Jekk it-talba tiegħi se titqies f’dan il-pajjiż

Spanja

Il-kontenut ipprovdut minn
Spanja

Għal liema tip ta’ reat nista’ nieħu kumpens?

Fil-liġi Spanjola, il-proċedura normali biex titlob kumpens għal ħsara u dannu sofruti hija l-proċedimenti kriminali, li fihom jiġu analizzati r-responsabbiltajiet ċivili flimkien ma’ dawk kriminali. Għal din ir-raġuni, il-qorti kriminali lokali (Juzgado de Instrucción) toffri azzjoni ċivili lil persuna li tkun saritilha ħsara, sabiex tkun tista’ tiddikjara jekk tixtieqx tagħmel pretensjoni waqt il-proċedimenti kriminali jew tirriżerva d-dritt li tagħmel pretensjoni għad-dannu li jkun ġie sofrut waqt il-proċedimenti ċivili.

Jekk tiddikjara li tixtieq li tagħmel pretensjoni fil-proċedimenti kriminali, il-parti li jkun sarilha dannu tista’ jew tagħżel li tibda kawża ċivili f’isimha mill-prosekutur pubbliku (dan ser jiġri wkoll jekk ma tiddikjarax preferenza), jew, jekk tixtieq, tattendi fiżikament (permezz ta’ avukat u l-prosekutur pubbliku).

Jekk tagħżel li tagħmel pretensjoni għal ħsara barra mill-proċedimenti kriminali, il-parti li jkun sarilha dannu jeħtieġ li tibda proċedimenti ċivili skont ir-regoli ta’ dawn il-proċedimenti.

F’sitwazzjonijiet transfruntiera, pereżempju, meta l-offiża tkun saret fi Stat Membru differenti minn dak fejn tgħix il-vittma, tista’ ssir pretensjoni għall-ħsarat skont il-liġi nazzjonali kontra l-attur tar-reat quddiem il-qorti kriminali li tiġġudika l-każ.

Il-liġi Spanjola tistipula skemi ta’ kumpens speċifiċi għal reati vjolenti, offiżi sesswali u offiżi ta’ terroriżmu.

Għal liema tip ta’ dannu nista’ nieħu kumpens?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali li jkunu saru fi Spanja u li rriżutaw f’mewt, korrimenti fiżiċi serji jew ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali, Spanja għandha sistema ta’ għajnuna għal dan it-tip ta’ reat volontarju (intenzjonali) u vjolenti. L-għajnuna tingħata wkoll lill-vittmi ta’ offiżi sesswali anki meta dawn ir-reati jitwettqu mingħajr vjolenza.

B’mod ġenerali, l-għajnuna finanzjarja prevista mil-liġi tista’ tiġi aċċessata jekk meta jsir ir-reat:

  • il-vittma tkun Spanjola jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor tal-UE;
  • għalkemm ma tkunx Spanjola jew ċittadina ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, il-vittma tkun residenti b’mod abitwali fi Spanja.
  • il-vittma tkun ċittadina ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu.

Fil-każ ta’ mewt, ir-rekwiżiti tan-nazzjonalità jew tar-residenza msemmija hawn fuq japplikaw għall-benefiċjarji, mhux għad-deċedut.

Fil-każ ta’ dannu serju fuq il-persuna jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali, il-vittmi diretti, jiġifieri dawk li sofrew id-dannu jew il-ħsara, ser ikunu l-benefiċjarji.

Korrimenti li jintitolaw għal għajnuna finanzjarja huma dawk li jippreġudikaw l-integrità fiżika jew is-saħħa fiżika jew mentali u li jikkawżaw lill-vittma inkapaċità temporanja li ddum aktar minn sitt xhur, jew tal-inqas diżabilità permanenti ta’ 33 %.

Għal offiżi ta’ terroriżmu, hemm bosta tipi ta’ għajnuna mill-Istat maħsuba għall-vittmi tat-terroriżmu biex tikkumpensahom għall-ħsara kkawżata minn dawn it-tipi ta’ reati. Hija meħtieġa rabta diretta bejn l-att terroristiku u l-ħsara sofruta.

Il-ħsara u l-korrimenti li ġejjin huma eleġibbli għal kumpens:

  • Offiżi fuq il-persuna, kemm fiżiċi kif ukoll mentali, kif ukoll l-ispejjeż għal kura medika, prosteżi u kirurġija.
  • Dawn l-ispejjeż ser jitħallsu lill-persuna affettwata biss f’każ li ma tkunx koperta kompletament jew parzjalment minn sistema ta’ protezzjoni soċjali pubblika jew privata li tapplika għalihom.
  • Ħsara materjali kkawżata lid-djar ta’ persuni fiżiċi jew dawk li jseħħu fi stabbilimenti kummerċjali u industrijali, kwartieri ġenerali ta’ partiti politiċi, trade unions u organizzazzjonijiet soċjali.
  • L-ispejjeż ta’ akkomodazzjoni temporanja waqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija fir-residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi.
  • Ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti, ħlief vetturi ta’ li huma proprjetà pubblika.

Bl-eċċezzjoni ta’ offiża fuq il-persuna, il-kumpens għall-ħsara msemmija hawn fuq ser ikun sekondarju għal dak stabbilit għall-istess ċirkostanzi minn kwalunkwe korp pubbliku ieħor, jew għal dawk li jirriżultaw minn kuntratti tal-assigurazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-kumpens ser jirrappreżenta d-differenza bejn dak imħallas mill-amministrazzjonijiet pubbliċi msemmija hawn fuq jew l-aġenziji tal-assigurazzjoni u l-valutazzjoni li tkun saret uffiċjalment.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat skont il-ħsara li sseħħ (is-severità tal-korrimenti u t-tip ta’ diżabilità li jikkawżaw, mewt, eċċ.).

Għajnuna oħra:

  • għall-istudju: meta att terroristiku jirriżulta f’korrimenti personali ta’ sinifikanza partikolari għal student, il-ġenituri jew il-kustodji tiegħu, jew jekk dawn il-korrimenti ma jħalluhomx aktar tajbin sabiex jeżerċitaw il-professjoni regolari tagħhom;
  • assistenza psikoloġika u psikopedagoġika immedjata, kemm għall-vittmi kif ukoll għall-qraba tagħhom;
  • għajnuna straordinarja u eċċezzjonali biex ittaffi sitwazzjonijiet ta’ ħtieġa personali jew familjari tal-vittmi li jew mhumiex koperti jew li huma koperti notevolment b’mod insuffiċjenti permezz ta’ għajnuna ordinarja.

Nista’ nieħu kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li mietet minħabba reat? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jieħdu kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali li jirriżultaw direttament fil-mewt tal-vittma, il-vittmi indiretti jistgħu jkunu benefiċjarji jekk, meta jkun sar ir-reat, il-vittma kienet Spanjola jew ċittadina ta’ xi Stat Membru ieħor tal-UE jew, jekk dan ma jkunx il-każ, kienet residenti b’mod ordinarju fi Spanja jew ċittadina ta’ Stat ieħor li jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu.

Benefiċjarji bħala vittimi indiretti jkunu li ġejjin:

  • Il-konjuġi tad-deċedut, jekk ma kinux legalment separati, jew il-persuna li għexet mad-deċedut fuq bażi permanenti f’relazzjoni simili għaż-żwieġ għal mill-inqas sentejn qabel il-mewt, sakemm ma kellhomx tfal flimkien, f’liema każ sempliċi koabitazzjoni tkun biżżejjed.
  • Kwalunkwe persuna kkundannata b’omiċidju intenzjonat fi kwalunkwe waħda mill-forom tiegħu, fejn id-deċedut kien il-konjuġi tagħhom jew il-persuna li magħha kellu jew kien marbut f’relazzjoni stabbli simili, hija eskluża milli tkun benefiċjarja.
  • Il-wild tal-persuna deċeduta, li kien dipendenti fuq dik il-persuna u għex magħha, jekk wieħed jassumi li t-tfal li huma minorenni jew adulti b’diżabilità huma finanzjarjament dipendenti.
  • Il-ġenitur tal-persuna deċeduta, li kien finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna, sakemm ma jkun hemm ħadd fis-sitwazzjonijiet imsemmija hawn fuq.
  • Il-ġenituri ta’ minorenni li jmutu bħala konsegwenza diretta tar-reat jitqiesu wkoll bħala vittmi indiretti għall-finijiet tal-għajnuna finanzjarja prevista mil-liġi Spanjola.

