’pagament uniku sakemm ma jkunx hemm bżonn li jiġu determinati l-kundizzjonijiet futuri biex jingħata kumpens għal ċerti perjodi (eż. edukazzjoni full-time ta’ minorenni).

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

Meta tittieħed deċiżjoni dwar l-ammont tal-kumpens, jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-imġiba tar-rikorrent matul u wara t-twettiq tar-reat, kif ukoll il-kontribuzzjoni ta’ dan għall-okkorrenza u għall-firxa tal-ħsara, u l-kumpens jista’ jitnaqqas kif xieraq jew inkella t-talba tista’ tiġi miċħuda.

Il-fedina penali tar-rikorrent ma tiġix verifikata, filwaqt li nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-proċedura ta’ kumpens jista’ jirriżulta fin-nuqqas ta’ stabbiliment ta’ wħud miċ-ċirkustanzi rilevanti għad-determinazzjoni tad-dritt ta’ kumpens u, għaldaqstant, jista’ jkun li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-ħsarat ma jkunux issodisfati. Jekk ir-rikorrent ma jweġibx għas-sejħiet tal-awtorità biex jissupplimenta t-talba għal kumpens, talba inkompluta jaf tiġi miċħuda.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-vittma ma tiġix verifikata u, għalhekk, ma taffettwax ir-rikonoxximent tad-dritt għal kumpens jew l-ammont ta’ dan.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens u/jew l-ammont?

Iva, il-kumpens jitnaqqas minħabba kumpensi oħra, rimborżi jew pagamenti oħra riċevuti mir-rikorrent fuq kwalunkwe bażi oħra għall-istess tip ta’ ħsara.

Il-kumpens kif jiġi kkalkolat?

Għal uġigħ fiżiku u mentali, jiġu kkunsidrati l-ogħla ammonti statutorji ta’ kumpens għal kull tip ta’ ħsara, u l-kumpens jiġi deteriminat skont dawn il-limiti u b’rabta mas-severità tal-ħsara jew mat-tip ta’ ħsara.

Rigward uġigħ fiżiku, regoli speċjali jidentifikaw il-kategoriji tal-ħsarat, u l-liġi tistabbilixxi l-ammonti minimi u massimi għal dawk il-kategoriji – minn EUR 50 sa 500 għal ħsarat minuri, minn EUR 100 sa 1 000 għal ħsarat medji, minn EUR 250 sa 2 500 għal ħsarat serji, minn EUR 500 sa 5 000 euro għal ħsarat serji ħafna, u minn EUR 1 000 sa 10 000 għal ħsarat estremament serji.

Għal tipi oħra ta’ ħsara, il-liġi tirreferi għal regolamenti oħra. Ir-rimborż tal-ispejjeż tat-trattament hu rikonoxxut fl-ammont tal-ispejjeż tas-servizzi tas-saħħa mill-assigurazzjoni medika obbligatorja, li għaliha l-persuna assigurata tkun intitolata skont ir-regolamenti tar-Repubblika tas-Slovenja fid-dawl taċ-ċirkustanzi. Il-kumpens ta’ fondi dovuti għat-telf tal-manteniment hu rikonoxxut lil superstiti tal-vittma deċeduta sa fejn hu determinat mir-regolamenti tas-Slovenja dwar l-assigurazzjoni tal-pensjoni u ta’ diżabilità rigward il-pensjoni tas-superstiti.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Iva, għal uġigħ fiżiku minimu ta’ EUR 50 u massimu ta’ EUR 10 000, u għal uġigħ mentali, massimu ta’ EUR 10 000.

Lill-qraba kollha ta’ persuna deċeduta jista’ jingħata kumpens sa EUR 10 000 għal uġigħ mentali kkawżat mill-mewt ta’ persuna viċina.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkolah jew dwar aspetti oħra?

Le. Fil-formola tat-talba hu possibbli li tiddikjara l-ammont tal-kumpens, iżda dan mhuwiex meħtieġ mil-liġi.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Iva. Skont il-liġi, il-kumpens stabbilit għal kull tip ta’ ħsara jitnaqqas minħabba kumpensi oħra, rimborżi jew pagamenti oħra riċevuti mir-rikorrent fuq kwalunkwe bażi oħra għall-istess tip ta’ ħsara.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Il-liġi ma tipprevedi ebda tali tibdil fiċ-ċirkustanzi.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Skont il-liġi, it-talba trid tkun sostnuta mid-dokumenti li ġejjin:

  • prokura
  • kopja tar-rapport tal-pulizija (jew dokumentazzjoni minn korp ieħor fi proċedimenti (pre)kriminali)
  • rapporti u ċertifikati mediċi rilevanti
  • id-dikjarazzjoni tar-rikorrent dwar it-talba tal-kumpens minn sorsi oħra.

Meta rikorrent japplika għal kumpens wara li ma jkunx irnexxielu jirkuprah mingħand it-trasgressur, iridu jkunu mehmuża dawn li ġejjin ukoll:

  • kopja tas-sentenza (li biha ntlaqgħet it-talba għall-kumpens)
  • kopja tal-ordni ta’ infurzar u evidenza li l-infurzar ma rnexxiex jew ma kienx possibbli.

L-awtorità tista’ titlob evidenza ulterjuri biex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kumpens.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

Le. Ma tintalab ebda tariffa għal talbiet, għal azzjonijiet u għal deċiżjonijiet fi proċedimenti ta’ kumpens skont dan l-Att.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-kumitat għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-kumpens għal vittmi ta’ reati (Komisija Vlade Republike Slovenije za odločanje o odškodnini žrtvam kaznivih dejanj; minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Kumitat”).

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Lill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministrstvo za pravosodje), Župančičeva 3, 1000 Ljubljana.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

L-iskadenza legali għall-ħruġ ta’ deċiżjoni hi ta’ 3 xhur mir-riċevuta ta’ applikazzjoni kompluta. Bħala regola, il-proċedura attwali ddum anqas minn sitt xhur, skont iċ-ċirkustanzi individwali.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjoni tal-Kumitat tista’ tiġi kkontestata b’azzjoni fi proċediment amministrattiv quddiem il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://e-uprava.gov.si/podrocja/drzava-druzba/kazniva-dejanja/odskodnine-zrtvam-kaznivih-dejanj.html

Il-verżjoni bl-Ingliż tal-paġna web:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.si/en/topics/compensation-for-victims-of-crimes/

L-informazzjoni tista’ tinkiseb bil-miktub jew bit-telefown ukoll:

Ministrstvo za pravosodje
Direktorat za kaznovalno pravo in človekove pravice
Sektor za popravo krivic in podporo žrtvam kaznivih dejanj
Župančičeva 3, 1000 Ljubljana

T: +386 1 369 5442

E: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagp.mp@gov.si

Skont il-liġi, il-pulizija hi meħtieġa tipprovdi informazzjoni bażika dwar kif in-nies jistgħu jeżerċitaw drittijiethom. Ġeneralment, korpi statali oħra li jieħu ħsieb il-vittmi jkunu midħla ta’ dawn id-drittijiet u jipprovdu din l-informazzjoni (ċentri tal-assistenza soċjali, NGOs ta’ assistenza għall-vittmi).

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Ara hawn fuq.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Għajnuna legali b’xejn mhijiex possibbli f’dawn il-każijiet.

Madankollu, skont ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva ġenerali, il-persuna uffiċjali trid tirrispetta l-prinċipju ta’ protezzjoni tad-drittijiet tar-rikorrent, u dan ifisser li l-uffiċjal irid jippermetti lir-rikorrent jeżerċita d-drittijiet tiegħu, iwissih f’dan ir-rigward, jistiednu jlesti t-talba u jipprovdi spjegazzjonijiet, filwaqt li jiżgura li n-nuqqas ta’ għarfien tar-rikorrent jew il-fatt li ma jkunx jaf xi affarijiet ma jtelliflux drittijietu.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Iva, ċerti NGOs joffru assistenza fl-infurzar tad-drittijiet tal-vittmi (eż. is-Soċjetà għall-Komunikazzjoni Mhux Vjolenti (Društvo za nenasilno komunikacijo)).

L-aħħar aġġornament: 17/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Slovakkja

Liema tip ta’ delitt nista’ nikseb kumpens għalih?

Il-liġi tipprovdi għal kumpens finanzjarju ta’ darba għal nies li ġarrbu korriment fuq il-persuna b’riżultat ta’ delitti vjolenti premeditati; delitti oħrajn ma humiex soġġetti għal kumpens. Il-kumpens għal korriment fuq il-persuna huwa marbut b’mod partikolari mad-delitti ta’ omiċidju u offiża fuq il-persuna. Il-liġi tikklassifika d-delitti ta’ traffikar tal-bnedmin, stupru, abbuż sesswali, vjolenza sesswali, vjolenza domestika u għajbien involontarju bħala kategorija separata ta’ reat, li għaliha wkoll jingħata kumpens għad-dannu mhux materjali.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Il-vittmi ta’ delitt vjolenti jiġu kkumpensati biss sal-limitu tal-korriment imġarrab (kumpens għal uġigħ u funzjoni soċjali mnaqqsa). Għar-reati ta’ traffikar tal-bnedmin, stupru, abbuż sesswali, vjolenza sesswali, vjolenza domestika u għajbien involontarju, il-liġi tipprevedi kumpens għad-dannu mhux materjali.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ delitt? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Meta persuna tmut minħabba delitt vjolenti, skont il-liġi il-qraba ta’ dik il-persuna jkollhom ukoll l-opzjoni li jitolbu kumpens, li jfisser kwalunkwe konjuġi superstiti u l-ulied superstiti tal-persuna deċeduta; jekk ma jkunx hemm ulied, il-ġenituri superstiti tal-persuna deċeduta; kwalunkwe persuna li tkun għexet mal-persuna deċeduta fl-istess unità domestika għal mill-inqas sena qabel il-mewt tagħha u li tkun mantniet l-unità domestika komuni flimkien mal-persuna deċeduta, u kwalunkwe persuna dipendenti fuq il-persuna deċeduta għall-manteniment.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Le, f’dawn il-każijiet il-liġi ma tipprevedix li jingħata kumpens lill-qraba tal-vittma ta’ delitt.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Il-kumpens jista’ jintalab minn vittma ta’ delitt vjolenti li tkun ċittadina tar-Repubblika Slovakka, ċittadina ta’ Stat Membru ieħor, persuna mingħajr Stat li jkollha residenza permanenti fir-Repubblika Slovakka jew fi Stat Membru ieħor, jew ċittadin barrani skont il-kundizzjonijiet u sal-punt stipulat minn trattat internazzjonali ratifikat u promulgat bil-mod previst mil-liġi, jekk il-korriment ikun seħħ fir-Repubblika Slovakka. Jista’ jintalab kumpens minn vittma ta’ delitt vjolenti li tkun ingħatat ażil, protezzjoni sussidjarja, rifuġju temporanju, awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza jew awtorizzazzjoni eċċezzjonali ta’ residenza fir-Repubblika Slovakka, jekk il-korriment ikun seħħ fir-Repubblika Slovakka.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew niġi minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk id-delitt ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun seħħ id-delitt? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, id-dritt Slovakk ma jipprevedix proċedura bħal din. Kumpens jista’ jintalab biss jekk il-korriment ikun seħħ fit-territorju tar-Repubblika Slovakka.

Għandi nkun irrappurtajt id-delitt lill-pulizija qabel ma nkun nista’ nitlob kumpens?

Kumpens jista’ jintalab biss jekk il-prosekuzzjoni kriminali tkun diġà bdiet u r-riżultati tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni sommarja mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi sa dak il-punt ma jqajmux dubji raġonevoli dwar jekk il-vittma ta’ delitt vjolenti sofrietx korriment fuq il-persuna minn att li jikkostitwixxi reat kriminali. Dan ifisser li l-kumpens diġà jista’ jingħata wara li tkun inbdiet il-prosekuzzjoni kriminali, iżda huwa irrilevanti jekk il-prosekuzzjoni kinitx ibbażata fuq kwerela mill-vittma jew fuq mezzi oħra.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċediment kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, it-talba tista’ tiġi ppreżentata lill-Ministeru immedjatament wara li tkun inbdiet il-prosekuzzjoni kriminali, dment li r-riżultati tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni sommarja mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi s’issa ma jqajmux dubji raġonevoli dwar jekk il-vittma ta’ delitt vjolenti ġarrbitx korriment fuq il-persuna minn att li jikkostitwixxi reat kriminali.

Madankollu, it-talba għal kumpens trid tiġi ppreżentata lill-Ministeru mhux aktar tard minn sena mid-data tas-sentenza finali jew digriet kriminali li jsib li t-trażgressur ikun wettaq delitt li kkawża l-korriment fuq il-persuna tal-vittma, jew ta’ sentenza li teħles lill-imputat peress li ma jkunx inżamm kriminalment responsabbli fuq il-bażi ta’ ġenn jew ta’ età minuri, u l-vittma ma tridx tkun ingħatat kwalunkwe kumpens ieħor għall-korriment fuq il-persuna. Jekk il-prosekuzzjoni kriminali tiġi sospiża jew itterminata (jew posposta) skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Nru 301/2005 (il-Kodiċi Kriminali), il-vittma tista’ titlob kumpens fuq il-bażi ta’ deċiżjoni mill-awtorità kompetenti li tistabbilixxi il-fatti dettaljati hawn fuq. Madankollu, f’każijiet bħal dawn, l-eżitu tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni sommarja mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma jridx joħloq dubji raġonevoli dwar jekk seħħx effettivament id-delitt li kkawża l-korriment fuq il-persuna tal-vittma.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand it-trażgressur — jekk ikun ġie identifikat?

Jekk il-vittma ta’ delitt vjolenti titlob kumpens biss wara li jkunu ġew konklużi l-proċedimenti kriminali, id-dritt għal kumpens ikun soġġett għal talba għad-danni mingħand it-trażgressur fi proċedimenti kriminali li tiġi ppreżentata qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni fil-qosor. Dan ma japplikax jekk l-att kriminali kkawża l-mewt, jew fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna kkawżat mir-reati kriminali ta’ traffikar tal-bnedmin, stupru, vjolenza sesswali, abbuż sesswali, maltrattament ta’ persuna mill-qrib jew ta’ persuna taħt il-kura ta’ persuna waħda jew għajbien involontarju.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx ġie kkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Jekk l-identità tat-trażgressur li d-delitt tiegħu jkun ikkawża l-korriment tal-vittma ma tkunx magħrufa, ma jkunx magħruf fejn jinsab, jew jekk xi impediment legali jevitalu l-prosekuzzjoni kriminali u l-korriment tal-vittma ma jkunx ġie kkumpensat għalkollox b’xi mod ieħor, il-vittma tista’ titlob kumpens biss jekk l-eżitu tal-investigazzjoni jew tal-investigazzjoni sommarja mill-awtoritajiet tal-awtoritajiet tal-infurzar ma jqajjimx dubji ġustifikati dwar jekk effettivament seħħx id-delitt li kkawża l-korriment fuq il-persuna tal-vittma. It-talba trid tkun appoġġata mid-deċiżjoni finali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi jew tal-qorti li kkunsidrat il-kwistjoni l-aħħar, sabiex tingħata prova tal-fatti dettaljati hawn fuq.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

It-talba tista’ tiġi ppreżentata lill-Ministeru ladarba tkun bdiet il-prosekuzzjoni kriminali. It-talba trid tiġi ppreżentata mhux aktar tard minn sena mid-data li fiha s-sentenza li ssib lit-trażgressur ħati tad-delitt issir finali. Jekk l-identità tat-trażgressur ma tkunx magħrufa jew jekk impediment legali jevitalu l-prosekuzzjoni kriminali, it-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien sena mid-data li fiha d-deċiżjoni mill-awtorità tal-infurzar tal-liġi li kkunsidrat il-kwistjoni l-aħħar, issir finali. Meta jgħaddi dan il-perjodu, id-dritt għal kumpens taħt din il-liġi jiskadi.