Fil-każ tal-mewt ta’ minorenni jew persuna b’diżabilità bħala konsegwenza diretta ta’ reat, il-ġenituri jew il-kustodji tal-minorenni jew tal-persuna b’diżabilità ser ikunu intitolati biss għal għajnuna li tikkonsisti f’kumpens għall-ispejjeż tal-funeral li ħallsu attwalment, sal-limitu stabbilit legalment.

F’każijiet ta’ offiżi sesswali li jikkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma, l-ammont ta’ għajnuna ser ikopri l-ispejjeż tal-kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, b’massimu stabbilit mil-liġi.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, jekk dawn wasslu għall-mewt tal-vittma diretta, li ġejjin jistgħu jkunu benefiċjarji tal-għajnuna:

  • il-konjuġi tad-deċedut;
  • is-sieħeb / sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha d-deċedut ikun għex għal mill-inqas sentejn;
  • is-sieħeb / sieħba barra ż-żwieġ li miegħu/magħha d-deċedut kellu t-tfal;
  • il-ġenituri tal-persuna deċeduta jekk dawn kienu jiddependu finanzjarjament fuq dik il-persuna; fin-nuqqas tal-ġenituri u f’din l-ordni, in-neputijiet, l-aħwa u n-nanniet tad-deċedut, li kienu finanzjarjament dipendenti fuq dik il-persuna;
  • jekk ma hemm l-ebda waħda mill-persuni imsemmija hawn fuq, tfal u, jekk m’hemm l-ebda waħda, il-ġenituri li ma kinux finanzjarjament dipendenti fuq id-deċedut.

Nista’ nieħu kumpens jekk jien qarib jew dipendenti ta’ vittma li baqgħet ħajja? Liema qraba jew dipendenti jistgħu jieħdu kumpens f’dan il-każ?

Fil-każ ta’ offiżi vjolenti jew sesswali li kkawżaw lill-vittma korrimenti fiżiċi serji jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali tagħhom, vittmi diretti biss għandhom id-dritt għal kumpens, jiġifieri dawk li sofrew mid-danni jew mill-ħsara. Il-vittmi indiretti jistgħu jkunu benefiċjarji tal-għajnuna biss fil-każ tal-mewt ta’ vittma diretta, fil-każijiet stipulati mil-liġi u diment li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati mil-liġi.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, li ġejjin jitqiesu bħala intitolati għad-drittijiet u għall-benefiċċji rregolati legalment:

  • id-deċeduti, jew dawk li sofrew ħsara fiżika u / jew mentali bħala riżultat tal-att terroristiku;
  • persuni li jsofru ħsara materjali, jekk dawn ma jitqisux li huma vittmi ta’ atti ta’ terroriżmu jew intitolati għal għajnuna, benefiċċji jew kumpens għal raġuni oħra;
  • persuni li, fil-każ tal-mewt tal-vittma u skont it-termini u fl-ordni tal-preferenza stipulata mil-liġi, jistgħu jkunu intitolati għall-għajnuna jew għad-drittijiet minħabba parentela (membri tal-familja), koabitazzjoni jew relazzjoni dipendenti mad-deċedut;
  • persuni li juru evidenza li jkunu sofrew theddid dirett u ripetut jew koerċizzjoni minn organizzazzjoni terroristika;
  • persuni mweġġgħin li sofrew gradi differenti ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, għat-tieni grad ta’ parentela;
  • persuni li kienu l-oġġett ta’ attakki terroristiċi iżda ma weġġgħux huma intitolati għal midalji u unuri, iżda mhux għal xi kumpens finanzjarju.

Nista’ nieħu kumpens jekk m’iniex ċittadin ta’ pajjiż tal-UE?

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali:

Iva, jekk l-Istat li l-vittma hija ċittadina tiegħu jagħti għajnuna simili lill-Ispanjoli fit-territorju tiegħu. Din il-prattika ta’ rikonoxximent, li fiha hija invokata l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Istat li l-vittma hija ċittadina tiegħu, għandha tintwera evidenza għaliha u tikkostitwixxi wieħed mid-dokumenti li għandhom jakkumpanjaw ir-rikors għal għajnuna definittiva għal pereżempju, inkapaċità temporanja jew korrimenti li jikkawżaw diżabilità. L-amministrazzjoni Spanjola ser tivverifika l-kontenut u l-validità tal-liġi barranija invokata u tiddetermina jekk tistax tiġi applikata għal kull każ speċifiku.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, sabiex japplikaw l-iskema ta’ għajnuna, il-benefiċċji u l-kumpens previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola, l-atti terroristiċi jkunu jridu twettqu f’territorju Spanjol jew taħt ġurisdizzjoni Spanjola u jkunu seħħew wara l-1 ta’ Jannar 1960.

Jekk vittma ssofri l-konsegwenzi ta' att terroristiku li jkun sar f’territorju Spanjol jew taħt ġurisdizzjoni Spanjola wara l-1 ta’ Jannar 1960, għandha d-dritt li taċċessa l-għajnuna prevista mil-liġi, irrispettivament min-nazzjonalità tagħha.

L-iskema ta’ għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola tapplika wkoll għall-każijiet li ġejjin:

ċittadini Spanjoli li huma vittmi barra ta’ gruppi li abitwalment joperaw fi Spanja, jew ta’ atti terroristiċi kontra l-Istat Spanjol jew l-interessi Spanjoli;

vittmi Spanjoli ta’ atti terroristiċi li jsiru barra mit-territorju nazzjonali li mhumiex inklużi fil-paragrafu ta’ hawn fuq;

Parteċipanti f’operazzjonijiet ta’ paċi u sigurtà li jiffurmaw parti mill-kontinġenti Spanjoli barra li huma l-oġġett ta’ attakk terroristiku.

Nista’ nitlob kumpens minn dan il-pajjiż jekk jien ngħix hawn jew jien minn hawn (dan huwa l-pajjiż tar-residenza jew tan-nazzjonalità tiegħi) anki jekk ir-reat sar f’pajjiż ieħor tal-UE? Nista’ nagħmel dan minflok nitlob kumpens fil-pajjiż fejn sar ir-reat? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Spanjola japplikaw għall-proċeduri proviżorji u finali għall-ipproċessar u l-għoti ta’ għajnuna lil vittmi diretti u indiretti ta’ reati previsti mil-liġi, jekk ir-reat ikun sar fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE.

F’każijiet bħal dawn, jekk ir-rikors għal għajnuna pubblika previst mil-leġiżlazzjoni Spanjola jsir permezz tal-awtoritajiet ta’ assistenza tal-Istat li fih jgħix b’mod abitwali ir-rikorrent, l-awtorità li tiddeċiedi fi Spanja (jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat (Dirección General de Costes de Personal y Pensiones Publicas) tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika (Ministerio de Hacienda y Función Pública)) għandha tinnotifika lir-rikorrent u lill-awtorità ta’ assistenza dwar:

  • l-irċevuta tal-pretensjoni għall-għajnuna mill-Istat, il-korp li jinvestiga l-każ, l-iskadenza sabiex jiġi riżolt il-każ u, jekk possibbli, id-data antiċipata sa meta ser tittieħed id-deċiżjoni;
  • id-deċiżjoni li tagħlaq il-każ.

Barra minn hekk, bħala l-korp li jieħu d-deċiżjonijiet, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat, jista’ jikseb il-kooperazzjoni tal-awtorità ta’ assistenza tal-Istat li fih jgħix b’mod abitwali min qiegħed jagħmel ir-rikors għall-għajnuna, sabiex issir seduta mar-rikorrent jew ma’ kwalunkwe persuna oħra li jqis meħtieġa.

Għal dan il-għan, dan jista’ jitlob lill-awtorità ta’ assistenza biex tipprovdi kulma huwa meħtieġa għall-korp investigattiv biex iwettaq is-seduta direttament, b’mod partikolari permezz ta’ telefon jew vidjokonferenzar, mal-persuna li għandha tinstema’, jekk taqbel ma’ dan jew

Għandi nkun irrappurtajt ir-reat mal-pulizija l-ewwel, biex inkun nista’ nitlob kumpens?

Iva, fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, għalkemm hemm il-possibbiltà li l-proċedimenti kriminali jistgħu jkunu nbdew mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-inizjattiva tagħhom stess, bl-ebda ħtieġa għal rappurtar lill-pulizija.

Bħala regola ġenerali, l-għoti tal-għajnuna huwa kondizzjonali fuq deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali, li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli. Filwaqt li jkunu għaddejjin il-proċedimenti kriminali, il-leġiżlazzjoni tipprevedi l-għoti ta’ għajnuna interim sabiex tindirizza s-sitwazzjonijiet finanzjarji prekarji ta’ vittmi ta’ reat jew il-benefiċjarji tagħhom. Jista’ isir rikors għall-għajnuna interim ladarba l-vittma tkun irrappurtat l-avvenimenti lill-awtoritajiet kompetenti jew meta l-proċedimenti kriminali jkunu nbdew mill-korpi kompetenti mingħajr il-ħtieġa ta’ rapport.

Għandi bżonn nistenna r-riżultat ta’ xi investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali qabel nista’ nagħmel pretensjoni?

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali, biex tippreżenta pretensjoni għal għajnuna finanzjarja, għandek tehmeż mal-pretensjoni kopja tad-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sew jekk hija sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tal-akkużat, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, huwa rekwiżit għall-għoti tal-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola li jew il-vittma tkun ingħatat id-dritt li tiġi kkumpensata permezz ta’ responsabbiltà ċivili għall-atti u l-konsegwenzi tagħhom li jistgħu jiġu kkumpensati bis-saħħa ta’ sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, jew għalkemm ma tkunx ħarġet tali sentenza, tkun saret l-investigazzjoni legali xierqa jew inkunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati.

L-ewwel għandi nfittex kumpens mit-trasgressur – jekk ġie identifikat?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, biex tippreżenta l-pretensjoni għal għajnuna finanzjarja, għandek tehmeż mal-pretensjoni kopja tad-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sew jekk hija sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ.

Dan ir-rekwiżit ifisser li, jekk inti ser titlob għajnuna finanzjarja, jeħtieġ li tibda proċedimenti legali kontra l-persuna allegatament responsabbli għar-reat.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, huwa rekwiżit għall-għoti tal-għajuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola li jew il-vittma tkun ingħatat id-dritt li tiġi kkumpensata permezz ta’ responsabbiltà ċivili għall-avvenimenti u l-konsegwenzi tagħhom li jistgħu jiġu kkumpensati bis-saħħa ta’ sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, jew għalkemm ma tkunx ħarġet tali sentenza, tkun saret l-investigazzjoni legali xierqa jew inkunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati.

Konsegwentement, huwa meħtieġ li l-proċedimenti kriminali jkunu nbdew jew tal-inqas tkun saret l-investigazzjoni ġudizzjarja xierqa, sabiex tapplika għall-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-liġi.

Jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat jew ikkundannat, xorta nista’ nikkwalifika għal kumpens? Jekk iva, x’evidenza għandi bżonn biex nappoġġja l-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, jekk it-trasgressur ma ġiex identifikat, mhuwiex possibbli li tapplika għal kumpens, peress li wieħed mir-rekwiżiti huwa kopja tad-deċiżjoni legali kontra l-allegat trasgressur li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli. Jekk il-proċedimenti kriminali għadhom iridu jispiċċaw - jiġifieri deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli li għadu ma ħariġx - jista’ jsir rikors għal għajnuna interim, diment li tiġi pprovduta evidenza tas-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tal-vittma jew tal-benefiċjarji tiegħu jew tagħha.

Jekk l-allegat trasgressur ma jidhirx fil-qorti, is-sentenza in absentia rilevanti għandha tiġi inkluża fir-rikors għal għajnuna.

Wieħed mid-dokumenti li għandu jiġi ppreżentat mar-rikorsi għal għajnuna interim huwa rapport mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-mewt, il-korrimenti jew il-ħsara ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali).

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, jista’ jsir rikors għall-għajnuna u l-benefiċċji previsti mil-leġiżlazzjoni Spanjola jekk ikunu saru l-investigazzjonijiet legali xierqa jew ikunu nbdew il-proċedimenti legali għas-sentenza tar-reati.

Hemm xi limitu ta’ żmien sakemm irrid nitlob kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-limitu ta’ żmien biex titlob għajnuna huwa ġeneralment sena minn meta jkun twettaq ir-reat.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ rikorsi għal kumpens għal dannu personali jew ħsara materjali normalment ikun ta’ sena, li jibda jgħodd mid-data li fiha seħħet il-ħsara.

Liema telf u spejjeż huma koperti mill-kumpens?

(a) għall-vittma tar-reat

- Ħsara materjali

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-għajnuna tingħata f’każ ta’ mewt, korriment fiżiku serju jew ħsara serja lis-saħħa fiżika jew mentali.

Korriment serju jitqies dak li jaffettwa l-integrità tal-ġisem jew is-saħħa fiżika jew mentali, u li b’mod temporanju jew permanenti jinkapaċita l-persuna li tkun sofrietu.

Korriment fiżiku jew ħsara lis-saħħa fiżika jew mentali jkun jeħtieġ li jkun serju biżżejjed biex tiġi ddikjarata diżabilità permanenti jew sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja li ddum aktar minn sitt xhur, skont il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Inkapaċità permanenti għandha tinvolvi tal-inqas inkapaċità ta’ 33 %.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, għajnuna ordinarja tkopri l-kontinġenzi li ġejjin:

  • Mewt: l-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni jitħallsu lill-benefiċjarji mill-Istat, sa limitu stabbilit legalment.

Barra minn hekk, f’każijiet applikabbli, il-benefiċjarji għandhom id-dritt għal:

  • ħlas straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti;
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • għajnuna għall-edukazzjoni;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Korriment personali:

Persuni li jkunu sofrew korriment fiżiku huma intitolati għal kumpens biex jonfquh fuq kura medika, prosteżi u interventi kirurġiċi marbuta mal-azzjoni terroristika, jekk tintwera l-ħtieġa għalihom u ma tkunx koperta minn xi sistema ta’ protezzjoni soċjali pubblika jew privata li tkopri dawn il-persuni.

Issir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet li ġejjin:

  • diżabilità severa;
  • inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni;
  • inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd;
  • inkapaċità permanenti parzjali: għal dawn is-sitwazzjonijiet, hemm stipulat kumpens finanzjarju fiss.

Barra minn hekk, f’każijiet applikabbli, il-benefiċjarji għandhom id-dritt għal:

  • Pagament straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti.
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali; għajnuna għall-edukazzjoni;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-kopertura tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kumpens għal effetti ta’ wara, inkluż indebolimenti fiżiċi, intellettwali, sensorji u organiċi u ħsara kożmetika li tirriżulta minn korriment u li tibqa’ ladarba jintemm il-proċess ta’ fejqan, is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku tinkludi nefqa fuq il-kura tas-saħħa futura, il-prosteżi, ir-riabilitazzjoni fid-dar u fil-kliniċi, u l-ispejjeż imġarrba minħabba t-telf ta’ indipendenza personali, fost affarijiet oħra.

Dan jinkludi wkoll inkapaċità temporanja, li tista’ tesperjenza vittma meta tkun qiegħda tirċievi kura tas-saħħa u ma tkunx tista’ twettaq l-attivitajiet okkupazzjonali jew normali tagħha.