Meta qorti fi proċedimenti kriminali tkun irrinvijat lil vittma ta’ delitt vjolenti u t-talba tagħha għal kumpens għal danni li jirriżultaw minn korriment, għal proċedimenti ċivili jew għal proċedimenti quddiem korp ieħor, irid jiġi ppreżentat rikors fi żmien sena mid-data meta d-deċiżjoni dwar id-dritt tal-vittma għal proċedimenti ċivili jew proċedimenti oħra ssir finali. Meta jgħaddi dan il-perjodu jiskadi d-dritt għal kumpens taħt din il-liġi.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ikopri dan li ġej:

Il-kumpens jitħallas biss fir-rigward ta’ offiżi mġarrba fuq il-persuna (kumpens għal uġigħ u funzjoni soċjali mnaqqsa) u, fil-każijiet definiti mil-liġi, fir-rigward ta’ dannu morali. Kumpens ma jkoprix telf jew spejjeż oħra.

(a) għall-vittma tar-reat kriminali:

– Korriment fiżiku (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż tal-kura medika (kura medika: kura bħala pazjent ta’ barra u kura fl-isptar, irkupru);
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-korriment (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, adattament tal-ambjent domestiku, għajnuniet speċjali, eċċ.);
  • effetti permanenti tal-korriment (eż. diżabilità jew żvantaġġ permanenti ieħor)
    • telf ta’ qligħ waqt il-kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf, telf tas-setgħa ta’ qligħ jew tnaqqis fil-kapaċità li taqla’ l-għajxien, eċċ);
    • telf ta’ opportunità;
    • spejjeż assoċjati mal-proċedimenti legali b’rabta mal-inċident li kkawża l-korriment (bħat-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti);
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara;
    • oħrajn.

– mhux applikabbli

– Ħsara psikoloġika (mhux materjali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma – kumpens għal dannu mhux materjali kkawżat mid-delitti ta’ traffikar tal-bnedmin, stupru, abbuż sesswali, vjolenza sesswali, vjolenza domestika u għajbien involontarju.

(b) għal persuni eliġibbli jew għall-qraba ta’ vittma:

– Korriment fiżiku (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż tal-funeral;
  • spejjeż marbuta mal-kura medika (eż. terapija għal membru tal-familja, kura fi sptar jew barra mill-isptar, irkupru);
  • telf tal-kapaċità li taqla’ l-għajxien jew ta’ opportunità.

– mhux applikabbli

– Korriment psikoloġiku (mhux materjali):

  • uġigħ u tbatija ta’ qraba u ta’ persuni eliġibbli/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet – superstiti ta’ vittma ta’ delitt vjolenti li tkun mietet jitħallsu kumpens b’massimu statutorju ta’ 25 darba l-paga minima fiż-żmien li fih twettaq ir-reat. Jekk ir-reat ikun ikkawża l-mewt u jkun hemm biss vittma superstiti waħda ta’ delitt vjolenti li kienet dipendenti fuq il-persuna deċeduta għall-manteniment, il-vittma hija intitolata għal kumpens fl-ammont ta’ ħamsin darba l-paga minima ta’ kull xahar applikabbli fis-sena kalendarja li fiha jkun twettaq ir-reat. Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi fir-rigward tad-delitt, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-fedina penali m’għandha l-ebda effett fuq l-għoti ta’ kumpens mir-Repubblika Slovakka. L-awtorità li tiddeċiedi tista’ tnaqqas il-kumpens jew tiddeċiedi li ma tagħtihx jekk il-vittma tkun ħatja b’mod konġunt għall-korriment jew ma tkunx eżerċitat id-dritt tagħha li tikseb kumpens mit-trażgressur li kkawża l-korriment fuq il-persuna.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-vittma m’għandha ebda effett fuq id-deċiżjoni dwar il-kumpens.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

L-ammont ta’ kumpens jista’ jiġi affettwat mill-firxa tal-ħtija tal-vittma għall-korriment fuq il-persuna jew jekk il-vittma ma tkunx eżerċitat id-dritt tagħha li tikseb kumpens direttament mingħand it-trażgressur.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Jekk il-korriment fuq il-persuna jkun ġie rikonoxxut b’sentenza tal-qorti, il-kumpens ikun ibbażat fuq il-grad tal-korriment dettaljat fis-sentenza; f’każijiet oħra ta’ korriment fuq il-persuna, tapplika mutatis mutandis il-leġiżlazzjoni speċjali li tirregola l-għoti ta’ kumpens għall-uġigħ u għal funzjoni soċjali mnaqqsa. Il-kumpens għal dannu mhux materjali fil-każ ta’ delitti ta’ traffikar tal-bnedmin, stupru, abbuż sesswali, vjolenza sesswali, vjolenza domestika jew għajbien involontarju jkun għaxar darbiet il-paga minima (fil-mument meta jkun seħħ il-korriment) u l-kumpens għal dannu mhux materjali lis-superstiti jekk ir-reat kriminali kkawża l-mewt tal-vittma jkun 25 darba l-paga minima (fil-mument jkun seħħ il-korriment).

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Il-liġi ma tistipulax ammont minimu ta’ kumpens. L-ammont massimu tal-kumpens huwa stabbilit għal 50 darba l-paga minima fil-mument li fih ikun twettaq ir-reat (nota: bħalissa dan huwa EUR 31 150).

Jiena mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Jekk id-danni għal korriment fuq il-persuna jkunu ġew rikonoxxuti permezz ta’ sentenza finali jew digriet kriminali fi proċedimenti kriminali, il-kumpens fil-każ ta’ korriment jiġi kkalkulat u mogħti fuq il-bażi tal-grad tal-korriment iddikjarat fis-sentenza jew fid-digriet kriminali. Jekk il-vittma u t-talba li tkun għamlet fi proċedimenti kriminali jiġu rrinvijati għal proċedimenti ċivili, il-kalkolu u l-għoti ta’ kumpens fil-każ ta’ korriment fuq il-persuna jkunu bbażati fuq il-grad tal-korriment kif iddettaljat fid-deċiżjoni tal-qorti ċivili. . Inkella trid tiġi sottomessa perizja jew opinjoni medika li jkun fiha informazzjoni meħtieġa għall-iskop li jiġi ddeterminat l-ammont speċifiku ta’ kumpens sabiex dan l-ammont ikun jista’ jiġi kkalkulat. Ir-regoli għad-determinazzjoni tal-ammont tal-kumpens huma speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-regoli għall-kalkolu tal-offiża fuq il-persuna b’mod ġenerali, mhux biss għall-fini ta’ għoti ta’ kumpens lill-vittmi ta’ delitti vjolenti.

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Iva, il-kumpens jingħata biss fuq il-kundizzjoni li l-korriment ma jkunx ġie kkumpensat b’xi mod ieħor (pereżempju, minn skema tal-assigurazzjoni privata jew b’mod dirett mit-trażgressur).

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Ħlasijiet bil-quddiem tal-kumpens mhumiex disponibbli.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew jekk is-saħħa tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Dan huwa possibbli; il-vittma tista’ titlob kumpens aktar minn darba (pereżempju, fil-każ ta’ bidla fis-sitwazzjoni jew jekk is-saħħa tmur għall-agħar), iżda r-rikors xorta għandu jiġi ppreżentat fil-perjodu bażiku (jiġifieri mhux aktar tard minn sena mid-data meta s-sentenza kriminali li ssib lit-trażgressur ħati tkun saret finali, jew — jekk l-identità tat-trażgressur ma tkunx magħrufa, jew jekk il-prosekuzzjoni kriminali tkun prekluża b’impediment legali — fi żmien sena minn meta d-deċiżjoni tal-awtorità tal-prosekuzzjoni kriminali, jew tal-qorti li kkunsidrat il-kwistjoni l-aħħar, issir finali). Madankollu, l-ammont totali tal-kumpens għall-istess każ ma jistax jaqbeż 50 darba l-paga minima.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

  • is-sentenza jew id-deċiżjoni finali tal-awtorità tal-infurzar tal-liġi li semgħet il-kwistjoni l-aħħar; jekk il-vittma ma tkunx tista’ tehmeż id-deċiżjoni, jeħtieġ li din tindika l-awtorità tal-infurzar tal-liġi jew il-qorti li semgħet ir-reat l-aħħar;
  • prova tal-korriment kkawżat lill-vittma mid-delitt vjolenti; jekk dan id-dokument ikun parti minn fajl ta’ investigazzjoni jew minn fajl tal-qorti, minflok ma tippreżenta d-dokument innifsu, il-vittma tad-delitt vjolenti tista’ sempliċiment tindika id-dokument u l-fajl li jkun fih; dettalji ta’ kwalunkwe miżura li tkun ħadet il-vittma biex tikseb kumpens mit-trażgressur li kkawża l-korriment tal-persuna jew mit-trażgressur tat-traffikar tal-bnedmin, tal-istupru, tal-vjolenza sesswali jew tal-abbuż sesswali;
  • dokument li juri li t-talba qed tiġi ppreżentata minn persuna li hija l-vittma ta’ delitt vjolenti u li għexet mal-persuna deċeduta fl-istess unità domestika fiż-żmien tal-mewt tagħha jekk id-delitt ikun ikkawża l-mewt.

Hemm tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

Il-proċedimenti ta’ kumpens mhumiex soġġetti għal tariffi.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jiddeċiedi dwar it-talbiet ta’ kumpens.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej: Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky [il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka], Račianska ul. 71, 813 11 Bratislava

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Il-vittma mhix meħtieġa tkun preżenti.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka jrid jiddeċiedi dwar it-talba ta’ kumpens fi żmien 4 xhur. Dan il-perjodu jiġi estiż biż-żmien meħud mill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi, mill-qrati, minn awtoritajiet governattivi oħra, minn unitajiet territorjali ogħla, minn muniċipalitajiet jew minn persuni oħra biex jipprovdu l-kooperazzjoni jew id-dokumenti mitluba mingħandhom li jkunu meħtieġa għad-deċiżjoni.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk il-Ministeru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka ma jaċċettax it-talba jew jaċċettaha parzjalment biss, il-vittma ta’ delitt vjolenti għandha d-dritt titlob il-protezzjoni tad-drittijiet soġġettivi tagħha permezz ta’ lment amministrattiv taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att Nru 162/2015 (il-Kodiċi ta’ Proċedura tal-Qorti Amministrattiva).

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka. Matul il-proċedimenti kriminali l-vittmi jinżammu infurmati mill-awtoritajiet investigattivi dwar il-possibbiltajiet u l-kundizzjonijiet biex jiksbu kumpens mir-Repubblika Slovakka.

Hemm xi linja telefonika speċjali għall-għajnuna jew sit web li nista’ nuża?

L-informazzjoni dwar il-kumpens għall-vittmi ta’ delitti tiġi ppubblikata fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja. Barra minn hekk, vittma li tiġi intervistata fi proċedimenti kriminali tirċievi informazzjoni (inklużi d-dettalji ta’ kuntatt) dwar organizzazzjonijiet li joffru għajnuna u appoġġ lill-vittmi.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Ma hemm ebda għajnuna legali speċifikament biex titlob kumpens. Tista’ tuża l-għajnuna legali ġenerali pprovduta mill-Istat permezz taċ-Ċentru tal-Għajnuna Legali. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Ġustizzja stess jipprovdi gwida bażika dwar kif jintalab kumpens.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Iva, hemm organizzazzjonijiet li jipprovdu assistenza u appoġġ lill-vittmi ta’ reati vjolenti, iżda attwalment dawn joperaw b’mod indipendenti mill-Istat.

L-aħħar aġġornament: 03/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Finlandja

Għal liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens?

Jekk inti (jew qarib tiegħek) tkun vittma ta’ reat fil-Finlandja, tista’ titħallas kumpens mill-fondi tal-Istat għall-ħsara kkawżata mir-reat. Id-dritt għall-kumpens mhuwiex limitat min-natura tar-reat.

Jekk il-ħsara kriminali kienet ikkawżata mill-użu ta’ vettura bil-mutur fit-traffiku, il-kumpens jitħallas primarjament mill-polza tal-assigurazzjoni fuq il-vettura li kkawżat il-ħsara, skont l-Att dwar l-Assigurazzjoni ta’ Responsabbiltà ta’ Vetturi bil-Mutur (liikennevakuutuslaki).

Għal liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens?

Il-kumpens jista’ jitħallas għal ħsara fuq il-persuna u tbatija kkawżata minn reat.

“Ħsara fuq il-persuna” tfisser tfixkil tal-istat ta’ saħħa proprja li jista’ jiġi vverifikat permezz ta’ mezzi mediċi. Tfixkil bħal dan jista’ jkun fiżiku jew psikoloġiku.

“Tbatija”, min-naħa l-oħra, tfisser dieqa mentali kkawżata mill-avveniment inkwistjoni u li ma teħtieġx prova medika tat-tfixkil tal-istat ta’ saħħa ta' persuna.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Inti tista’ tkun intitolat/a għal kumpens jekk qarib tiegħek imut bħala riżultat ta’ reat. “Qarib” tfisser il-ġenitur, it-tifel jew tifla jew il-konjuġi tal-mejjet, jew persuna oħra li hija qarib b’mod partikolari tal-mejjet.

Jekk inti ħadt ir-responsabbiltà biex tidfen persuna li mietet bħala riżultat ta’ reat, inti intitolat/a għal kumpens għal kostijiet raġonevoli li kellek għad-dfin.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Jekk persuna li hija partikolarment qrib tiegħek sfat vittma ta’ reat, inti tista’ tiġi kumpensat/a għall-kostijiet essenzjali u raġonevoli u t-telf ta’ qligħ li kellek biex tieħu ħsieb dik il-persuna. “Qarib” tfisser il-ġenitur, it-tifel jew tifla jew il-konjuġi tal-persuna li soffriet ħsara fuq il-persuna, jew persuna qrib simili oħra.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’inix ċittadin(a) ta’ pajjiż tal-UE?

Jekk kont vittma ta’ reat fil-Finlandja, inti ġeneralment għandek id-dritt għal kumpens irrispettivament min-nazzjonalità tiegħek jew fejn tgħix. Il-kumpens jista’ jiġi rifjutat, madankollu, jekk id-dar tiegħek mhijiex f’pajjiż tal-UE fiż-żmien meta jsir ir-reat jew fiż-żmien meta l-kumpens intalab u jekk il-ħsara għandha konnessjoni minuri mal-Finlandja.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Jekk għandek post ta’ residenza fil-Finlandja, inti tista’ tirċievi wkoll kumpens f’ċerti ċirkostanzi għal ħsara fuq il-persuna u tbatija kkawżata minn reat li jkun sar f’pajjiż ieħor.

Jista’ jitħallas kumpens jekk is-soġġorn tiegħek f’pajjiż ieħor kien għal xogħol, studju jew raġuni simili. Jista’ jitħallas kumpens ukoll fuq bażi diskrezjonali f’każijiet oħra li jinvolvu ħsara li sseħħ f’pajjiż ieħor. F’każijiet bħal dawn, il-fatturi li jistgħu jiġu kkunsidrati se jinkludu l-konnessjoni bejn ir-reat u l-Finlandja, il-qrubija tar-relazzjoni bejn l-awtur u l-vittma tar-reat, in-natura tal-ħsara, u l-għażliet tiegħek biex tikseb kumpens x’imkien ieħor.

Għandi bżonn nirrapporta r-reat lill-pulizija l-ewwel, sabiex ikun nista’ nitlob kumpens?

Inti trid tirrapporta r-reat lill-pulizija. Jekk ir-reat ma ġiex irrapportat jew il-pulizija ma ġewx mgħarrfa b’mod ieħor dwar ir-reat, il-kumpens jista’ jitħallas biss għal raġunijiet speċjali.

Għandi nistenna l-eżitu ta’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija jew proċeduri kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Inti tista’ tissottometti talba għal kumpens qabel ma titlesta l-investigazzjoni preliminari jew jintemmu l-proċeduri tal-qorti. Madankollu, it-talba tiegħek tista’ tiġi deċiża biss meta l-investigazzjoni preliminari tkun tlestiet. Jekk jinġiebu akkużi, il-kwistjoni ġeneralment tista’ tiġi deċiża biss meta l-każ kriminali u t-talbiet għal kumpens jiġu deċiżi mill-qorti.

Għandi l-ewwel infittex kumpens mill-awtur tar-reat – jekk dan ikun ġie identifikat?

Jekk il-każ kriminali nstema’ minn qorti, jenħtieġ li tfittex li jkollok sentenza mill-qorti favur id-dritt għal kumpens. Dan ifisser li jenħtieġ li inti tippreżenta talba għal kumpens kontra l-awtur tar-reat matul il-proċeduri tal-qorti. Il-kumpens għall-ħsara kriminali ġeneralment mhux se jitħallas jekk inti tonqos milli tissodisfa dan l-obbligu.

Jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Inti tista’ tapplika għal kumpens anki jekk l-awtur tar-reat ma jkunx ġie identifikat. Tista’ tehmeż kopja tar-rapport tal-pulizija mill-investigazzjoni preliminari, jew evidenza oħra affidabbli tal-avvenimenti, mat-talba tiegħek għal kumpens.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob għal kumpens?

Inti trid tapplika għal kumpens fi żmien tliet snin mid-data li fiha tinħareġ sentenza li għandha s-saħħa ta’ titolu eżekuttiv dwar il-każ tal-kumpens. Jekk il-każ ma nstemax fil-qorti, il-kumpens irid jintalab fi żmien 10 snin mid-data li fiha jiġi kommess ir-reat. Dawn id-dati ta’ skadenza huma flessibbli biss f’ċirkostanzi speċjali.

X’tip ta’ telf u spejjeż huwa kopert mill-kumpens?

Pereżempju, dan ikopri dan li ġej?

a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • il-kostijiet mediċi tal-korriment (trattament mediku – trattament ambulanti u fl-isptar, l-irkupru) -il-kostijiet mediċi huma koperti.
  • ħtiġijiet jew kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, fiżjoterapija edukattiva fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ) -kostijiet oħra essenzjali huma koperti.
  • korriment b’konsegwenzi permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ matul it-trattament mediku u wara (inkluż telf ta’ qligħ u telf tal-ħila għal qligħ jew tnaqqis tal-manteniment, eċċ) - it-telf ta’ qligħ huwa kopert għal mhux iktar minn EUR 150 kuljum.
    • telf ta’ opportunità - meta jiġi determinat il-kumpens, tista’ tingħata wkoll kunsiderazzjoni f’ċirkostanzi speċjali lill-iżvilupp potenzjali fil-qligħ tal-applikant (pereżempju fil-każ li persuna tkorri ta’ età żgħira).
    • l-ispejjeż relatati mal-proċeduri legali relatati mal-inċident li jikkawża l-ħsara (bħat-tariffi legali, il-kostijiet tal-qorti) - jista’ jingħata kumpens raġonevoli għall-kostijiet legali jekk il-kawża għall-kumpens tkun instemgħet minn qorti u inti tkun ġarrabt ħsara oħra li teħtieġ tiġi kumpensata.
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li jiġrilha l-ħsara - effetti personali normali (eż. nuċċalijiet, arloġġ tal-id u telefon personali) li jiġrilhom il-ħsara flimkien ma’ ħsara fuq il-persuna huma koperti.
      • f’każijiet oħra, il-kumpens għall-ħsara lill-oġġetti u lil proprjetà oħra jitħallas biss f’ċirkostanzi speċjali.

– Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma - koperti.
    • problemi psikoloġiċi temporanji
    • tbatija mentali, jekk il-ħsara kienet ikkawżata
      • fil-każ ta' reat sesswali
      • fil-każ ta' reati oħra kontra l-libertà
      • fil-każ ta' reat li kiser l-integrità personali tal-vittma b’mod partikolarment sever

b) Għal persuni jew qraba tal-vittma li huma intitolati:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • il-kostijiet tal-funeral - il-kostijiet tal-funeral bħal dawk għax-xiri tat-tebut, il-qabar u l-lapida u għall-organizzazzjoni ta’ avveniment kommemorattiv huma koperti. Bħala qarib partikolarment viċin, inti tista’ tingħata wkoll kumpens għall-kostijiet għall-parteċipazzjoni fil-funeral (il-kost tal-ivvjaġġar għall-funeral, l-arranġamenti tal-fjuri u l-ħwejjeġ tal-vistu).
  • il-kostijiet mediċi (eż terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u fl-isptar, riabilitazzjoni) - jekk il-mewt ta’ qarib jikkawżalek ħsara fuq il-persuna, inti tista’ titħallas kumpens għall-kostijiet mediċi li jkollok bħala riżultat ta’ dik il-ħsara, kif ukoll għal kostijiet oħra essenzjali u t-telf ta’ qligħ. Hemm limitu stabbilit għall-kumpens, li huwa ammont massimu ta’ EUR 6 000 (fl-2018).
  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità - jekk inti kont dipendenti fuq il-mejjet, inti tista’ titħallas kumpens għat-telf tal-manteniment.

– Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tmut - ma jitħallas l-ebda kumpens għall-qraba ta’ vittma ta’ reat għal problemi temporanji jew diqa’ mentali.

Il-kumpens jitħallas f’somma f’daqqa jew f’pagamenti ta’ kull xahar?

Il-kumpens ġeneralment jitħallas bħala somma f’daqqa, bl-eċċezzjoni ta’ kumpens kontinwu għal telf ta’ qligħ jew it-telf tal-manteniment. Dawn it-tipi ta’ kumpens jitħallsu l-aktar fil-forma ta’ pagamenti ripetuti, ta’ kull xahar.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċeduri għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

L-ammont tal-kumpens li jingħata jista’ jiġi mnaqqas jekk inti tkun ikkontribwixxejt għall-kawża tal-ħsara minħabba l-azzjonijiet tiegħek stess. Pereżempju, jista’ jkun hemm tnaqqis jekk inti bdejt ġlieda li rriżultat fil-korriment tiegħek. Min-naħa l-oħra, kull rekord kriminali li jista’ jkollok mhux se jaffettwa ċ-ċans tiegħek li tingħata kumpens jew l-ammont li tirċievi.

Sabiex tirċievi kumpens, inti trid tibgħat id-dokumenti mitluba mit-Teżor tal-Istat (Valtiokonttori) sabiex il-każ tal-ħsara kriminali tiegħek jista’ jiġi pproċessat. It-talba tiegħek għal kumpens tista’ tiġi miċħuda jekk inti ma tippreżentax l-evidenza meħtieġa.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Bħala regola ġenerali, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax jekk inti tingħatax kumpens jew l-ammont ta’ kumpens li jitħallas.

Meta d-deċiżjoni tal-kumpens tittieħed, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tingħata kunsiderazzjoni biss jekk inti applikajt għal kumpens għal ħsara konsiderevoli fuq oġġetti jew lill-finanzi tiegħek għar-raġunijiet li inti ma stajtx tevita l-ħsara li seħħet.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Jekk il-każ tal-kumpens jinstema’ l-qorti, il-kumpens ġeneralment jitħallas skont is-sentenza tal-qorti. Jekk it-Teżor tal-Istat jiddevja mis-sentenza li tingħata mill-qorti fil-każ tal-kumpens, inti trid tipprovdi ġustifikazzjoni tar-raġunijiet għat-tali devjazzjoni għalik fid-deċiżjoni tiegħu.

L-awtur tar-reat se jkun obbligat iħallsek il-kumpens ordnat mill-qorti. Id-dritt li tikseb kumpens mill-awtur tar-reat , madankollu, jiġi trasferit lill-Istat sal-limitu li t-Teżor tal-Istat ikun tak kumpens.

Kif se jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-kostijiet mediċi u kostijiet oħra jiġu kkumpensati jekk dawn huma essenzjali u għandhom relazzjoni kawżali mal-ħsara jew il-korriment ikkawżat.

Meta jiġi ddeterminat l-ammont tal-kumpens li jrid jitħallas għal uġigħ u problemi temporanji oħra, tingħata kunsiderazzjoni lin-natura u s-severità tal-ħsara jew tal-korriment ikkawżat lilek kif ukoll lill-prattiki ta’ kumpens li jipprevalu. L-ammont tal-kumpens li jrid jitħallas ma jistax jaqbeż il-limitu massimu definit mil-liġi.

“Tbatija” tfisser in-niket personali kkawżat lilek bħala riżultat ta’ reat. Il-kumpens li jrid jitħallas se jiġi ddeterminat fuq il-bażi tan-natura tal-att inkwistjoni. L-ammont tal-kumpens se jkun soġġett ukoll għal-limiti ta’ kumpens definiti mil-liġi.

Stima tal-qligħ li kieku kont tirċievi kieku ma twettaqx ir-reat tittieħed bħala l-punt tal-bidu għad-determinazzjoni ta’ kwalunkwe telf ta’ qligħ. Kull dħul u benefiċċju li inti tista’ tirċievi jew stajt tirċievi irrispettivament mill-ħsara jew korriment jitnaqqsu minn dak l-ammont. L-ammont tal-kumpens li jrid jitħallas ma jistax jaqbeż l-ammont massimu ta’ kuljum definit mil-liġi.

Isir tnaqqis bażiku mill-ammont totali tal-kumpens li jrid jingħata għall-problemi u t-tbatija. L-ammont tat-tnaqqis bażiku huwa ta’ EUR 220 għal reat imwettaq fl-2018.

L-ebda imgħax ma jitħallas fuq il-kumpens mogħti.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Ma hemm l-ebda ammont minimu li jista’ jingħata.

L-ammont totali tal-kumpens li inti tista’ titħallas għal korriment u tbatija personali kkawżati minn reat huwa mhux iktar minn EUR 61 500. Barra dan:

  • il-kumpens li jitħallas għal uġigħ u problemi oħra temporanji ma jistax ikun iktar minn EUR 12 000.
  • il-kumpens massimu li jitħallas għat-tbatija huwa ta’ EUR 3 600; madankollu, il-kumpens massimu li jitħallas għat-tbatija ta’ vittmi ta’ reat sesswali huwa ta’ EUR 9 500, jew EUR 16 200 jekk il-vittma jkollha inqas minn tmintax-il sena meta jitwettaq ir-reat;
  • il-kumpens li jrid jitħallas lil qarib ta’ mejjet ġeneralment mhuwiex iktar minn EUR 6 000;
  • il-kumpens li jitħallas għat-telf ta’ qligħ ma jistax ikun iktar minn EUR 150 kuljum.

Il-kumpens massimu għal kull korriment jew ħsara ma japplikax għall-kumpens għal telf ta’ qligħ jew tal-manteniment meta dak il-kumpens jitħallas fuq bażi kontinwa.

L-ammont massimu ta’ kumpens għal ħsara lill-proprjetà u dannu finanzjarju huwa ta’ EUR 31 000.

L-ammonti massimi ta’ kumpens li jitħallsu lill-vittmi ta’ reati u l-ammont tat-tnaqqis bażiku jiġu kkontrollati f’intervalli ta’ tliet snin. L-ammonti jmisshom jerġgħu jiġu kkontrollati fil-bidu tal-2021.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

L-ammont tal-kumpens mogħti ma jistax ikun iktar mill-ammont li titlob. Inti tista’ titlob kumpens raġonevoli fejn dan huwa meħtieġ. Inti tista’ wkoll tirreferi għall-ammonti kkonfermati fis-sentenza tal-qorti li tifforma l-bażi għat-talba għal kumpens tiegħek.

Fejn meħtieġ, inti tista’ tikseb parir dwar il-każ ta’ ħsara kriminali tiegħek mit-tim tas-servizz għall-klijenti tagħna u mill-persuna li qed tipproċessa t-talba għal kumpens tiegħek.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Il-kumpens li jitħallas mill-fondi pubbliċi huwa sekondarju. Dan ifisser li għall-ewwel inti trid tapplika għal kumpens x’imkien ieħor, pereżempju mill-polza tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kumpanija tal-assigurazzjoni tiegħek. Dan il-kumpens se jitnaqqas mill-kumpens li se jingħata lilek.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Inti tista’ tissottometti applikazzjoni bil-miktub għal pagament tal-kumpens bil-quddiem fejn dan huwa meħtieġ. Pagament tal-kumpens bil-quddiem jista’ jsir jekk l-ipproċessar tal-każ tal-kumpens tiegħek jiġi mdewwem għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħek u inti tkun intitolat/a għal ammont sinifikanti ta’ kumpens.

Nista’ nikseb kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

It-Teżor tal-Istat se jerġa’ jeżamina l-każ jekk toħroġ xi evidenza ġdida. Inti tista’ tingħata kumpens li kien miċħud preċedentement, jew ammont ikbar ta’ kumpens, fuq il-bażi tal-evidenza l-ġdida.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Pereżempju:

  • Prokura valida, jekk ir-rappreżentant legali mhuwiex konsulent legali jew avukat. Prokura personali hija wkoll meħtieġa jekk inti trid li l-kumpens li huwa dovut lilek, bħala l-applikant, jitħallas lil ħaddieħor differenti minnek;
  • Evidenza tal-ispejjeż tad-dfin mitluba, u att ta’ inventarju ta’ proprjetà u prokuri fejn dan huwa meħtieġ;
  • Kopja tas-sentenza tal-qorti, jew kopja tar-rekord tal-pulizija tal-investigazzjoni preliminari jekk ma hemmx sentenza;
  • Dikjarazzjoni jew rapport mediku ta’ tabib;
  • Evidenza tal-kostijiet kollha mitluba, jekk il-każ għadu ma nstemax minn qorti;
  • Jekk qed issir talba għal telf ta’ qligħ, dikjarazzjoni ta’ tabib li tattesta l-inkapaċità tiegħek għax-xogħol, kopja tad-deċiżjoni tal-allowance għall-mard, u evidenza tas-salarju mħallas mill-impjegatur u l-ammont ta’ qligħ mitluf;
  • Kull deċiżjoni u evidenza ta’ kumpens riċevut minn polza tal-assigurazzjoni tas-saħħa, kumpanija tal-assigurazzjoni jew xi ħaġa oħra;
  • Jekk qed issir talba għal spejjeż legali, il-kalkolu tal-paga tal-avukat u kwalunkwe deċiżjoni ta’ kumpens mill-kumpanija tal-assigurazzjoni;
  • Jekk qed issir talba għall-kostijiet tal-applikazzjoni, il-fattura tal-avukat u evidenza tal-għajnuna legali mogħtija jew il-konsulent legali assenjat;
  • Jekk qed issir talba għal dannu finanzjarju u ħsara lill-proprjetà li jridu jiġu kumpensati fuq bażi diskrezjonarja, evidenza tal-marda, korriment jew inkapaċitazzjoni oħra u ċ-ċirkostanzi finanzjarji soffruti bħala riżultat tal-ħsara.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu meta t-talba tasal u tiġi pproċessata?