B’mod simili, vittmi tat-terroriżmu affettwati minn korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità huma intitolati, fejn applikabbli, għal:

  • Pagament straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal responsabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti.
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • eżenzjoni minn tariffi akkademiċi;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Inkapaċità temporanja: Għal dawn l-iskopijiet, vittma tinftiehem bħala li tkun f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja meta tkun qiegħda tirċievi kura tas-saħħa u ma tkunx tista’ twettaq l-attivitajiet okkupazzjonali jew normali tagħha.

Barra minn hekk, f’każijiet xierqa, il-vittmi huma intitolati wkoll għal għajnuna addizzjonali mogħtija għal dawk li jiġu affettwati minn diżabilità permanenti jew korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, ħlief għal għajnuna għall-edukazzjoni.

  • Ħtif ta’ persuna: kumpens għal dan jinkludi kumpens finanzjarju fiss u kumpens għal korriment personali li l-att ta’ ħtif ta’ persuna seta’ kkawżalek.

B’mod simili, il-benefiċjarji jistgħu jiġu kkumpensati għal korriment personali li l-att tal-ħtif ta’ persuna seta’ kkawżalhom, flimkien ma’ tipi oħra ta’ għajnuna, bħal:

  • ħlas straordinarju ta’ kwalunkwe ammont ordnat f’sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għal resposabbiltà ċivili għal ħsara fiżika jew psikoloġika li tirriżulta mill-avvenimenti;
  • ħlas għal ħsara materjali;
  • għajnuna għal kura medika, u kura tas-saħħa u psikosoċjali addizzjonali;
  • għajnuna marbuta mal-abitazzjoni;
  • għajnuna straordinarja għal sitwazzjonijiet ta’ bżonn;
  • midalji mogħtija mill-Ordni Rjali ta’ Rikonoxximent Ċivili ta’ Vittmi tat-Terroriżmu (Real Orden de Reconocimiento Civil a las Víctimas del Terrorismo).
  • Ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip tieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Ir-responsabbiltà għal kumpens lil vittmi ta’ attakki terroristiċi tittieħed mill-Istat, li f’każijiet eċċezzjonali, ser iħallas il-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għal mewt jew għal ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontenġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

- Ħsara psikoloġika

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, jekk ir-reat ikkawża ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma (ħsara psikoloġika), l-ammont ta’ għajnuna ser iħallas l-ispejjeż ta’ kwalunkwe kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, mill-ammont massimu speċifikat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fir-rigward ta’ ħsara psikoloġika, il-vittmi ta’ attakki terroristiċi immedjatament ser jirċievu, mingħajr ħlas, l-assistenza psikoloġika u psikjatrika meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tagħhom għall-kura sakemm dan jitqies klinikament li jkun meħtieġ għall-aktar irkupru mgħaġġel u effettiv.

Din l-għajnuna testendi għall-vittmi diretti nfushom u wkoll għal dawk mhedda u l-familji tagħhom jew dawk li jikkoabitaw magħhom.

(b) Id-drittijiet ta’ persuni jew qraba tal-vittmi

- Ħsara materjali

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-ġenituri ta’ minorenni li jmut bħala riżultat ta’ reat jitqiesu bħala l-benefiċjarji bħala vittmi indiretti.

F’każijiet bħal dawn, l-għajnuna hija llimitata għal kumpens għall- ispejjeż tal-funeral li l-ġenituri jew il-gwardjani tal-wild deċedut jistgħu jkunu ħallsu attwalment, fi ħdan il-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

L-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni jitqiesu li huma spejjeż tal-funeral eleġibbli għal kumpens.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, l-Istat ser iħallas l-ispejjeż għat-tneħħija, għall-funeral, għad-difna u / jew għall-kremazzjoni ta’ persuni li nqatlu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sa limitu stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

- Ħsara psikoloġika:

  • uġigħ u sofferenzi tal-qraba jew tal-persuni intitolati/kumpens għal dawk li jissopravivaw jekk il-vittma mietet

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, l-għajnuna pprovduta fir-rigward ta’ assistenza psikoloġika u psikjatrika għall-vittmi diretti ta’ atti terroristiċi testendi wkoll għall-membri tal-familji u l-persuni li jikkoabitaw magħhom, li jistgħu jsofru effetti psikoloġiċi li jirriżultaw mill-atti terroristiċi li jidhru aktar tard: dawn huma intitolati għal finanzjament tal-ispiża tal-attenzjoni psikoloġika, wara preskrizzjoni minn tabib mediku, sa limitu determinat għal kura individwalizzata.

Il-kumpens jitħallas bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali, l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

L-ammont ta’ għajnuna ser jiġi ddeterminat billi jiġi applikat sett ta’ regoli, diment li dan ma jaqbiżx l-ammont speċifikat fis-sentenza:

  • fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (Indicador Público de Renta de Efectos Múltiples (IPREM)) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.

L-IPREM huwa indiċi li jiġi ffissat kull sena u li jintuża sabiex jiddetermina l-ammont ta’ ċerti benefiċċji jew il-livell limitu għall-aċċess għal ċerti benefiċċji, intitolamenti jew servizzi pubbliċi.

  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.
  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħtija lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallas l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Il-ħlas tal-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-ispejjeż tal-kura terapewtika għal offiżi sesswali li kkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittmi ser isir skont il-kriterji li ġejjin:

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir qabel tinbeda l-kura, jista’ jsir qbil dwar ħlas ta’ ammont ibbażat fuq pagament fix-xahar tal-IPREM. Jekk dan l-ammont ma jkunx biżżejjed biex titħallas il-kura, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-ispejjeż żejda jistgħu jintlaħqu permezz ta’ pagament wieħed jew pagamenti suċċessivi sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk r-rikors għall-għajnuna jsir meta tkun bdiet il-kura, in-nefqa ammontata mill-persuna kkonċernata ser titħallas flimkien ma’ nefqa futura għall-istess għan, sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk meta jsir ir-rikors, jintwera li l-kura ntemmet, l-għajnuna ser titħallas f’pagament wieħed, għall-ammont tan-nefqa ammontata, sal-ammont massimu permess. Jekk jintwera li l-kura jeħtieġ li titkompla u l-ammont massimu ma ntlaħaqx, ser ikun possibbli li jsir ħlas għan-nefqa ġdida li tirriżulta.

L-għajnuna interim tista’ tingħata wkoll qabel tingħata d-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek. Din l-għajnuna tista’ tingħata permezz ta’ pagament wieħed jew pagamenti regolari.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna ser tiġi pprovduta f’pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, isir pagament wieħed sa limitu stabbilit legalment.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew f’pagament wieħed jew f’pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità.

  • Għal inkapaċità temporanja, hemm limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar għall-kumpens.
  • Għal ħtif ta’ persuna, minbarra pagament wieħed, bħala kumpens għall-korriment personali kkawżat lill-vittma mill-ħtif ta’ persuna, l-għajnuna bbażata fuq in-numru ta’ jiem tal-ħtif ta’ persuna ser titħallas sal-limitu għal inkapaċità permanenti parzjali.
  • Fil-każ ta’ ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

B’mod ġenerali, il-ħlas isir bħala pagament wieħed tal-ammonti speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal akkomodazzjoni temporanja: din tiġi pprovduta f’pagamenti fix-xahar, bl-għajnuna li tiġi kkalkulata kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, fuq bażi ta’ kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Is-sistema ta’ pagamenti permezz ta’ pagamenti fix-xahar ser tiġi applikata għal każijiet ta’ inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità kkawżati minn attakki terroristiċi fl-ambitu stipulat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Għal każijiet li fihom, minħabba s-severità tal-korrimenti sofruti, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti totali għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard, il-ħlas permezz ta’ pagamenti fix-xahar jista’ jsir sal-limitu stabbilit legalment.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas tal-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna. Normalment, din l-għajnuna straordinarja tieħu l-forma ta’ pagament wieħed, ħlief għal korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

B’liema mod tista’ l-imġiba tiegħi fir-rigward tar-reat, ir-rekord kriminali tiegħi jew in-nuqqas li nikkoopera waqt il-proċedimenti ta’ kumpens jaffettwaw il-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens, u / jew l-ammont li nirċievi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-għajnuna pubblika tista’ tiġi rrifjutata jew l-ammont jitnaqqas jekk l-għoti totali jew parzjali ma jkunx ekwitabbli jew kuntrarju għall-ordni pubblika fiċ-ċirkustanzi li ġejjin iddikjarati minn sentenza:

  • jekk l-imġiba tal-benefiċjarju kkontribwixxiet direttament jew indirettament għall-mandat tar-reat jew għall-aggravar tad-danni tiegħu;
  • jekk il-benefiċjarju għandu rabtiet mal-attur jew jappartjeni għal organizzazzjoni dedikata għal kriminalità vjolenti.

Jekk persuna mietet bħala riżultat tar-reat li jaqa’ taħt waħda mir-raġunijiet imsemmija hawn fuq għal rifjut jew limitazzjoni tal-għajnuna, il-benefiċjarji jistgħu jaċċessaw l-għajnuna fuq il-bażi li jkunu vittmi indiretti, jekk ikunu f’diffikultà finanzjarja.

B’liema mod is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħi tista’ taffettwa l-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tiġi kkunsidrata billi jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jingħata, peress li japplikaw il-koeffiċjenti korrettivi li ġejjin:

  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-benefiċjarju jew b’mod konġunt mill-benefiċjarji kollha (fil-każ ta’ għajnuna wara mewt), skont l-iskala rilevanti;
  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-vittma fid-data meta l-korrimenti jew il-ħsara affettwaw is-saħħa tagħha (għajnuna għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità), skont l-iskala rilevanti.

Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek tiġi kkunsidrata wkoll biex jiġi ddeterminat jekk inti bħala benefiċjarju intix f’sitwazzjoni ta’ dipendenza finanzjarja li tista’ tirriżulta fl-għoti tal-għajnuna rilevanti. Jekk is-sitwazzjoni tiegħek hija finanzjarjament prekarja, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, tista’ tingħata għajnuna interim qabel deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għalihama hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, sabiex jiġi stabbilit intitolament għal kumpens għal mewt, tiġi kkunsidrata d-dipendenza finanzjarja tal-benefiċjarju fuq id-deċedut meta sseħħ mewt minħabba att terroristiku, permezz ta’ introjtu annwali ta’ xi tip li jirċievi.

Hemm xi kriterji oħra li jistgħu jaffettwaw il-probabbiltà tiegħi li nirċievi kumpens u / jew l-ammont?

Le.

Kif ser jiġi kkalkulat il-kumpens?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza. L-ammont eżatt jiġi ddeterminat billi tiġi applikata serje ta’ regoli:

  • Fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (Indicador Público de Renta de Efectos Múltiples (IPREM)) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.
  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.

Sabiex jiġi ddetemrinat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi riċevut f'dawn il-każijiet, jiġu applikati l-fatturi ta’ korrezzjoni li ġejjin b’mod suċċessiv għall-ammonti massimi ta’ kull għajnuna rilevanti:

  • introjtu ta’ xi tip li jiġi riċevut fuq bażi annwalizzata mill-vittma fid-data meta l-korrimenti jew il-ħsara affettwaw is-saħħa tagħha, skont l-iskala rilevanti:
    • introjtu taħt l-IPREM fis-seħħ f’dik id-data: fattur ta’ korrezzjoni = 1;
    • bejn 101 % u 200 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0.90;
    • bejn 201 % u 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0.80;
    • aktar minn 350 % tal-IPREM imsemmi = 0.70.
  • in-numru ta’ persuni li jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fid-data tal-korriment, skont il-kriterji stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, jekk jgħixu mal-vittma u askapitu tal-vittma, u diment li ma jirċivux introjtu ta’ xi tip li jaqbeż, fuq bażi annwalizzata, 150 % tal-IPREM annwalizzat fs-seħħ fid-data tal-korriment, skont l-iskala li ġejja:
    • għal erba’ (4) dipendenti jew aktar, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1;
    • għal tlett (3) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,95;
    • għal żewġ (2) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,90;
    • għal dipendent wieħed (1), jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,85;
    • jekk m’hemm l-ebda dipendent, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,80.
    • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija ta’ 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data meta seħħet il-mewt.

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ għajnuna li għandu jiġi riċevut f'dan il-każ, jiġu applikati l-fatturi ta’ korrezzjoni li ġejjin b’mod suċċessiv għall-ammonti massimi ta’ kull għajnuna rilevanti:

  • introjtu annwalizzat ta’ kwalunkwe tip li jiġi riċevut fid-data tal-mewt tal-vittma mill-benefiċjarju jew b’mod konġunt mill-benefiċjarji kollha (jekk hemm aktar minn wieħed), skont l-iskala li ġejja:
    • introjtu taħt l-IPREM fis-seħħ f’dik id-data: fattur ta’ korrezzjoni = 1;
    • bejn 101 % u 200 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0,90;
    • bejn 201 % u 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta’ korrezzjoni = 0,80;
    • aktar minn 350 % tal-IPREM imsemmi: fattur ta' korrezzjoni = 0,70.
  • in-numru ta’ persuni li fiż-żmien meta mietet il-vittma kienu jiddependu finanzjarjament fuqha jew fuq xi benefiċjarju. Dawk speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli ser jingħaddu bħala benefiċjarji, diment li kull wieħed minnhom jissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
    • li fiż-żmien meta mietet il-vittma kienu jgħixu magħha jew ma’ xi benefiċjarju, askapitu tal-vittma jew tal-benefiċjarji; u
    • li dawn ma jirċivux introjtu ta’ xi tip li meta jiġi annwalizzat jaqbeż 150 % tal-IPREM annwalizzat fis-seħħ fiż-żmien meta mietet il-vittma, skont l-iskala li ġejja:
      • għal erba’ (4) dipendenti jew aktar, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 1;
      • għal tlett (3) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,95;
      • għal żewġ (2) dipendenti, jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,90;
      • għal dipendent wieħed (1), jiġi applikat fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0,85;

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħti lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallsu l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Fil-każ ta’ offiżi sesswali li jikkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma, l-ammont ta’ għajnuna ser iħallas in-nefqa fuq il-kura terapewtika li tintgħażel b’mod liberu mill-vittma, sa limitu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-ħruġ tar-rapport mediku forensiku li juri l-ħsara lis-saħħa mentali tal-vittma li tista’ tiġi kkurata b’mod terapewtiku.

L-għajnuna interim tista’ tingħata qabel id-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna ser tiġi pprovduta f’pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Il-benefiċjarji ta’ dan il-kumpens ser jiġu intitolati għal żieda fl-għajnuna b’ammont fiss ta’ għoxrin pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-att terroristiku, għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fiż-żmien tal-mewt.

Huwa kkunsidrat li persuna tiddependi finanzjarjament fuq il-persuna deċeduta jekk, fiż-żmien tal-mewt, kienet tgħix totalment jew parzjalment askapitu ta’ dik il-persuna u ma kinitx tirċievi fuq bażi annwalizzata introjtu ta’ xi tip li jaqbeż 150 % tal-IPREM annwalizzat fis-seħħ dak iż-żmien.

Tingħata għajnuna wkoll għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni li mietu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sal-limitu stabbilit legalment. L-ispejjeż ser jiġu ssodisfati wara l-preżentazzjoni tal-fatturi rilevanti. Ser ikun meħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati mill-polza tal-assigurazzjoni li tkopri dawn l-ispejjeż, jew b'affidavit li jiddikjara n-nuqqas ta’ assigurazzjoni bħal din.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.

Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità.

Il-benefiċjarji ser ikunu intitolati għall-għajnuna pprovduta u għal żieda fl-għajnuna msemmija b’ammont fiss ta’ 20 pagament fix-xahar tal-IPREM rilevanti għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma meta sar l-att terroristiku li kkawża l-korriment.