Inti mhux se tiġi mitlub tħallas kwalunkwe tariffa għall-ipproċessar tal-każ ta’ kumpens tiegħek.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

It-talba għal kumpens tiegħek se tiġi pproċessata mit-Teżor tal-Istat.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Inti tista’ jew tibgħat it-talba tiegħek b’mod elettroniku lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarikosvahingot@valtiokonttori.fi jew tistampa l-formola u tibgħata bil-posta lil:

State Treasury

P.O. Box 50

00054 State Treasury, Finland

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta t-talba tiegħi tkun qed tiġi deċiża?

Il-każ se jiġi pproċessat mit-Teżor tal-Istat bil-miktub. Inti mhux ser tintalab tidher personalment matul kwalunkwe stadju tal-proċess.

Kemm indum nistenna (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

Iż-żmien għall-ipproċessar medju huwa ta’ madwar seba’ xhur. Inti tista' ssib stima aġġornata taż-żminijiet għall-ipproċessar fuq il-website tat-Teżor tal-Istat.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Inti tista’ tappella bil-miktub lill-Qorti tal-Assigurazzjoni (Vakuutusoikeus) kontra deċiżjoni dwar kumpens li tkun irċevejt fi żmien 30 jum mid-data li fiha sirt taf dwar id-deċiżjoni. Il-linji gwida dwar kif tista’ tappella huma mehmużin mad-deċiżjoni dwar il-kumpens tat-Teżor tal-Istat.

Fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Inti tista’ ssib il-formola biex titlob kumpens u iktar informazzjoni dwar kif tagħmel it-talba fuq is-sit web tat-Teżor tal-Istat fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.valtiokonttori.fi/en/frontpage/. Inti tista’ wkoll tikkuntattja lit-tim tas-servizz għall-klijenti tagħna fuq +358 295 50 2736 or e-mail Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarikosvahingot@valtiokonttori.fi.

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Inti tista’ ssib iktar informazzjoni dwar il-kumpens għal ħsara kriminali fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.valtiokonttori.fi/en/frontpage/. Jekk ikollok bżonn tista’ wkoll iċċempel lit-Teżor tal-Istat. Inti tista’ tingħata għajnuna billi ċċempel +358 295 50 2736.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

Jekk tixtieq inti tista’ tuża avukat biex titlob għall-kumpens. Madankollu, tista’ titħallas kumpens biss għall-kostijiet li jirriżultaw mit-talba għall-kumpens jekk:

  • inti ngħatajt għajnuna legali jew ġejt assenjat konsulent legali għas-smigħ tal-każ minn qorti; jew
  • il-każ ma jkunx instema minn qorti iżda inti tissodisfa r-rekwiżiti finanzjarji biex tikseb għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Inti tista’ tingħata parir u appoġġ minn Appoġġ għall-Vittmi Finlandja (Rikosuhripäivystys) (RIKU), pereżempju. Inti tista’ ssib id-dettalji tal-kuntatt ta’ din l-organizzazzjoni fuq is-sit web tagħna fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.riku.fi/en/home/

L-aħħar aġġornament: 09/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Svezja

Ġeneralment hemm tliet modi differenti kif wieħed jikseb kumpens għal korrimenti kkawżati minn reat. Dawn huma:

  • danni li t-trażgressur ikun meħtieġ iħallas;
  • kumpens skont poloz tal-assigurazzjoni privati, kollettivi jew pubbliċi;
  • Kumpens mill-Istat għal dannu kriminali.

Hemm differenzi bejn ir-regoli li japplikaw għat-tipi differenti ta’ kumpens. L-informazzjoni li ġejja tapplika biss għal kumpens mill-Istat għal dannu kriminali.

Liema tip ta’ reat nista’ nikseb kumpens għalih?

Fil-prinċipju, jista’ jingħata kumpens għal dannu kriminali għal kull tip ta’ reat, iżda l-opzjonijiet ta’ kumpens ivarjaw skont it-tip ta’ dannu jew korriment.

Il-kumpens għal dannu personali jista’ jingħata għal kull tip ta’ reat, jekk il-korriment ikun konsegwenza naturali tar-reat.

Il-kumpens jista’ jingħata wkoll għal korriment li jfisser li xi ħadd iweġġa’ serjament lil persuna oħra permezz ta’ reat li jinvolvi attakk kontra l-vittma (eż. attakk jew stupru), kontra l-libertà (eż. ċaħda illegali tal-libertà) jew kontra l-paċi (eż. theddid illegali) tal-vittma, jew permezz ta’ inġurja gravi.

Il-kumpens għal dannu materjali (eż. permezz ta’ serq jew ħsara lil proprjetà) jew dannu purament finanzjarju (eż. permezz ta’ frodi) jingħata biss f’ċerti każijiet.

Liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens għalih?

Il-kumpens jista’ jingħata għal korriment u dannu personali, u lil tfal li jkunu xhieda ta’ reati li jkunu saru bejn il-qraba stretti. F’xi każijiet eċċezzjonali, il-kumpens jista’ jingħata għal dannu materjali jew dannu purament finanzjarju.

Fil-każ ta’ korriment personali, il-kumpens jista’ jingħata għal:

  • spejjeż mediċi u spejjeż oħra għall-persuna li tkun sofriet id-dannu, sa limitu raġonevoli, lil qarib strett tal-persuna li tkun sofriet id-dannu;
  • ħsara lil ħwejjeġ, nuċċalijiet u oġġetti simili li jkunu milbusa mill-persuna li tkun sofriet id-dannu meta seħħ id-dannu;
  • telf ta’ qligħ;
  • tbatija fiżika u mentali temporanji (uġigħ u tbatija);
  • tbatija fiżika u mentali permanenti (deformità jew korriment permanenti ieħor).

Jekk korriment personali jkun irriżulta f’mewt, il-kumpens jista’ jingħata għal:

  • spejjeż tad-difna u wkoll, sa limitu raġonevoli, spejjeż oħra li jirriżultaw mill-mewt;
  • telf tal-manteniment (skont ċerti kundizzjonijiet);
  • dannu personali li jaffettwa qarib strett tal-persuna deċeduta bħala riżultat tal-mewt.

Benefiċċji oħra li hija intitolata għalihom il-persuna li tkun sofriet id-dannu (eż. benefiċċji soċjali, pensjoni, jew kumpens mill-impjegatur tagħha) jitnaqqsu meta jiġi stabbilit il-kumpens għal telf ta’ qligħ u manteniment.

Fil-każ ta’ reat kontra l-persuna, il-libertà jew il-paċi tal-vittma, u f’każ ta’ inġurja gravi, jista’ jingħata kumpens meta jkun hemm ksur serju tal-integrità personali.

Kumpens għal dannu materjali, eż. proprjetà misruqa jew li saritilha l-ħsara, jingħata biss f’każijiet eċċezzjonali. Kumpens bħal dan jista’ jingħata jekk ir-reat ikun twettaq minn xi ħadd li kien f’kustodja soċjetali furzata, eż. bħala priġunier f’ħabs, f’ċentru ta’ detenzjoni jew f’istituzzjoni (magħrufa bħala każijiet ta’ latitanti). Il-kumpens jista’ jingħata wkoll b’mod partikolari f’każijiet diffiċli meta l-opportunitajiet għall-parti leża biex taqla’ l-għajxien ikunu ġew aggravati serjament mill-korriment jew meta l-kumpens ikun jidher li huwa partikolarment importanti għal raġunijiet oħra.

F’każijiet rari ħafna, il-kumpens jista’ jingħata għal dannu purament finanzjarju, eż. fir-rigward ta’ frodi jew approprjazzjoni indebita. Il-kumpens jista’ jkun rilevanti għal każijiet ta’ latitanti biss jekk ikun hemm raġunijiet speċjali, jew f’każijiet partikolarment diffiċli meta l-opportunitajiet għall-parti leża biex taqla’ l-għajxien ikunu ġew aggravati serjament mill-korriment jew meta l-kumpens ikun jidher li huwa partikolarment importanti għal raġunijiet oħra.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet b’riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens?

Iva, il-kumpens jista’ jingħata kif spjegat hawn fuq. Fil-każ ta’ dannu lil qarib strett tal-persuna deċeduta, normalment jitħallas kumpens standardizzat għall-uġigħ u għat-tbatija.

Il-persuni li jistgħu jiksbu kumpens għal dannu normalment ikunu s-sieħeb/sieħba, il-ġenituri jew it-tfal tal-persuna deċeduta, kif ukoll aħwa li kienu jgħixu mal-persuna deċeduta. Aħwa adulti li ma kinux jgħixu mal-persuna deċeduta normalment ma jkunux intitolati għal kumpens.

Nista’ nikseb kumpens jekk jien membru tal-familja jew dipendenti ta’ vittma li tkun għadha ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jiksbu kumpens f’dan il-każ?

Meta korriment ma jkunx irriżulta f’mewt, il-kumpens jista’ jingħata f’ċerti każijiet speċjali għal dannu indirett lil persuna f’relazzjoni partikolarment mill-qrib mal-parti leża. Każijiet fejn kumpens bħal dan jista’ jkun rilevanti huma meta l-parti leża tkun ġarrbet ġrieħi serji u kienet f’kundizzjoni ta’ periklu għall-ħajja għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, jew meta l-qarib inkwistjoni jkun ra l-inċident li kkawża l-korriment u dan jikkawża dannu mentali lill-qarib.

Il-persuni li jistgħu jkunu intitolati għal kumpens huma l-istess bħal meta l-parti leża tmut b’riżultat ta’ reat.

Nista’ nikseb kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Jekk ir-reat sar fl-Iżvezja, jista’ jingħata kumpens irrispettivament miċ-ċittadinanza jew mill-pajjiż ta’ residenza tal-parti leża. Jekk, madankollu, ir-reat u l-parti leża ma jkollhomx konnessjoni daqshekk kbira mal-Iżvezja tant li ma jkunx raġonevoli għall-Istat Żvediż li jagħti kumpens għad-dannu, ma jitħallas l-ebda kumpens. Din l-eċċezzjoni tiġi applikata b’mod ristrett. L-eċċezzjoni mhijiex applikabbli wkoll għal ċittadin ta’ pajjiż ieħor tal-UE li jiġi espost għal reat volontarju u vjolenti fl-Iżvezja.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk ngħix hawnhekk jew niġi minn hawnhekk (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anke jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Iva. Jekk tgħix fl-Iżvezja tista’ tapplika għal kumpens fl-Iżvezja, anki jekk ir-reat ikun seħħ f’pajjiż ieħor, jew ġewwa jew barra l-UE.

Il-prinċipju huwa li d-dannu kriminali l-ewwel għandu jiġi kkumpensat fil-pajjiż fejn ikun sar ir-reat. Jekk id-dannu ma jkunx jista’ jiġi kkumpensat bl-ebda mod jew kompletament f’dak il-pajjiż, il-parti leża u li tgħix fl-Iżvezja tista’ minflok ikollha d-dritt għal kumpens għal dannu kriminali mill-Istat Żvediż.

Jekk ir-reat iseħħ f’pajjiż ieħor tal-UE u jista’ jingħata kumpens għar-reat inkwistjoni f’dak il-pajjiż, l-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati (Brottsoffermyndigheten) tista’ tgħin lil persuna li tapplika għal kumpens fl-Iżvezja biex tindirizza lill-pajjiż fejn ikun seħħ ir-reat. Taħt ċerti kundizzjonijiet, il-kumpens Żvediż jista’ jitħallas qabel id-dritt għal kumpens ikun ġie vvalutat fil-pajjiż l-ieħor tal-UE.

Jekk il-kumpens għal ħsara ma jistax jitħallas fil-pajjiż l-ieħor tal-UE, id-dritt għal kumpens minflok ser jiġi vvalutat skont ir-regoli Żvediżi.

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva. Ir-reat irid jiġi rrappurtat lill-pulizija, u l-parti leża tkun meħtieġa wkoll li tgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Iva. Huwa rari ħafna li l-kumpens jingħata qabel ikunu ntemmu investigazzjoni tal-pulizija jew stħarriġ ġudizzjarju.

Għandi għalfejn l-ewwel nitlob kumpens mingħand it-trażgressur — jekk ikun ġie identifikat?

Fil-prinċipju, jekk it-trażgressur ikun magħruf, it-trażgressur jeħtieġ li jkun ġie kkundannat sabiex ikun jista’ jitħallas il-kumpens mill-Istat. Hija wkoll il-persuna li tkun ikkawżat id-dannu li għandha tikkumpensa għalih l-ewwel nett, u fil-prinċipju dan ifisser li l-ewwel trid titressaq talba kontra t-trażgressur. Jekk, min-naħa l-oħra, l-investigazzjoni turi biċ-ċar li t-trażgressur ma jistax iħallas id-danni, il-kumpens jista’ jitħallas mingħajr ma l-parti li tkun sofriet id-danni tkun l-ewwel talbitu mingħand it-trażgressur.

Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat jew ma jkunx ġie kkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex nappoġġa t-talba tiegħi?

Iva. Jekk it-trażgressur ma jkunx ġie identifikat u għalhekk l-investigazzjoni tal-pulizija tkun ingħalqet, int tista’ tkun intitolat għal kumpens. F’każijiet bħal dan, il-valutazzjoni tar-reat u d-dritt għal kumpens ikunu bbażati fil-biċċa l-kbira tagħhom fuq il-kontenut tar-rapport tal-pulizija. Barra dan, il-parti leża tkun meħtieġa wkoll tipproduċi evidenza li turi l-ħsara jew id-dannu li seħħ b’riżultat tar-reat.

Hemm limitu ta’ żmien li fih għandi nitlob kumpens?

Iva. Hemm skadenza ta’ 3 snin biex tressaq it-talba, li tiġi kkalkulata kif ġej:

Jekk hemm sentenza b’rabta mar-reat, it-talba għandha titressaq fi żmien 3 snin mid-data ta’ meta s-sentenza ħadet effett legali (ma setgħetx tiġi appellata aktar).

Jekk l-investigazzjoni tal-pulizija tkun ingħalqet, it-talba trid titressaq fi żmien 3 snin mid-data meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni li tingħalaq l-investigazzjoni.

Jekk ma tkun ġiet imnedija l-ebda investigazzjoni tal-pulizija, it-talba trid titressaq fi żmien 3 snin mid-data tar-reat.

Tfal li jkunu ġew esposti għal reat qabel l-eta ta’ 18-il sena għandhom id-dritt li jitolbu kumpens sakemm jagħlqu 21 sena.

Fejn ikun hemm raġunijiet eċċezzjonali biex dan isir, talba tista’ tiġi kkunsidrata, anke jekk tkun waslet tard. Eżempju ta’ raġuni eċċezzjonali jista’ jkun li, minħabba mard serju, ir-rikorrent ma setax jitlob kumpens għad-danni kriminali fil-ħin.

Liema telf u spejjeż jiġu koperti bil-kumpens?

Pereżempju, il-kumpens ikopri:

a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (il-kura medika — il-kura bħala pazjent ta’ barra u fl-isptar, l-irkupru)

Iva, sakemm ma jingħatax kumpens minn sorsi oħra.

  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn dannu (jiġifieri kura u assistenza, kura temporanja u permanenti, fiżjoterapija fit-tul, adattament ta’ akkomodazzjoni, għajnuna speċjali, eċċ.)

Iva, sakemm ma jingħatax kumpens minn sorsi oħra.

  • korriment permanenti (eż. invalidità u diżabbiltajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ qligħ matul il-kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-kapaċità li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)

    Iva, sakemm ma jingħatax kumpens minn sorsi oħra.

    • telf ta’ opportunità

    Le, xejn ħlief kumpens għal telf ta’ qligħ jew telf futur ta’ qligħ (annwalità).

    • spejjeż relatati mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara (bħal ħlasijiet legali, spejjeż tal-qorti)

    Le.

    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara

Jista’ jingħata kumpens għal ħwejjeġ, nuċċalijiet u oġġetti simili li tkun saritilhom il-ħsara jew li jkunu nqerdu waqt li kienu milbusa mill-persuna li tkun sofriet id-dannu meta seħħ id-dannu.

F’każijiet oħra, l-opzjonijiet ta’ kumpens għal ħsara lil proprjetà huma limitati ħafna. Jekk jogħġbok ara t-taqsima 1.2 hawn fuq.

  • oħrajn

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma.

Iva. Minbarra kumpens għal uġigħ u tbatija, jista’ jingħata kumpens ukoll għal ksur meta reat immirat kontra l-persuna, il-libertà jew il-paċi tal-vittma seta’ involva ksur serju tal-integrità personali tal-parti leża.

b) Għal persuni intitolati jew għall-qraba ta’ vittma:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral

Iva, sakemm ma jingħatax kumpens minn sorsi oħra.

  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, kura barra mill-isptar u fl-isptar, riabilitazzjoni)

Iva. Jekk ir-reat ikun irriżulta f’mewt u involva dannu personali lil xi ħadd partikolarment viċin il-persuna deċeduta, jista’ jingħata kumpens jekk ma jkunx inkiseb minn sorsi oħra. Jekk jogħġbok ara wkoll it-taqsimiet 1.3 u 1.4.

  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità

It-telf tal-manteniment jista’ jiġi kkumpensat taħt ċerti kundizzjonijiet.

- Ħsara psikoloġika:

  • l-uġigħ u t-tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet.
Iva. Jekk jogħġbok ara t-taqsima 1.3 hawn fuq.

Il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed jew f’pagamenti mensili?

Normalment il-kumpens jitħallas f’pagament wieħed. Ħafna drabi, il-kumpens għal kwalunkwe korriment permanenti jkun irid jiġi aġġustat aktar tard meta jkun evidenti li l-korriment huwa permanenti. Telf fit-tul ta’ qligħ normalment jiġi aġġustat darba fis-sena bl-arretrati. Jekk, id-dannu jkun ikkawża diżabilità lill-parti li sofriet id-dannu, li tkun naqqsitilha l-kapaċità tagħha għax-xogħol b’mod permanenti, din tista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, tkun intitolata għal kumpens għal telf futur ta’ qligħ fil-forma ta’ annwalità, f’liema każ il-pagamenti jkunu mensili.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nieħu kumpens, u/jew l-ammont li nirċievi?

Il-kumpens jista’ jitnaqqas jew jiġi rrifjutat kompletament jekk l-imġiba tal-parti li sofriet id-dannu tkun żiedet ir-riskju ta’ korriment, sew jekk b’rabta mar-reat kif ukoll jekk b’mod intenzjonali jew negliġenti. Normalment il-kumpens jiġi aġġustat b’dan il-mod jekk ir-reat ikun ġie kkawżat mill-attività kriminali stess tal-parti leża jew jekk ikun marbut mad-droga, jew jekk il-parti leża tkun ipprovokat ir-reat.

Il-parti leża trid tkun ikkooperat mal-investigazzjoni tal-pulizija sa limitu raġonevoli. Il-parti leża għandha wkoll tikkontribwixxi għall-proċedura ta’ kumpens tal-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati billi tipprovdi informazzjoni u tippreżenta d-dokumenti meħtieġa għall-valutazzjoni. Ma jingħata l-ebda kumpens jekk ir-rikorrent ma jkunx ikkoopera mal-investigazzjoni tal-pulizija. L-istess japplika jekk ir-rikorrent ma jkunx ikkontribwixxa għall-kawża ta’ kumpens.

B’liema mod tista’ s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi taffettwa l-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Fir-rigward ta’ kumpens għal dannu jew vjolazzjoni personali, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-parti leża ma taffettwax id-dritt għal kumpens jew l-ammont ta’ kumpens mogħti. Fil-każ ta’ ħsara lil proprjetà jew dannu purament finanzjarju, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-parti leża tista’ taffettwa d-dritt għal kumpens u l-ammont ta’ kumpens mogħti għal ħsara kriminali f’xi każijiet.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà li nieħu kumpens u/jew l-ammont tal-kumpens?

Il-kumpens mill-Istat għal ħsara kriminali huwa sussidjarju għal kwalunkwe kumpens ieħor li l-parti leża tista’ tkun intitolata għalih bħala riżultat tal-ħsara jew tal-korriment ikkawżat. Dan ifisser li kwalunkwe kumpens ieħor irid jitnaqqas mill-kumpens għal dannu kriminali. Pereżempju, dan japplika għal ħsarat li jitħallsu jew jitqiesu bħala li jistgħu jitħallsu u kwalunkwe kumpens tal-assigurazzjoni li tkun intitolata għalih il-parti leża.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Il-kumpens jiġi kkalkulat skont ir-regoli stipulati fl-Att dwar il-Kumpens għad-Danni Kriminali (brottsskadelag) jew l-Att dwar ir-Responsabbiltà tad-Delitt (skadeståndslag). L-intitolament għal kumpens għal ħsara kriminali huwa aktar ristrett minn intitolament għad-danni għal delitt f’ċerti aspetti. Il-prinċipju huwa li l-kumpens għandu jikkostitwixxi forma ta’ reparazzjoni u, kemm jista’ jkun, iqiegħed lill-parti leża fl-istess sitwazzjoni finanzjarja bħallikieku l-ħsara jew korriment ma kinux seħħew.

Jiġu koperti l-ispejjeż essenzjali u raġonevoli kollha, kif ukoll kwalunkwe telf ta’ qligħ li jirriżulta mill-ħsara jew mill-korriment. Hemm limitu massimu għall-kumpens; jekk jogħġbok ara t-taqsima 1.18.

Il-kumpens għal uġigħ u tbatija jitħallas skont it-tabelli — l-ammont normali waqt liv minħabba mard huwa madwar SEK 2 700 fix-xahar (2022), iżda jista’ jingħata kumpens ogħla, pereżempju fil-każ ta’ kura f’taqsima tal-kura intensiva. Għal ċerti reati — meta l-korriment ikun irriżulta f’mewt (kumpens lill-qraba) u fil-każ ta’ stupru — hemm ukoll preżunzjoni ta’ dannu personali, li jfisser li dan m’hemmx għalfejn tintwera prova tiegħu. F’dawn il-każijiet, jiġu applikati ċerti mudelli għall-kumpens għal uġigħ u tbatija. Dawn huma: SEK 60 000 fil-każ ta’ mewt ikkawżata volontarjament; SEK 30 000 fil-każ ta’ mewt ikkawżata involontarjament; u SEK 15 000 fil-każ ta’ stupru.

Il-kumpens għal korrimenti li jikkawżaw diżabbiltà permanenti jiġi stabbilit permezz ta’ tabelli u jiġi bbażat fuq valutazzjoni tat-tabib tal-firxa tad-diżabbiltà u l-età tar-rikorrent.

Il-kumpens għal sfreġju permanenti jiġi stabbilit permezz ta’ tabelli u jiġi bbażat fuq kemm ikun viżibbli l-isfreġju inkwistjoni, fejn ikun jinsab, u l-età tal-parti leża.

Il-kumpens għal ksur jiġi stabbilit abbażi taċ-ċirkostanzi oġġettivi tar-reat u irrispettivament mill-esperjenza soġġettiva tal-parti leża. Fil-prattika, pereżempju, il-kumpens jista’ jkun: SEK 5 000–20 000 għal theddid illegali; SEK 5 000–100 000 għal attakk, SEK 100 000 għal stupru; u SEK 100 000–150 000 għal attentat ta’ qtil.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-aktar ammont baxx ta’ kumpens li jista’ jingħata huwa SEK 100 (wara t-tnaqqis bażiku).

L-ammont massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata għal dannu personali, inkluż uġigħ u tbatija, huwa SEK 966 000 (2022). Jista’ jingħata wkoll kumpens għal annwalità taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-ammont massimu ta’ kumpens li jista’ jingħata għal dannu materjali u dannu purament finanzjarju huwa SEK 482 000 (2022).

M’hemmx limitu massimu għal kumpens relatat ma’ ksur.

Jiena mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tat-talba? Jekk iva, nirċievi xi istruzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Iva. Fir-rigward ta’ telf finanzjarju bħal spejjeż mediċi jew telf ta’ qligħ, il-parti leża tkun meħtieġa tispeċifika l-ammont jew tibgħat evidenza li turi biċ-ċar il-grad tad-danni.

L-ebda ammont ma jeħtieġ li jiġi speċifikat għal kumpens morali (uġigħ u tbatija, ksur, dannu permanenti, u kumpens għal tfal li kienu xhieda ta’ reat).

Jekk nirċievi xi kumpens għat-telf minn sorsi oħra (bħal mingħand min iħaddimni jew skema ta’ assigurazzjoni privata) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/entità?

Iva. Il-kumpens mill-Istat għal ħsara kriminali jingħata biss sakemm il-ħsara ma tkunx ġiet koperta minn tipi oħra ta’ kumpens li l-parti leża tkun intitolata għalihom.

Nista’ nieħu ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Le, m’hemm l-ebda possibbiltà li tieħu kumpens imħallas bil-quddiem.

Nista’ nikseb kumpens kumplimentari jew addizzjonali (eż. wara bidla fiċ-ċirkostanzi jew jekk is-saħħa tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni prinċipali?

Iva, diment li t-talba ma tkunx marbuta biż-żmien, li normalment iseħħ 10 snin wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

Trid tiġi ppreżentata prokura oriġinali jekk ir-rikorrent ikun irrappreżentat minn rappreżentant legali. L-ispejjeż normalment ikunu jridu jiġu akkumpanjati mill-fatturi oriġinali. Huwa wkoll ta’ vantaġġ jekk ir-rikorrent inġenerali jippreżenta l-materjal elenkat hawn fuq li jkun rilevanti għall-ħsara jew għad-dannu inkwistjoni.

L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati tikseb id-dokumentazzjoni meħtieġa biex tivvaluta d-dritt għal kumpens u l-ammont ta’ kwalunkwe kumpens bħal dan sakemm ma jiġux mehmuża d-dokumenti meħtieġa. Dan isir bis-saħħa tal-mandat mogħti lill-awtorità mir-rikorrent meta dan jippreżenta t-talba. Jekk l-awtorità nnifisha ma tkunx tista’ tikseb l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa, ir-rikorrent jingħata minflok opportunità biex jipprovdihom.

Hemm tariffi amministrattivi jew tariffi oħrajn li għandhom jitħallsu meta t-talba tiġi riċevuta u pproċessata?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati.

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

L-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati, P.O. Box 470, 901 09 Umeå, L-Iżvezja.

Jekk jogħġbok innota li t-talba għandha tiġi ppreżentata billi tintuża formola speċjali. Il-formoli huma disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/.

Tista’ tiġi ppreżentata wkoll talba b’mod elettroniku jekk ir-rikorrent ikollu ID bankarja elettronika Żvediża. Tista’ tiġi ppreżentata talba b’dan il-mod mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/.

Għandi bżonn inkun preżenti matul il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) l-awtorità biex tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Iż-żmien ta’ pproċessar ivarja skont it-tagħbija tax-xogħol attwali tal-awtorità. Iż-żmien jista’ jvarja wkoll skont kemm ikun ikkumplikat il-każ. Iż-żmien ta’ pproċessar medju attwalment huwa madwar 3 xhur (2022).

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Id-deċiżjonijiet mill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati ma jistgħux jiġu kkontestati, iżda l-awtorità tista’ tibdel id-deċiżjoni tagħha fuq talba jew fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk jitfaċċaw ċirkustanzi ġodda jew jekk ikun hemm raġunijiet oħra biex isir dan. Deċiżjoni ma tistax tinbidel għad-detriment tar-rikorrent.

Rikorrent li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni jista’ jibgħat talba bil-miktub lill-awtorità biex il-każ jiġi eżaminat mill-ġdid. Il-bidla mixtieqa u r-raġunijiet għaliha għandhom jiġu speċifikati fit-talba. Kwalunkwe materjal supplimentari għandu jiġi ppreżentat flimkien mat-talba.

Ir-rikorrent huwa dejjem intitolat għal stħarriġ tad-deċiżjoni tiegħu mit-Tribunal ta’ Kumpens għall-Ħsara Kriminali (Nämnden för brottsskadeersättning).

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel it-talba?

Informazzjoni u formoli tal-applikazzjoni jinsabu fuq is-sit web tal-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.brottsoffermyndigheten.se/. Informazzjoni dwar kumpens u kif tippreżenta talba hija disponibbli b’diversi lingwi, u l-formoli tal-applikazzjoni huma disponibbli bl-Ingliż.

Titsa’ wkoll iċċempel il-linja għall-għajnuna tal-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati fuq +46 90 70 82 00, li hija miftuħa mid-disgħa ta’ filgħodu sat-tlieta ta’ wara nofsinhar matul il-ġimgħa. Il-linja għall-għajnuna tista’ toffri pariri bl-Iżvediż u bl-Ingliż.

Hemm xi linja telefonika speċjali għall-għajnuna jew sit web li nista’ nuża?

Ara hawn fuq.

Tista’ ssib informazzjoni adattata għat-tfal sa 18-il sena fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.jagvillveta.se/. Hemmhekk tista’ wkoll issib informazzjoni b’diversi lingwi.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

L-applikazzjoni għal talba hija faċli biex timtela, u tista’ tikkuntattja lill-Awtorità Żvediża għal Kumpens u Appoġġ lill-Vittmi ta’ Reati għall-għajnuna jekk ikollok xi problemi. Il-kumpens għall-ispejjeż ta’ rappreżentant legali jingħataw biss jekk ikun hemm raġunijiet partikolari biex isir dan.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Iċ-ċentru lokali ta’ appoġġ lill-vittmi jista’ joffrilek għajnuna biex timla l-applikazzjoni tiegħek għal talba. Tista’ ssib iċ-ċentru lokali tiegħek ta’ appoġġ lill-vittmi mis-sit web Appoġġ lill-Vittmi l-Iżvezja (Brottsofferjouren) fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.brottsofferjouren.se/ jew billi ċċempel +46 (0)200-21 20 19 għall-għajnuna.