  • Għal inkapaċità temporanja, ser jitħallas kumpens jikkorrispondi għal darbtejn l-IPREM rilevanti għall-perjodu tal-inkapaċità temporanja, sa limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar.
  • Għal ħtif ta’ persuna, il-vittmi ser jiġu kkumpensati bl-ammont stabbilit legalment għall-ħtif ta’ persuna. Barra minn hekk, bħala kumpens għal kwalunkwe korriment personali kkawżat lill-vittma mill-ħtif ta’ persuna, ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-IPREM ta’ kuljum għal kull jum li jkun dam il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.
  • Ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Meta jiġi kombinat flimkien, dan il-kumpens qatt ma jista’ jaqbeż il-valur tal-ħsara kkawżata.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi ta’ lussu.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk, bħala riżultat ta’ attakk terroristiku, il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja, billi jħallas għajnuna kkalkulata fuq bażi ta’ kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, u fuq bażi ta’ kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ammont jew in-nefqa meħtieġa għat-tiswija.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti personali għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Sabiex tibbenifika mill-għajnuna, ma tistax tkun ġa ssodisfajt, jew tissodisfa r-rekwiżiti legali biex tikseb, kwalifika tal-istess livell jew ta’ livell ogħla mill-istudji li tintalab l-għajnuna għalihom.

Għal tagħlim tal-lingwi u studji ta’ bakkalawrjat jew ekwivalenti jew ta’ livell ogħla, ser japplikaw ir-rekwiżiti akkademiċi għar-reġistrazzjoni u l-kontenut tal-istudju miksub stipulati fil-leġiżlazzjoni Spanjola dwar boroż tal-istudju u għajnuna għall-istudju.

Madankollu, għall-kalkolu tal-kisba akkademika minima meħtieġa tal-benefiċjarji tal-għajnuna għall-istudju, il-Ministeru tal-Intern ser japplika fattur ta’ korrezzjoni ta’ 0.60 għall-istudenti bi ħtiġijiet ta’ appoġġ edukattiv speċifiku li jeħtieġu adattament tal-kurrikulu jew żieda fiż-żmien għall-istudji tagħhom minħabba inkapaċità fiżika jew mentali.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas il-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat kif ġej:

  • Jekk hemm sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli li tagħti kumpens minħabba responsabbiltà ċivili, jew għal mewt jew għal korriment fiżiku jew mentali li jikkawża xi waħda mill-kontinġenzi msemmija hawn fuq, ser isir pagament wieħed ta’ għajnuna bl-ammont speċifikat legalment.
  • Jekk is-sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli ma tagħtix kumpens jew ma tippermettix l-għoti ta’ xi ammont minħabba responsabbiltà ċivili, għal korriment fiżiku jew mentali, l-għajnuna ser titħallas bħala pagament wieħed għall-kontinġenzi kollha ħlief li ġejjin:
    • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-koperta tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.
    • Ħtif ta’ persuna: ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) ta’ kuljum għal kull jum li jdum il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.

Hemm ammont minimu/massimu li jista’ jingħata?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali l-ammont ta’ għajnuna qatt ma jista’ jaqbeż il-kumpens stabbilit fis-sentenza.

L-ammont ta’ għajnuna ser jiġi ddeterminat billi jiġi applikat sett ta’ regoli, diment li dan ma jaqbiżx l-ammont speċifikat fis-sentenza:

  • Fil-każ ta’ inkapaċità temporanja, ladarba jkunu għaddew l-ewwel sitt xhur, ser jiġi riċevut ammont ekwivalenti għal darbtejn l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet ta’ kuljum attwali (IPREM) waqt li l-persuna affettwata tkun għadha inkapaċitata, bil-pagamenti fix-xahar rilevanti li jsiru matul dak il-perjodu.
  • Fil-każ ta’ korrimenti li jikkawżaw diżabilità, l-ammont massimu li għandu jiġi riċevut huwa marbut mal-IPREM fix-xahar attwali fid-data li l-korrimenti jew il-ħsara jaffettwaw is-saħħa ta’ persuna u ser jiddependi fuq il-livell ta’ diżabilità:
    • Għal inkapaċità permanenti parzjali: 40 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: 60 pagament fix-xahar.
    • Għal inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: 90 pagament fix-xahar.
    • Għal diżabilità severa: 130 pagament fix-xahar.
  • Fil-każ ta’ mewt, l-għajnuna massima li għandha tiġi riċevuta hija ta’ 120 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data meta seħħet il-mewt.

L-ammont ta’ għajnuna għall-ispejjeż tal-funeral mogħti lill-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult b’diżabilità li jmut bħala konsegwenza diretta ta’ reat ser iħallsu l-ispejjeż li jkunu tħallsu attwalment sa massimu ta’ ħames pagamenti fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-mewt.

Il-ħlas tal-ammont ta’ għajnuna mogħtija għall-ispejjeż tal-kura terapewtika għal offiżi sesswali li kkawżaw ħsara lis-saħħa mentali tal-vittmi ser isir skont il-kriterji li ġejjin:

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir qabel tinbeda l-kura, jista’ jsir qbil dwar ħlas ta’ ammont ibbażat fuq pagament fix-xahar tal-IPREM. Jekk dan l-ammont ma jkunx biżżejjed biex titħallas il-kura, fuq talba tal-persuna kkonċernata, l-ispejjeż żejda jista’ jintlaħqu permezz ta’ pagament wieħed jew permezz ta’ pagamenti suċċessivi sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir meta tkun bdiet il-kura, in-nefqa ammontata mill-persuna kkonċernata ser titħallas flimkien ma’ nefqa futura għall-istess għan, sal-aħħar tal-kura jew, jekk applikabbli, sakemm jintlaħaq l-ammont massimu stabbilit.
  • Jekk meta jsir ir-rikors, jintwera li l-kura ntemmet, l-għajnuna ser titħallas f’pagament wieħed, għall-ammont tan-nefqa ammontata, sal-ammont massimu permess. Jekk jintwera li l-kura jeħtieġ li titkompla u l-ammont massimu ma ntlaħaqx, ser ikun possibbli li jsir ħlas għan-nefqa ġdida li tirriżulta.

L-għajnuna interim tista’ tingħata wkoll qabel tingħata d-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti kriminali li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, diment li tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċajt fiha inti bħala l-vittma jew il-benefiċjarji tiegħek. Din l-għajnuna tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ pagament wieħed jew permezz ta’ pagamenti regolari.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu:

  • Fil-każ ta’ mewt, l-ammont ta’ kumpens ser ikun EUR 250 000, li ser jiżdied b’ammont fiss ta’ 20 pagament fix-xahar tal-IPREM fis-seħħ fid-data tal-att terroristiku, għal kull wieħed mill-ulied jew minorenni koperti li kienu jiddependu finanzjarjament fuq il-vittma fiż-żmien tal-mewt.

Għall-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni maqtula bħala riżultat ta’ attakk terroristiku li mhumiex koperti minn polza tal-assigurazzjoni, isir pagament wieħed sa limitu ta’ EUR 6 000.

  • Fil-każ ta’ korriment personali: Għal diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd u inkapaċità permanenti parzjali, l-għajnuna titħallas bħala pagament wieħed skont l-ammonti stabbiliti legalment.
    • Diżabilità severa: EUR 500 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 180 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 100 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 75 000.
  • Għal kumpens ta’ korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità, il-kumpens isir jew bħala pagament wieħed jew pagamenti fix-xahar, skont l-iskala stabbilità u mal-istess limitu għal inkapaċità permanenti parzjali (EUR 75 000).
  • Għal inkapaċità temporanja, il-kumpens jitħallas b’mod li jikkorrispondi għal darbtejn l-IPREM rilevanti għall-perjodu li fih il-vittma tkun inkapaċitata b’mod temporanju, sa limitu ta’ 18-il pagament fix-xahar.
  • Għal ħtif ta’ persuna, ser jitħallas pagament wieħed ta’ EUR 12 000 għall-ħtif ta’ persuna flimkien ma’ tliet darbiet l-IPREM ta’ kuljum għal kull jum li dam il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu għal inkapaċità permanenti parzjali (EUR 75 000).
  • Fil-każ ta’ ħsara materjali: din l-għajnuna hija sekondarja għal xi tip ieħor ta’ għajnuna li tingħata mill-awtoritajiet pubbliċi jew li tirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u titnaqqas mill-ammont li wieħed jirċievi minn dawn.

Il-ħsara kkawżata lil assi li huma prorjetà tal-pubbliku ma tistax tiġi kkumpensata.

B’mod ġenerali, il-ħlas isir bħala pagament wieħed tal-ammonti speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna għal akkomodazzjoni temporanja: din tiġi pprovduta f’pagamenti fix-xahar, bl-għajnuna li tiġi kkalkulata kuljum jekk l-akkomodazzjoni tkun f’lukanda, u fuq kull xahar jekk l-abitazzjoni tkun qiegħda tinkera.

Il-benefiċjarji huma intitolati għal:

Kumpens għal ħsara lill-abitazzjoni:

  • Għal residenzi abitwali ta’ persuni fiżiċi, fejn residenza abitwali ġeneralment tinftiehem bħala l-bini li jikkostitwixxi r-residenza ta’ persuna jew unità ta’ familja għal tal-inqas sitt xhur mis-sena, jista’ jitħallas kumpens għal ħsara lill-istruttura, tagħmir u l-għamara li meħtieġa li tiġi sostitwita sabiex titreġġa’ lura għall-kondizzjonijiet preċedenti tagħha ta’ abitabilità, ħlief ċerti elementi.
  • Għal residenzi mhux abitwali, il-kumpens jinkludi 50 % tal-ħsara sal-limitu għall-abitazzjoni speċifikat mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Akkomodazzjoni temporanja:

  • Jekk il-persuni affettwati jridu jħallu darhom b’mod temporanju bħala riżultat ta’ attakk terroristiku filwaqt li jkun qiegħed isir xogħol ta’ tiswija, il-Ministeru tal-Intern jista’ jikkontribwixxi għall-ħlas tal-ispejjeż li jirriżultaw minn akkomodazzjoni temporanja.

Kumpens għal ħsara lil stabbilimenti kummerċjali jew industrijali:

  • Il-kumpens jinkludi l-valur ta’ tiswijiet meħtieġa biex jitkomplew l-operazzjonijiet fi stabbilimenti bħal dawn, inkluż għamara u tagħmir bi ħsara, sal-limitu ta’ kumpens fiss mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kumpens għal ħsara lill-vetturi:

  • Tista’ tiġi kkumpensata ħsara kkawżata lil vetturi privati, kif ukoll dik imġarrba minn vetturi użati għat-trasport fuq l-art ta’ persuni jew oġġetti.
  • Huwa essenzjali li, meta jsir l-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja għall-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjoni tkun meħtieġa minn leġiżlazzjoni speċifika.
  • Il-kumpens ser jinkludi l-ispejjeż meħtieġa għat-tiswija, u jekk tinqered il-vettura, hemm ukoll disponibbli l-għajnuna.
  • Għajnuna għall-edukazzjoni: Tingħata għajnuna għall-istudju jekk att terroristiku jirriżulta f’korrimenti għall-istudent, l-armla jew l-armel, is-sieħeb / sieħba mhux miżżewweġ/miżżewġa jew it-tfal tal-persuna deċeduta jew għall-ġenituri, l-aħwa jew il-gwardjani, li jinkapaċitawhom milli jwettqu l-okkupazzjoni tas-soltu tagħhom, bir-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Is-sistema ta’ pagamenti permezz ta’ pagamenti fix-xahar ser tiġi applikata għal każijiet ta’ inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità kkawżati minn attakki terroristiċi fl-ambitu stipulat mil-leġiżlazzjoni Spanjola.

Għal każijiet li fihom, minħabba s-severità tal-korrimenti sofruti, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti totali għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard, il-ħlas permezz ta’ pagamenti fix-xahar jista’ jsir sa EUR 18 030.36.

F’każijiet eċċezzjonali, l-Istat ser jieħu r-responsabbiltà biex iħallas tal-kumpens rilevanti abbażi tar-responsabbiltà ċivili għall-mewt jew għall-ħsara fiżika jew psikoloġika, li jkopri l-kontinġenzi li ġejjin: mewt, diżabilità severa, inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, inkapaċità permanenti parzjali, korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità u ħtif ta’ persuna.

L-ammont ta’ kumpens ser jiġi ddeterminat kif ġej:

  • Jekk hemm sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, li tagħti kumpens minħabba responsabbiltà ċivili, jew għal mewt jew għal korriment fiżiku jew mentali li jikkawża xi waħda mill-kontinġenzi msemmija hawn fuq, l-ammont stabbilit fis-sentenza ser jitħallas sal-limiti li ġejjin:
    • Mewt: EUR 500 000.
    • Diżabilità severa: EUR 750 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 300 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 200 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 125 000.
    • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: EUR 100 000.
    • Ħtif ta’ persuna: EUR 125 000.
  • Jekk is-sentenza li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli ma tagħtix kumpens jew ma tippermettix l-għoti ta’ xi ammont minħabba responsabbiltà ċivili, għal korriment fiżiku jew mentali, ser jitħallsu l-ammonti li ġejjin:
    • Mewt: EUR 250 000.
    • Diżabilità severa: EUR 500 000.
    • Inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni: EUR 180 000.
    • Inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd: EUR 100 000.
    • Inkapaċità permanenti parzjali: EUR 75 000.
  • Korrimenti permanenti li ma jikkawżawx diżabilità: f’dan il-każ, il-koperta tvarja skont il-valutazzjoni tal-ħsara li tkun saret skont is-sistema stabbilità għal vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku billi tintuża l-iskala li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali dwar l-ammonti ta’ kumpens għal korriment permanenti, mutilazzjoni u deformazzjoni u korrimenti li ma jikkawżawx diżabilità kkawżati minn aċċident fuq il-post tax-xogħol jew marda okkupazzjonali.
  • Ħtif ta’ persuna: Ser titħallas għajnuna ekwivalenti għal tliet darbiet l-Indiċi tal-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) ta’ kuljum għal kull jum li jdum il-ħtif ta’ persuna, sal-limitu ta’ kumpens stabbilit għal inkapaċità permanenti parzjali.

Mistenni li nikkwota l-ammont fil-formola tal-pretensjoni? Jekk iva, hemm xi istruzzjonijiet dwar kif nikkalkulah jew dwar xi aspetti oħra?

Le.

Kwalunkwe kumpens li nirċievi għat-telf tiegħi minn sorsi oħra (bħall-iskema tal-assigurazzjoni tal-impjegatur tiegħi jew waħda privata) ser jitnaqqas mill-kumpens imħallas mill-awtorità/korp?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, b’mod ġenerali, ir-riċeviment ta’ għajnuna regolata legalment mhuwiex kompatibbli mar-riċeviment ta’ kumpens għal korrimenti u ħsara kkawżati mir-reat li jiġi stipulat minn sentenza.

Madankollu, huwa possibbli li titħallas l-għajnuna regolata legalment kollha jew parti minnha jekk it-trasgressur ġie ddikjarat bħala insolventi parzjalment; iżda l-ammont riċevut miż-żewġ sorsi qatt ma jista’ jkun aktar minn dak stabbilit fid-deċiżjoni ġudizzjarja.

Għalhekk, l-għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Spanjola hija inkompatibbli ma’:

  • Kumpens finanzjarju li huwa intitolat għalih il-benefiċjarju minn sistema tal-assigurazzjoni sakemm l-ammont ta’ kumpens minn assigurazzjoni b’kuntratt b’mod privat ikun inqas minn dak stabbilit mis-sentenza.
  • Fil-każ tal-inkapaċità temporanja tal-vittma, l-għajnuna hija inkompatibbli ma’ kwalunkwe benefiċċju li jista’ jitħallas għal inkapaċità bħal din fi skema tas-sigurtà soċjali pubblika. Din l-inkompatibbiltà ser titqies bħala li teżisti meta l-għajnuna regolata Spanjola u l-kumpens jew l-għajnuna finanzjarja li huwa intitolat għaliha l-benefiċjarju permezz ta’ sistema ta’ assigurazzjoni privata jkopru l-istess riskji u sitwazzjonijiet ta’ bżonn.