L-aħħar aġġornament: 17/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - L-Ingilterra u Wales

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

Int tista’ tapplika għal kumpens jekk inti vittma bla ħtija ta’ reat vjolenti, jew jekk persuna qrib tiegħek mietet minħabba reat vjolenti. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Anness B tal-Iskema jelenka dak li hu u dak li mhuwiex reat ta’ vjolenza għall-finijiet tal-Iskema. Hu disponibbli wkoll kumpens għal dawk li jkorru waqt li jieħdu riskju eċċezzjonali u ġustifikat għall-finijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ konteniment ta’ reat, inkluża l-interpellanza ta’ suspettat trasgressur.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nikseb kumpens?

Int tista’ tapplika għal kumpens għal:

  • dannu mentali jew fiżiku;
  • abbuż sesswali jew fiżiku
  • pagament għal fatalità

Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi; trid tkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Jekk int qarib ta’ persuna li mietet minħabba l-korrimenti tagħha, int jaf tkun tista’ tapplika għal pagament. Biex tkun eliġibbli għal pagamenti bħal dawn, int trid tkun dak li l-Iskema ssejjaħ “qarib(a) li jikkwalifika”.

Qarib(a) li jikkwalifika hu persuna li fil-mument tal-mewt tad-deċedut(a) kienet:

  • konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili tad-deċedut(a), li kien qed jgħix mad-deċedut(a) fl-istess dar;
  • is-sieħeb/sieħba tad-deċedut (għajr konjuġi jew sieħeb ċivili), li kien qed jgħix magħhom fl-istess unità domestika u kien ilu jagħmel dan għal perjodu kontinwu ta’ tal-anqas sentejn eżatt qabel id-data tal-mewt;
  • persuna li tissodisfa l-punti ta’ hawn fuq iżda li ma kinitx tgħix mad-deċedut(a) minħabba l-mard jew id-diżabilità tal-persuna;
  • konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili, jew eks konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili, tad-deċedut(a) li kien finanzjarjament dipendenti fuq id-deċedut(a);
  • ġenituri tad-deċedut(a); jew
  • iben/bint id-deċedut(a).

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti superstitu/a ta’ vittma? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Int tista’ tkun eliġibbli biex tagħmel talba għal dannu mentali jekk int kont xhud u preżenti f’inċident li fih persuna qrib tiegħek korriet minħabba reat ta’ vjolenza. Int tista’ tkun eliġibbli jekk int kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara inċident li fih korriet persuna qrib tiegħek.

Jekk int qed titlob pagament għaliex int kont xhieda jew kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara l-korriment ta’ xi ħadd qrib tiegħek, int trid tkun ġarrabt korriment fiżiku bħala konsegwenza. Ser ikollok bżonn evidenza medika mingħand psikjatra jew psikologu kliniku li tikkonferma li dan hu l-każ.

Il-qraba li x’aktarx jikkwalifikaw huma elenkati hawn fuq.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Int tkun eliġibbli għal pagament minn din l-Iskema ta’ kumpens biss jekk int tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti ta’ residenza, ta’ nazzjonalità jew rekwiżiti oħra skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparagrafu 10. Dan ifisser li int trid tkun resident abitwali fir-Renju Unit fid-data tal-inċident jew inkella trid tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 11 jew 13 tal-Iskema.

Int tkun eliġibbli għal kumpens jekk int ċittadin ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea (UE), taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta' Reati Vjolenti. Japplikaw dispożizzjonijiet speċjali għal vittmi potenzjali ta’ traffikar tal-bniedem u għal nies li għamlu applikazzjonijiet għal ażil. Il-kriterji kollha kemm huma jinsabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparagrafu 10 tal-Iskema.

Nista nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk noqgħod hawn jew jiena minn hawn (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew ta’ nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Il-kumpens hu pagabbli taħt l-Iskema għal inċidenti li jseħħu fil-Gran Brittanja (l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales).

Jekk int resident tar-Renju Unit (UK) u ġarrabt korriment minħabba reat ta’ vjolenza f’pajjiż ieħor li hu parti mill-Unjoni Ewropea (UE), aħna nistgħu ngħinuk tapplika għal kumpens mingħand dak il-pajjiż. Ċempel lit-Tim ta’ Assistenza tal-UE tagħna fuq 0300 003 3061 jew ibgħat ittra elettronika fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeucat@cica.gsi.gov.uk

Jekk int korrejt barra mill-UE, jaf tkun tista’ tapplika taħt skema simili operata mill-pajjiż ikkonċernat. Ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth (“Foreign and Commonwealth Office”) għal aktar informazzjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel ikun nista’ nitlob kumpens?

Iva. Jekk ir-reat li għalih qed tfittex kumpens ma ġiex irrapportat lill-pulizija, aħna ma nistgħux noħorġu pagament. Hu rekwiżit tal-Iskema li l-inċidenti kollha li għalihom issir talba jiġu rrapportati lill-pulizija.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le. M’għandekx bżonn tistenna l-eżitu ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew ta’ proċess kriminali qabel ma tagħmel talba.

L-ewwel għandi nfittex kumpens mingħand it-trasgressur – jekk dan ikun ġie identifikat?

L-Iskema hi maħsuba biex tkun l-aħħar possibbiltà. Fejn teżisti opportunità biex int tikseb kumpens minn xi mkien ieħor, hekk għandek tagħmel. Aħna nistennew li int tieħu kull pass raġonevoli biex tikseb benefiċċji tas-sigurtà soċjali, pagamenti tal-assigurazzjoni, danni jew kumpens li għalihom tista’ tkun intitolat(a) bħala riżultat tal-korrimenti tiegħek.

Jekk it-trasgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Int tista’ tkun eliġibbli għal premju skont l-Iskema anki jekk it-trasgressur tiegħek mhuwiex magħruf, jew ma jiġix ikkundannat. Aħna nistennew li int tkun ikkooperajt bis-sħiħ ma’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija. Id-deċiżjonijiet skont l-Iskema jsiru wara li jiġu ponderati l-probabbiltajiet.

Hemm terminu preskrittiv li matulu rrid nitlob kumpens?

Int trid tapplika mill-aktar fis malli dan ikun raġonevolment prattikabbli għalik. Jekk int kont adult fil-mument tal-inċident, normalment m’għandhomx ikunu għaddew aktar minn sentejn mindu seħħ. Aħna nistgħu nestendu dan it-terminu preskrittiv biss meta:

  • minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, ma tkunx setgħet issir applikazzjoni qabel; u
  • l-evidenza pprovduta b’appoġġ tal-applikazzjoni tfisser li tista’ ssir determinazzjoni mingħajr inkjesti estensivi ulterjuri minn uffiċjal tat-talbiet.

X’tip ta’ telf u ta’ spejjeż hu kopert mill-kumpens?

(a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (trattament mediku — trattament ambulanti u fl-isptar, meta tkun rikoverat(a)) - Le, l-ispejjeż mediċi immedjati ma jkunux koperti mill-iskema.
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, fiżjoterapija edukattiva fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.) - Jistgħu jinħarġu pagamenti għal dawn l-ispejjeż skont iċ-ċirkustanzi. Int tista’ titlobna nikkunsidraw dawn l-ispejjeż speċjali biss jekk il-korrimenti tiegħek fissru li ma stajtx taħdem jew sfajt inkapaċitat(a) f’livell simili għal aktar minn 28 ġimgħa.
  • korrimenti permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra) - Iva
    • telf ta’ dħul matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf ta’ ħila li taħdem jew manteniment imnaqqas, eċċ.) - Biss meta int ma jkollok ebda kapaċità jew ikollok kapaċità limitata li taħdem bħala l-konsegwenza diretta ta’ inġurji kriminali għal perjodu ta’ aktar minn 28 ġimgħa;
    • telf ta’ opportunità - Iva, soġġett għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna
    • spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara, bħat-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti) - Le
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara - Le
    • oħrajn - Ara l-Iskema għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • uġigħ u tbatija tal-vittma - Iva, soġġetti għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna

(b) Għal persuni intitolati jew qraba ta’ vittma:

- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • spejjeż tal-funeral - Iva
  • spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u fl-isptar, riabilitazzjoni) - Le
  • telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità - Iva, meta l-vittma tkun mietet, u soġġett għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna

- Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija ta’ qraba jew ta’ nies intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma mietet - Int tista’ tkun eliġibbli biex tagħmel talba għal dannu mentali jekk int kont xhud u preżenti f’inċident li fih persuna qrib tiegħek korriet minħabba reat ta’ vjolenza. Int tista’ tkun eliġibbli jekk int kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara inċident li fih korriet persuna qrib tiegħek. Jekk int qed titlob pagament għaliex int kont xhieda jew kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara l-korriment ta’ xi ħadd qrib tiegħek, int trid tkun ġarrabt korriment fiżiku bħala konsegwenza. Ser ikollok bżonn evidenza medika mingħand psikjatra jew psikologu kliniku li tikkonferma li dan hu l-każ.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti akkont fix-xahar?

Kull fejn dan ikun possibbli, aħna noħorġu l-pagamenti għat-talbiet billi noffru pagament uniku b’somma f’daqqa.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

It-talba tiegħek tista’ tkun affettwata jekk:

  • int ma tikkooperax bis-sħiħ mal-Pulizija u mas-Sistema tal-Ġustizzja Kriminali
  • ikollok kundanna mhux skontata li attirat piena ta’ kustodja jew ta’ servizz fil-komunità.
  • l-imġiba tiegħek ikkontribwiet għall-inċident;
  • il-karattru tiegħek kif muri mill-kundanni kriminali jew minn evidenza oħra jkun tali li ma jkunx xieraq li tintlaqa’ t-talba; jew int ma tikkooperax bis-sħiħ mas-CICA.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

L-Iskema ma tagħmilx testijiet tal-mezzi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Aħna ma nistgħux inħallsu kumpens fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

  • int ġarrabt korriment qabel l-1 ta’ Awwissu 1964.
  • il-korriment seħħ barra l-Gran Britannja.
  • int diġà applikajt għas-CICA għall-istess korriment bħala riżultat tal-istess inċident.
  • għotja tista’ tkun benefiċċju għat-trasgressur.
  • il-korriment seħħ qabel l-1 ta’ Ottubru 1979 u int u t-trasgressur kontu qed tgħixu flimkien bħala membri tal-istess familja.

Il-kumpens jinżamm jew jitnaqqas ukoll meta int tkun irċivejt kumpens għall-istess korriment mingħand ċerti sorsi oħra li jinkludu danni miksuba wara sentenza ta’ qorti ċivili.

Kif jiġi kkalkulat il-kumpens?

Ir-regoli tal-Iskema u l-valur tal-pagamenti mogħtija huma stabbiliti mill-Parlament u huma kkalkolati b’referenza għal tariffa tal-korrimenti. L-ammont tal-għotja jvarja biex jirrifletti l-gravità tal-korriment.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-ammont minimu li nagħtu hu ta’ £1,000 u l-pagament massimu hu ta’ £500,000.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Aħna nikkalkulaw kwalunkwe ammont pagabbli.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi mingħand sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi), dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Aħna nnaqqsu l-ammont ta’ għotja jekk int tkun irċivejt jew tkun intitolat(a) għal pagament għall-istess korriment minħabba:

  • kwalunkwe għotja ta’ kumpens oħra għal inġurji kriminali jew pagament simili;
  • ordni għad-danni minn qorti ċivili;
  • tiġi paċuta talba għad-danni; jew
  • kwalunkwe ordni ta’ kumpens jew offerta ta’ kumpens magħmula matul proċedimenti kriminali.

Meta jingħata kumpens għal spejjeż speċjali, aħna nnaqqsu l-pagament tiegħek biex dan ikun jirrifletti l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-istess dannu u l-assigurazzjoni mħallsa, indipendentement minn min ikun ħallas il-primjum jekk int tkun qed tagħmel talba għal oġġetti bħal adattamenti għad-dar jew għall-kura personali tiegħek.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Meta aħna niddeċiedu li int eliġibbli għal pagament iżda ma nistgħux nieħdu deċiżjoni finali, aħna nistgħu nikkunsidraw li nagħmlu pagament interim. Jekk ma nkunux nistgħu nieħdu deċiżjoni finali, x'aktarx li dan ikun minħabba li nkunu qegħdin nistennew sakemm jiġi mifhum l-impatt fit-tul tal-korriment imġarrab minnek.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara pereżempju tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Aħna nistgħu nikkunsidraw il-ftuħ mill-ġdid ta’ talba wara li jsir pagament finali jekk:

  • persuna li, wara li tkun aċċettat għotja, tmut minħabba l-inġurji kriminali li kienu wasslu għall-għoti ta’ kumpens; jew
  • ikun seħħ tibdil tant materjali fil-kundizzjoni medika tal-applikant li jekk tinżamm id-determinazzjoni oriġinali din tkun inġustizzja għall-applikant.

Normalment ma nerġgħux niftuħ każ jekk dan ma jseħħx fi żmien sentejn mid-deċiżjoni finali. Jekk int titlobna niftħu każ aktar minn sentejn wara d-deċiżjoni tagħna, aħna nikkunsidraw li nagħmlu dan biss meta int tkun tista’ tagħtina biżżejjed evidenza biex nieħdu deċiżjoni dwar il-każ mingħajr il-bżonn ta’ inkjesti estensivi ulterjuri.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

L-informazzjoni li għandna bżonn mingħandek tiddependi mit-tip ta’ applikazzjoni li tippreżenta. Il-proċess ta’ applikazzjoni se jindika x’informazzjoni tkun meħtieġa f’dak iż-żmien. Aħna se nibagħtulek ukoll għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meta nkunu neħtiġuha.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

M’hemmx ħlas involut biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal kumpens. Fejn xieraq, aħna nitolbuk tipprovdi evidenza medika. Jekk ikun hemm spiża marbuta mal-kisba tal-evidenza medika, int tista’ tkun mistenni(ja) tkopriha. L-ispiża tal-kisba tal-evidenza medika tvarja iżda mhux se tkun mistenni(ja) tħallas aktar minn £50 b’kollox.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali (Criminal Injuries Compensation Authority).

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)
Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
Glasgow
G2 8JQ

Tel.: Mir-Renju Unit: +44 (0)300 003 3601; (minn barra r-Renju Unit): +44(0)203 684 2517

Sit web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk/

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le, aħna nikkorrispondu miegħek.

Kemm tieħu żmien (bejn wieħed u ieħor) biex l-awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

It-tul ta’ żmien meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba tiegħek ivarja skont kemm tkun ikkumplikata. Pereżempju, talbiet li jinvolvu telf ta’ qligħ jieħdu aktar żmien minn dawk li jinvolvu biss pagament skont it-tariffa tal-korrimenti. Is-CICA ma tiffinalizzax it-talba tiegħek qabel ma int tikkonferma li tkun irkuprajt, sa fejn possibbli, mill-korrimenti tiegħek. Aħna nippruvaw insolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta nirċivuhom.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk int ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tridna nirrieżaminawha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni miktuba tiegħek għal rieżami fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Ikollok bżonn tehmeż kwalunkwe evidenza addizzjonali li tixtieqna nikkunsidraw b’sostenn tat-talba tiegħek.

Meta taslilna t-talba tiegħek għal rieżami flimkien mal-informazzjoni ta’ sostenn kollha tiegħek, din tiġi kkunsidrata minn uffiċjal tat-talbiet li ma jkunx dak li ħa d-deċiżjoni oriġinali. Id-deċiżjoni ta’ rieżami tista’ tkun aktar jew anqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew inkella d-deċiżjoni oriġinali tista’ tibqa’ kif inhi.

Jekk ma taqbilx ma’ deċiżjoni ta’ rieżami, int tista’ tappella quddiem it-Tribunal tal-Prim’Istanza (Kumpens għal Inġurji Kriminali) skont ir-Regoli ta’ Proċedura tat-Tribunal. Tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tat-Tribunal tal-Prim’Istanza.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Int tista’ tapplika għal kumpens permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tagħna li għandu informazzjoni siewja wkoll dwar l-Iskema.

Hemm xi linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Il-link għas-sit web tagħna hi mogħtija aktar ’il fuq, u l-konsulenti taċ-Ċentru ta’ Servizz għall-Klijenti tagħna jistgħu jagħtu l-għajnuna fuq +44(0)300 003 3601. Jekk jogħġbok kun af li l-Konsulenti tas-Servizz għall-Klijenti se jitkellmu bl-Ingliż biss.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

M’għandekx bżonn rappreżentant imħallas bħal avukat jew kumpanija ta’ ġestjoni tat-talbiet biex tapplika għal kumpens. Jekk int tagħżel rappreżentazzjoni bi ħlas, aħna ma nistgħux inkopru l-ispiża għal din, u jkollok tħallas għal dawn l-ispejjeż int stess.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Tista’ tikkuntattja lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi għal għajnuna fl-applikazzjoni tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - L-Irlanda ta’ fuq

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

L-Iskema ta’ Kumpens tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-korrimenti kriminali hija mfassla biex tikkumpensa lil vittmi ta’ reat vjolenti li jseħħ fl-Irlanda ta’ Fuq. L-Iskema ta’ Dannu Kriminali hija mfassla biex tikkumpensa d-dannu lill-proprjetà.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ ningħata kumpens?

Nistgħu nagħmlu għotja għal korriment mentali jew fiżiku wara delitt ta’ vjolenza u għal attakki sesswali jew fiżiċi.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien membru tal-familja jew persuna dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Iva, nistgħu nikkumpensaw qarib jew persuna dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat vjolenti.

Qarib li jikkwalifika huwa konjuġi jew sieħeb reġistrat tal-mejjet/mejta, ġenitur tal-mejjet/mejta u tifel/tifla tal-mejjet/mejta.

Nista’ nirċievi kumpens jekk jien qarib jew dipendenti superstita tal-vittma? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Iva, qarib ta’ reat jista’ jirċievi għoti għal korriment mentali jekk il-vittma tkun issopravivviet delitt ta’ vjolenza.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Iva, il-kumpens huwa miftuħ għan-nazzjonalitajiet kollha.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk inkun ngħix hawn jew inkun twelidt hawnhekk (dan huwa l-pajjiż ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk l-att kriminali sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, skont liema kundizzjonijiet?

Nistgħu nikkunsidraw biss pretensjonijiet ta’ kumpens li jseħħu fl-Irlanda ta’ Fuq.

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

L-iskema teħtieġ li l-applikanti kollha jirrappurtaw ir-reat lill-pulizija mingħajr dewmien hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli.

Irrid nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew xi proċedimenti kriminali qabel ma nkun nista’ nagħmel it-talba?

Le, iżda għandha ssir applikazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-inċident.

Għandi għalfejn l-ewwel infittex kumpens mingħand l-awtur tar-reat – jekk ikun ġie identifikat?

Le.

Jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati, xorta nista’ nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni l-pretensjoni tiegħi?

Iva, jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati inti xorta tista' tikkwalifika għall-kumpens. Madankollu, l-applikant irid jirrapporta ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tad-delitt lill-pulizija u jikkoopera mal-inkjesti.

Hemm limitu ta’ żmien li matulu rrid nitlob kumpens?

Għandha ssir applikazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-inċident.

X’tip ta’ telf u spejjeż jiġu koperti mill-kumpens?”

(a) Għall-vittma tar-reat:

Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • l-ispejjeż mediċi tal-korriment (il-kura medika - trattament ambulanti u fi sptar, irkupru)
  • ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw minn korriment (jiġifieri l-kura u l-assistenza, trattament temporanju jew permanenti, edukazzjoni fiżjoterapewtika fit-tul, adattament tad-djar, għajnuniet speċjali eċċ.)
  • korrimenti permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
  • telf ta’ qligħ waqt kura medika u wara (inkluż qligħ mitluf u telf tal-ħila li tagħmel qligħ jew manteniment imnaqqas, eċċ.)
  • telf ta’ opportunità
  • nefqiet relatati ma’ proċeduri legali relatati mal-inċident li kkawża d-dannu, bħal ħlasijiet legali, spejjeż tal-qorti)
  • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara
  • Kundizzjoni oħra

Is-Servizzi ta’ Kumpens se jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ telf jew dannu fuq proprjetà jew spejjeż ta’ tagħmir assoċjati ma’ trattament għad-dannu, spejjeż tal-kura, tagħmir speċjali, adattamenti fl-akkomodazzjoni tal-applikant, tariffi assoċjati mal-Qorti tat-Tutela, spejjeż assoċjati mal-amministrazzjoni tal-affarijiet tal-applikant minħabba nuqqas ta’ kapaċità mentali. Telf ta’ qligħ jew dħul minn kapital

- Dannu psikoloġiku (morali):

Korriment mentali.

  • uġigħ u tbatija tal-vittma

(b) Għall-persuni intitolati jew qraba tal-vittma:

- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):

  • spejjeż tal-funeral
  • spejjeż mediċi tal-korriment (eż. terapija għal membru tal-familja, kura ambulanti u fi sptar, riabilitazzjoni)
  • telf tal-manteniment jew ta’ opportunità

Is-Servizzi ta’ Kumpens iħallsu spejjeż raġonevoli għall-funeral. Qarib li jikkwalifika jista’ jkun eliġibbli għal liv għal mewt fil-familja.

- Dannu psikoloġiku:

  • uġigħ u tbatija tal-qraba jew ta’ persuni intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma tkun mietet

Qarib li jikkwalifika jista’ jkun eliġibbli għal liv għal marda mentali fil-familja.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti fix-xahar?

Il-kumpens normalment jitħallas bħala pagament uniku.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas ta’ koperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u / jew l-ammont li nirċievi?

Talba tista’ titnaqqas jew ma ssir l-ebda għotja jekk l-imġiba tal-applikant ikkontribwiet biex iseħħ l-inċident, l-applikanti jkollhom fedina kriminali li fiha kundanni ta’ natura kriminali li ma jkunux ġew servuti u huma jonqsu milli jikkooperaw mal-pulizija jew mas-Servizzi ta’ Kumpens.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Dan mhu se jkollu ebda effett.

Hemm xi kriterji oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Il-kumpens jista’ jiġi affettwat jekk l-aggressur ikun jista’ jibbenefika minn għotja.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Il-kumpens huwa kkalkolat skont it-tariffa ta’ korrimenti li hija parti mill-Iskema.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-għotja minima għad-danni hija ta’ GBP 1000 u l-għotja massima għad-danni hija ta’ GBP 250 000. Ma hemm l-ebda limitu fuq l-ammont totali tal-kumpens li jista’ jingħata.

Fil-formolarju tal-pretensjoni jien(a) mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Le, l-applikant mhux mistenni jikkwota dan l-ammont, huwa mistenni li jgħidilna dwar il-korrimenti tiegħu.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi minn sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew imħallsa mill-impjegatur tiegħi) dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

L-assigurazzjoni privata ma taffettwax l-ammont ta’ kumpens imħallas. Madankollu, il-kumpens tal-qorti u l-kumpens ċivili jitnaqqsu minn kwalunkwe għotja.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Għotja interim tista’ titħallas sakemm ma jkunx hemm ebda ħruġ ta' obbligazzjoni.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara eż. tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva, każ jista’ jerġa’ jinfetaħ fejn kien hemm bidla materjali fil-kundizzjoni medika tal-vittma b’mod li sseħħ inġustizzja jekk il-valutazzjoni oriġinali titħalla tipprevali.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Formola tal-applikazzjoni mimlija, Is-Servizzi ta’ Kumpens jitolbu lill-applikant jekk kwalunkwe informazzjoni oħra hijiex meħtieġa pereżempju dettalji dwar l-impjieg u dwar l-introjtu.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tal-pretensjoni u meta din tiġi pproċessata?

Ma hemm ebda spejjeż jew tariffi.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjonijiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-iskema ta’ Kumpens għal Korrimenti Kriminali tal-Irlanda ta’ Fuq.

Fejn għandi nibgħat il-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Compensation Services, 6th Floor, Millennium House, 25 Great Victoria Street, Belfast, BT2 7AQ.

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża l-pretensjoni tiegħi?

Le.

Kemm jgħaddi żmien (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens mill-awtorità?

Iż-żmien medju meħud għall-ewwel deċiżjoni huwa ta’ 11-il xahar u għal deċiżjoni ta’ reviżjoni huwa ta’ sitt xhur.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Applikant għandu d-dritt ta’ rieżami u appell.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta l-pretensjoni?

Mis-sit web tagħna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nidirect.gov.uk/index/do-it-online/crime-justice-and-the-law-online/make-a-claim-in-cases-of-criminal-damage.htm

Hemm linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

L-indirizz tas-sit web tagħna huwa Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nidirect.gov.uk/index/do-it-online/crime-justice-and-the-law-online/make-a-claim-in-cases-of-criminal-damage.htm

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji l-pretensjoni?

L-għajnuna legali mhix disponibbli taħt l-Iskema ta’ Korrimenti Kriminali. Tista’ taħtar avukat biex jassisti f’talba għal danni kriminali.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaVictim Support NI) jista’ jassisti lill-applikant bil-proċess ta’ kumpens.

L-aħħar aġġornament: 15/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż - Skozja

Għal liema tip ta’ reat nista’ ningħata kumpens?

Int tista’ tapplika għal kumpens jekk inti vittma bla ħtija ta’ reat vjolenti, jew jekk persuna qrib tiegħek mietet minħabba reat vjolenti. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Anness B tal-Iskema jelenka dak li hu u dak li mhuwiex reat ta’ vjolenza għall-finijiet tal-Iskema. Hu disponibbli wkoll kumpens għal dawk li jkorru waqt li jieħdu riskju eċċezzjonali u ġustifikat għall-finijiet ta’ prevenzjoni jew ta’ trażżin ta’ reat, inkluża l-interpellanza ta’ suspettat trasgressur.

Għal liema tip ta’ korriment nista’ nikseb kumpens?

Int tista’ tapplika għal kumpens għal:

  • dannu mentali jew fiżiku;
  • abbuż sesswali jew fiżiku
  • pagament għal fatalità

Mhux kull talba għal kumpens tirnexxi; trid tkun eliġibbli skont ir-regoli tal-Iskema.

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens?

Jekk int qarib ta’ persuna li mietet minħabba l-korrimenti tagħha, int jaf tkun tista’ tapplika għal pagament. Biex tkun eliġibbli għal pagamenti bħal dawn, int trid tkun dak li l-Iskema ssejjaħ “qarib(a) li jikkwalifika”.

Qarib(a) li jikkwalifika hu persuna li fil-mument tal-mewt tad-deċedut(a) kienet:

  • konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili tad-deċedut(a), li kien qed jgħix mad-deċedut(a) fl-istess dar;
  • is-sieħeb/sieħba tad-deċedut (għajr konjuġi jew sieħeb ċivili), li kien qed jgħix fl-istess unità domestika u kien ilu jagħmel dan għal perjodu kontinwu ta’ tal-anqas sentejn eżatt qabel id-data tal-mewt;
  • persuna li tissodisfa l-punti ta’ hawn fuq iżda li ma kinitx tgħix mad-deċedut(a) minħabba l-mard jew id-diżabilità tal-persuna;
  • konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili, jew eks konjuġi jew sieħeb/sieħba ċivili, tad-deċedut(a) li kien finanzjarjament dipendenti fuq id-deċedut(a);
  • ġenituri tad-deċedut(a); jew
  • iben/bint id-deċedut(a).

Nista’ ningħata kumpens jekk jien qarib jew dipendenti superstitu/a ta’ vittma? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jingħataw kumpens f’dan il-każ?

Int tista’ tkun eliġibbli biex tagħmel talba għal dannu mentali jekk int kont xhud u preżenti f’inċident li fih persuna qrib tiegħek korriet minħabba reat ta’ vjolenza. Int tista’ tkun eliġibbli jekk int kont involut(a) fil-mumenti ta’ wara inċident li fih korriet persuna qrib tiegħek.

Jekk int qed titlob pagament għaliex int kont xhieda jew kont involut(a) fil-mumenti ta’ wara l-korriment ta’ xi ħadd qrib tiegħek, int trid tkun ġarrabt korriment fiżiku bħala konsegwenza. Ser ikollok bżonn evidenza medika mingħand psikjatra jew psikologu kliniku li tikkonferma li dan hu l-każ.

Il-qraba aktarx li jikkwalifikaw huma elenkati hawn fuq.

Nista’ ningħata kumpens jekk m'iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Int tkun eliġibbli għal pagament minn din l-Iskema ta’ kumpens biss jekk int tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti ta’ residenza, ta’ nazzjonalità jew rekwiżit ieħor skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparagrafu 10. Dan ifisser li int trid tkun resident abitwali fir-Renju Unit fid-data tal-inċident jew inkella trid tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 11 jew 13 tal-Iskema.

Int tkun eliġibbli għal kumpens ukoll jekk int ċittadin ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea (UE), taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew tal-Konvenzjoni Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Kumpens għall-Vittmi ta' Reati Vjolenti. Japplikaw dispożizzjonijiet speċjali għal vittmi potenzjali ta’ traffikar tal-bniedem u għal nies li għamlu applikazzjonijiet għal ażil.

Il-kriterji kollha kemm huma jinsabu fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaparagrafu 10 tal-Iskema.

Nista’ nitlob kumpens mingħand dan il-pajjiż jekk jien noqgħod hawn jew jien minn hawn (dan hu l-pajjiż ta’ residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat ikun sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok ma nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Il-kumpens hu pagabbli taħt l-Iskema għal inċidenti li jseħħu fil-Gran Britannja (l-Iskozja, l-Ingilterra u Wales)

Jekk int resident tar-Renju Unit (UK) u ġarrabt korriment minħabba reat ta’ vjolenza f’pajjiż ieħor li hu parti mill-Unjoni Ewropea (UE), aħna nistgħu ngħinuk tapplika għal kumpens mingħand dak il-pajjiż. Jekk jogħġbok ċempel lit-Tim ta’ Assistenza tal-UE tagħna fuq 0300 003 3061 jew ibgħat ittra elettronika fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaeucat@cica.gov.uk

Jekk int korrejt barra mill-UE, jaf tkun tista’ tapplika taħt skema simili operata mill-pajjiż ikkonċernat. Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju tal-Affarijiet Barranin u tal-Commonwealth (“Foreign and Commonwealth Office”) għal aktar informazzjoni. Id-dettalji jistgħu jinsabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk.

Għandi nkun irrapportajt ir-reat lill-pulizija qabel inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva. Jekk ir-reat li għalih qed tfittex kumpens ma ġiex irrapportat lill-pulizija, aħna ma nistgħux noħorġu pagament. Hu rekwiżit tal-Iskema li l-inċidenti kollha li għalihom issir talba jiġu rrapportati lill-pulizija.

Irrid nistenna l-eżitu ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew tal-proċeduri kriminali qabel inkun nista’ nagħmel it-talba?

Le. M’għandekx bżonn tistenna l-eżitu ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew ta’ proċess kriminali qabel ma tagħmel talba.

L-ewwel għandi nfittex kumpens mingħand it-trasgressur – jekk dan ikun ġie identifikat?

L-Iskema hi maħsuba biex tkun l-aħħar possibbiltà. Fejn teżisti opportunità biex int tikseb kumpens minn xi mkien ieħor, hekk għandek tagħmel. Aħna nistennew li int tieħu kull pass raġonevoli biex tikseb benefiċċji tas-sigurtà soċjali, pagamenti tal-assigurazzjoni, danni jew kumpens li għalihom tista’ tkun intitolat(a) bħala riżultat tal-korrimenti tiegħek.

Jekk it-trasgressur ma jkunx ġie identifikat jew ikkundannat, xorta nikkwalifika għall-kumpens? Jekk iva, liema evidenza rrid nippreżenta biex insostni t-talba tiegħi?

Int tista’ tkun eliġibbli għal premju skont l-Iskema anki jekk it-trasgressur tiegħek mhuwiex magħruf, jew ma jiġix ikkundannat. Aħna nistennew li int tkun ikkooperajt bis-sħiħ ma’ kwalunkwe investigazzjoni tal-pulizija. Id-deċiżjonijiet skont l-Iskema jsiru wara li jiġu mwieżna l-probabbiltajiet.

Hemm terminu preskrittiv li matulu rrid nitlob kumpens?

Int trid tapplika mill-aktar fis malli dan ikun raġonevolment prattikabbli għalik. Jekk int kont adult fil-mument tal-inċident, normalment m’għandhomx ikunu għaddew aktar minn sentejn minn mindu seħħ. Aħna nistgħu nestendu dan it-terminu preskrittiv biss meta:

  • Minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, ma tkunx setgħet issir applikazzjoni qabel; u
  • L-evidenza pprovduta b’appoġġ tal-applikazzjoni timplika li tista’ ssir determinazzjoni mingħajr inkjesti estensivi ulterjuri minn uffiċjal tat-talbiet.

X’tip ta’ telf u ta’ spejjeż hu kopert mill-kumpens?

(a) Għall-vittma tar-reat:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • L-ispejjeż mediċi tal-korriment (trattament mediku — trattament ambulanti u fl-isptar, meta tkun rikoverat(a)) - Le, l-ispejjeż mediċi immedjati ma jkunux koperti mill-Iskema.
  • Ħtiġijiet jew spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-ħsara (jiġifieri kura u assistenza, trattament temporanju u permanenti, fiżjoterapija edukattiva fit-tul, adattament tal-akkomodazzjoni, għajnuniet speċjali, eċċ.) - Jistgħu jinħarġu pagamenti għal dawn l-ispejjeż skont iċ-ċirkustanzi. Int tista’ titlobna nikkunsidraw dawn l-ispejjeż speċjali biss jekk il-korrimenti tiegħek fissru li ma stajtx taħdem jew sfajt inkapaċitat(a) f’livell simili għal aktar minn 28 ġimgħa.
  • Korriment permanenti (eż. invalidità u diżabilitajiet permanenti oħra)
    • telf ta’ dħul matul it-trattament mediku u wara (inkluż qligħ mitluf u telf ta’ ħila li taħdem jew manteniment imnaqqas, eċċ.) Biss meta int ma jkollok ebda kapaċità jew ikollok kapaċità limitata li taħdem bħala l-konsegwenza diretta ta’ inġurji kriminali għal perjodu ta’ aktar minn 28 ġimgħa.
    • telf ta’ opportunità Iva, soġġett għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna.
    • spejjeż marbuta mal-proċedimenti legali relatati mal-inċident li kkawża l-ħsara, bħat-tariffi legali, l-ispejjeż tal-qorti) Le
    • kumpens għal proprjetà personali misruqa jew li tkun ġarrbet ħsara Le
    • oħrajn Ara l-Iskema għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna

- Ħsara psikoloġika (morali):

  • Uġigħ u tbatija tal-vittma Iva, soġġetti għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna

(b) Għal persuni awtorizzati jew qraba ta’ vittma:

– Ħsara materjali (mhux psikoloġika):

  • Spejjeż tal-funeral Iva
  • Spejjeż mediċi (eż. terapija għal membru tal-familja, trattament ambulanti u fl-isptar, riabilitazzjoni) Le
  • Telf ta’ manteniment jew ta’ opportunità Iva, meta l-vittma tkun mietet, u soġġett għar-regoli ta’ eliġibbiltà tagħna.

- Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u tbatija ta’ qraba jew ta’ nies intitolati/kumpens għas-superstiti jekk il-vittma mietet Int tista’ tkun eliġibbli biex tagħmel talba għal dannu mentali jekk int kont xhud u preżenti f’inċident li fih persuna qrib tiegħek korriet minħabba reat ta’ vjolenza. Int tista’ tkun eliġibbli jekk int kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara inċident li fih korriet persuna qrib tiegħek. Jekk int qed titlob pagament għaliex int kont xhieda jew kont involut(a) fil-mumenti eżatti ta’ wara l-korriment ta’ xi ħadd qrib tiegħek, int trid tkun ġarrabt korriment fiżiku bħala konsegwenza. Ikollok bżonn evidenza medika mingħand psikjatra jew psikologu kliniku li tikkonferma li dan hu l-każ.

Il-kumpens jitħallas f’pagament uniku jew f’pagamenti akkont fix-xahar?

Kull fejn dan ikun possibbli, aħna noħorġu l-pagamenti għat-talbiet billi noffru pagament uniku b’somma f’daqqa.

B’liema mod l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, il-fedina penali tiegħi jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħi matul il-proċedimenti għal kumpens jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li ningħata kumpens, u/jew l-ammont li ningħata?

It-talba tiegħek tista’ tkun affettwata jekk:

  • int ma tikkooperax bis-sħiħ mal-Pulizija u mas-Sistema tal-Ġustizzja Kriminali;
  • ikollok kundanna mhux skontata li attirat piena ta’ kustodja jew ta’ servizz fil-komunità;
  • l-imġiba tiegħek ikkontribwiet għall-inċident;
  • il-karattru tiegħek kif muri mill-kundanni kriminali jew minn evidenza oħra jkun tali li ma jkunx xieraq li tintlaqa’ t-talba; jew
  • int ma tikkooperax bis-sħiħ mas-CICA.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

L-Iskema ma tagħmilx testijiet tal-mezzi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-possibbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u/jew l-ammont?

Aħna ma nistgħux inħallsu kumpens fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

  • int ġarrabt korriment qabel l-1 ta’ Awwissu 1964;
  • il-korriment seħħ barra l-Gran Britannja;
  • int diġà applikant għas-CICA għall-istess korriment bħala riżultat tal-istess inċident;
  • għotja tista’ tkun benefiċċju għat-trasgressur;
  • il-korriment seħħ qabel l-1 ta’ Ottubru 1979 u int u t-trasgressur kontu qed tgħixu flimkien bħala membri tal-istess familja.

Il-kumpens jinżamm jew jitnaqqas ukoll meta int tkun irċivejt kumpens għall-istess korriment mingħand ċerti sorsi oħra li jinkludu danni miksuba wara sentenza ta’ qorti ċivili.

Kif jiġi kkalkolat il-kumpens?

Ir-regoli tal-Iskema u l-valur tal-pagamenti mogħtija huma stabbiliti mill-Parlament u huma kkalkolati b’referenza għal tariffa tal-korrimenti. L-ammont tal-għotja jvarja biex jirrifletti s-serjetà tal-korriment.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

L-ammont minimu li nagħtu hu ta’ £1,000 u l-pagament massimu hu ta’ £500,000.

Fil-formola tat-talba jiena mistenni(ja) nikkwota l-ammont? Jekk iva, ningħata struzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar aspetti oħra?

Aħna nikkalkulaw kwalunkwe ammont pagabbli.

Jekk nirċievi xi kumpens ieħor għat-telfa tiegħi mingħand sorsi oħra (bħal skema ta’ assigurazzjoni privata jew waħda mħallsa mill-impjegatur tiegħi), dan jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Aħna nnaqqsu l-ammont ta’ għotja jekk int tkun irċivejt jew tkun intitolat(a) għal pagament għall-istess korriment minħabba:

  • kwalunkwe għotja ta’ kumpens oħra għal inġurji kriminali jew pagament simili;
  • ordni għad-danni minn qorti ċivili;
  • tiġi paċuta t-talba għad-danni; jew
  • kwalunkwe ordni ta’ kumpens jew offerta ta’ kumpens magħmula matul proċedimenti kriminali.

Meta jingħata kumpens għal spejjeż speċjali, aħna nnaqqsu l-pagament tiegħek biex dan ikun jirrifletti l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-istess dannu u l-assigurazzjoni mħallsa, indipendentement minn min ikun ħallas il-primjum jekk int tkun qed tagħmel talba għal oġġetti bħal adattamenti għad-dar jew għall-kura personali tiegħek.

Nista’ nirċievi ħlas bil-quddiem tal-kumpens? Jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet?

Meta aħna niddeċiedu li int eliġibbli għal pagament iżda ma nistgħux nieħdu deċiżjoni finali, aħna nistgħu nikkunsidraw li nagħmlu pagament interim. Jekk ma nkunux nistgħu nieħdu deċiżjoni finali, x'aktarx li dan ikun minħabba li nkunu qegħdin nistennew sakemm jiġi mifhum l-impatt fit-tul tal-korriment imġarrab minnek.

Nista’ ningħata kumpens komplimentari jew addizzjonali (wara, eż., tibdil fiċ-ċirkostanzi jew jekk saħħti tmur għall-agħar eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Aħna nistgħu nikkunsidraw il-ftuħ mill-ġdid ta’ talba wara li jsir pagament finali jekk:

  • persuna li, wara li tkun aċċettat għotja, tmut minħabba l-inġurji kriminali li kienu wasslu għall-għoti ta’ kumpens; jew
  • ikun seħħ tibdil tant materjali fil-kundizzjoni medika tal-applikant li jekk tinżamm id-determinazzjoni oriġinali din tkun inġustizzja għall-applikant.

Normalment ma nerġgħux niftuħ każ jekk dan ma jseħħx fi żmien sentejn mid-deċiżjoni finali. Jekk int titlobna niftħu każ aktar minn sentejn wara d-deċiżjoni tagħna, aħna nikkunsidraw li nagħmlu dan biss meta int tkun tista’ tagħtina biżżejjed evidenza biex nieħdu deċiżjoni dwar il-każ mingħajr il-bżonn ta’ inkjesti estensivi ulterjuri.

Liema dokumenti ta’ sostenn għandi bżonn ninkludi mat-talba tiegħi?

L-informazzjoni li għandna bżonn mingħandek tiddependi mit-tip ta’ applikazzjoni li tippreżenta. Il-proċess ta’ applikazzjoni se jindika x’informazzjoni tkun meħtieġa f’dak iż-żmien. Aħna se nibagħtulek ukoll għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri meta nkunu neħtiġuha.

Hemm xi spejjeż amministrattivi jew spejjeż oħrajn li jridu jitħallsu mal-wasla tat-talba u meta din tiġi pproċessata?

M’hemmx ħlas involut biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal kumpens. Fejn xieraq, aħna nitolbuk tipprovdi evidenza medika. Jekk ikun hemm spiża marbuta mal-kisba tal-evidenza medika, int tista’ tkun mistenni(ja) tkopriha. L-ispiża tal-kisba tal-evidenza medika tvarja iżda mhux se tkun mistenni(ja) tħallas aktar minn £50 b’kollox.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

L-Awtorità dwar il-Kumpens tal-Inġurji Kriminali (Criminal Injuries Compensation Authority).

Fejn għandi nibgħat it-talba (f’każijiet nazzjonali)?

Criminal Injuries Compensation Authority (CICA)
Alexander Bain House
Atlantic Quay
15 York Street
Glasgow
G2 8JQ

Tel: (Mir-Renju Unit) +44 (0)300 003 3601;
(minn barra r-Renju Unit): +44(0)203 684 2517

Web: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.gov.uk

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew meta tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi?

Le, aħna nikkorrispondu miegħek.

Kemm għandi nistenna (bejn wieħed u ieħor) biex nirċievi deċiżjoni dwar talba għal kumpens mill-awtorità?

It-tul ta’ żmien meħtieġ għall-valutazzjoni tat-talba tiegħek ivarja skont kemm tkun ikkumplikata. Pereżempju, talbiet li jinvolvu telf ta’ qligħ jieħdu aktar żmien minn dawk li jinvolvu biss pagament skont it-tariffa tal-korrimenti. Is-CICA ma tiffinalizzax it-talba tiegħek qabel ma int tikkonferma li tkun irkuprajt, sa fejn possibbli, mill-korrimenti tiegħek. Aħna nippruvaw insolvu każijiet sempliċi fi żmien 12-il xahar minn meta nirċievuhom.

Jekk ma nkunx sodisfatt(a) bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Jekk int ma taqbilx mad-deċiżjoni oriġinali u tridna nirrieżaminawha, trid tibgħatilna l-applikazzjoni miktuba tiegħek għal rieżami fi żmien 56 jum mid-data tad-deċiżjoni oriġinali. Ikollok bżonn tehmeż kwalunkwe evidenza addizzjonali li tixtieqna nikkunsidraw b’sostenn tat-talba tiegħek.

Meta taslilna t-talba tiegħek għal rieżami flimkien mal-informazzjoni ta’ sostenn kollha tiegħek, din tiġi kkunsidrata minn uffiċjal tat-talbiet li ma jkunx dak li ħa d-deċiżjoni oriġinali. Id-deċiżjoni ta’ rieżami tista’ tkun aktar jew anqas favorevoli mid-deċiżjoni oriġinali, jew inkella d-deċiżjoni oriġinali tista’ tibqa’ kif inhi.

Jekk ma taqbilx ma’ deċiżjoni ta’ rieżami, int tista’ tappella quddiem it-Tribunal tal-Prim’Istanza (Kumpens għal Inġurji Kriminali) skont ir-Regoli ta’ Proċedura tat-Tribunal. Tista’ ssib dawn ir-regoli fuq is-sit web tat-Tribunal tal-Prim’Istanza.

Minn fejn nista’ nikseb il-formoli neċessarji u informazzjoni oħra dwar kif għandi nippreżenta t-talba?

Int tista’ tapplika għal kumpens permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tagħna li għandu informazzjoni siewja wkoll dwar l-Iskema.

Hemm xi linja telefonika għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Il-link għas-sit web hi mogħtija aktar ’il fuq, u l-konsulenti taċ-Ċentru ta’ Servizz għall-Klijenti jistgħu jagħtu l-għajnuna fuq +44(0)300 003 3601. Jekk jogħġbok kun af li l-Konsulenti tas-Servizz għall-Klijenti se jitkellmu bl-Ingliż biss.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna mingħand avukat) meta nkun qed inħejji t-talba?

M’għandekx bżonn rappreżentant imħallas bħal avukat jew kumpanija ta’ ġestjoni tat-talbiet biex tapplika għal kumpens. Jekk int tagħżel rappreżentazzjoni bi ħlas, aħna ma nistgħux inkopru l-ispiża għal din, u jkollok tħallas għal dawn l-ispejjeż int stess.

Hemm xi organizzazzjonijiet li joffru appoġġ lill-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Tista’ tikkuntattja lis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta’ Informazzjoni għall-Vittmi għal għajnuna fl-applikazzjoni tiegħek.

L-aħħar aġġornament: 02/10/2019