Minkejja dan ta’ hawn fuq, il-ħlas possibbli tal-għajnuna regolata legalment jista’ jkun xieraq għal benefiċjarju ta’ assigurazzjoni privata jekk l-ammont ta’ kumpens li jiġi riċevut mill-assigurazzjoni jkun inqas minn dak stabbilit fis-sentenza, diment li d-differenza li għandha titħallas ma taqbiżx l-iskala stabbilità.

Fil-każ ta’ korriment jew ħsara li tikkawża l-inkapaċità permanenti jew il-mewt tal-vittma, ir-riċeviment tal-għajnuna ser ikun kompatibbli mar-riċeviment ta’ kwalunkwe pensjoni pubblika li l-benefiċjarju għandu dritt li jirċievi.

L-għajnuna għal inkapaċità permanenti hija inkompatibbli ma’ dik għal inkapaċità temporanja.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fir-rigward tal-ħsara materjali kkawżata lill-vittmi bħala riżultat ta’ dan it-tip ta’ reat, il-kumpens għal dan it-tip ta’ ħsara ser ikun sekondarju għal dak mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jirriżulta minn kuntratti ta’ assigurazzjoni, u ser jitnaqqas mill-ammont riċevut minn dawn is-sorsi.

Fir-rigward ta’ ħsara lill-vetturi, il-ħsara kkawżata lil vetturi privati tista’ tiġi kkumpensata kif ukoll dik sofruta mill-utenti tat-trasport fuq l-art għal persuni jew oġġetti, ħlief dawk fi sjieda pubblika, diment li fiż-żmien tal-inċident, il-polza tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura tkun aġġornata, jekk tali assigurazzjni tkun meħtieġa mil-leġiżlazzjoni speċifika. Dan il-kumpens huwa sekondarju għal kwalunkwe kumpens ieħor mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jirriżulta minn kuntratti tal-assigurazzjoni, u jitnaqqas mill-ammonti ta’ tali kumpens.

Fir-rigward tal-ispejjeż tat-tneħħija, tal-funeral, tad-dfin u / jew tal-kremazzjoni ta’ persuni li mietu bħala riżultat ta’ attakk terroristiku, il-pagament ser isir mill-Gvern Ċentrali Spanjol diment li r-riċevituri ma jkunux koperti minn polza tal-assigurazzjoni, sa limitu stabbilit legalment. Ser ikun meħtieġ li takkumpanja l-fatturi rilevanti mal-polza tal-assigurazzjoni li tkopri dawn l-ispejjeż, jew ma’ affidavit li jiddikjara n-nuqqas ta’ assigurazzjoni bħal din.

Nista’ nieħu kumpens bil-quddiem? Jekk iva, taħt liema kondizzjonijiet?

Iva.

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, tista’ tingħata għajnuna interim qabel id-deċiżjoni legali li ttemm il-proċedimenti legali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli, sakemm tkun intweriet is-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li spiċċaw fiha l-vittma jew il-benefiċjarji tagħha. Is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ vittma jew tal-benefiċjarji ser titqies bħala prekarja jekk, fid-data li jsir ir-rikors għall-għajnuna, la l-vittmi u lanqas il-benefiċjarji ma jkunu qegħdin jirċievu introjtu annwalizzat ta’ xi tip ikbar mill-Introjtu Pubbliku għall-Bosta Skopijiet (IPREM) anwalizzat fis-seħħ meta jsir ir-rikors.

Fi kwalunkwe każ, għall-għoti ta’ għajnuna interim bħal din, għandu jintwera li ir-rikorrent jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli biex ikun benefiċjarju tal-għajnuna definittiva rilevanti.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-Ministeru tal-Intern jista’ jħallas ammont bil-quddiem, sal-limitu stabbilit legalment, filwaqt li jkun pendenti r-riċeviment tal-għajnuna definittiva, f’każijiet li fihom is-severità tal-korrimenti sofruti bħala riżultat tal-azzjoni terroristika, huwa raġonevoli li jiġi preżunt li l-inkapaċità permanenti għall-okkupazzjoni normali ta’ xi ħadd, l-inkapaċità permanenti għal kwalunkwe okkupazzjoni, jew id-diżabilità severa tal-vittma tiġi ddikjarata aktar tard.

B’mod simili, meta jkun hemm korrimenti li jikkawżaw diżabilità jew inkapaċità temporanja, il-perjodi ta’ barra x-xogħol jistgħu jitħallsu fuq bażi trimestrali. Dawn l-ammonti mħallsa f’pagamenti fix-xahar ser ikunu ekwivalenti għal darbtejn l-IPREM fis-seħħ fid-data tal-korriment għall-jiem tal-inkapaċità.

Nista’ nieħu kumpens kumplimentari jew addizzjonali (wara eż. bidla fiċ-ċirkostanzi jew saħħa li tmur għall-agħar, eċċ.) wara d-deċiżjoni ewlenija?

Iva.

Fil-każ ta’ reati vjolenti jew offiżi sesswali, jekk, wara li tkun ingħatat għajnuna għal ċertu livell ta’ inkapaċità jew indeboliment, isseħħ sitwazzjoni aktar serja li tkun tistħoqq ammont ikbar jew il-mewt tal-vittma bħala konsegwenza diretta tal-korrimenti jew ħsara, ikun xieraq li ssir għotja ta’ għajnuna ta’ darba għall-aggravar tal-konsegwenza preġudizzjarja.

Il-perjodu biex isir ir-rikors għall-għajnuna l-ġdida huwa sena li tibda tingħadd mid-data tas-sentenza li tagħti l-għajnuna inizjali sabiex tintalab reviżjoni tal-grad ta’ inkapaċità jew diżabilità.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, għalkemm normalment ir-rikorsi għandhom jitressqu fi żmien massimu ta’ sena mid-data ta’ meta seħħet il-ħsara, jekk bħala riżultat dirett tal-korrimenti sofruti minħabba l-att terroristiku, iseħħ aggravar tal-konsegwenzi jew il-mewt tal-persuna affettwata, ser jinbeda perjodu ġdid tal-istess durata għar-rikors għad-differenza rilevanti fl-ammont.

X’dokumenti ta’ sostenn għandi ninkludi mal-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, għall-għoti tal-għajnuna definittiva għal inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità, ir-rikors mill-vittma jew mir-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident.
  • Evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika.
  • Dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti.
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • ċertifikat maħruġ mill-korp maniġerjali kompetenti jew l-aġenzija, li jipprovdi evidenza li l-persuna kkonċernata ġiet koperta minn skema tas-sigurtà soċjali pubblika meta twettaq ir-reat. Jekk l-ebda waħda mhi disponibbli, dikjarazzjoni mill-persuna kkonċernata tkun biżżejjed: din ser tiġi vverifikata aktar tard mill-korp investigattiv.

Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir għal inkapaċità temporanja u l-persuna kkonċernata ġiet koperta minn skema tas-sigurtà soċjali pubblika, iċ-ċertifikat ipprovdut għandu juri wkoll li ma ngħata l-ebda dritt għal benefiċċju għal dik l-inkapaċità.

  • Jekk ir-rikors għall-għajnuna għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità jsir minn vittmi diretti koperti minn xi waħda mill-iskemi li jiffurmaw is-sistema tas-sigurtà soċjali, bl-eċċezzjoni tal-iskema speċjali għal impjegati taċ-ċivil u tal-militar (Régimen especial de los funcionarios públicos civiles y militares), għandha tiġi pprovduta d-deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawk il-korrimenti maħruġa mid-Direttur Provinċjali tal-Istitut tas-Sigurtà Soċjali Nazzjonali (Instituto Nacional de la Seguridad Social); jekk tkun għadha ma ħarġitx deċiżjoni, ir-rikorrent għandu jipprovdi dikjarazzjoni li nbdiet il-proċedura tal-inkapaċità adegwata.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva fil-każijiet fejn irriżultat il-mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma indiretta jew ir-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • evidenza dokumentarja tal-mewt u tal-istatus tal-benefiċjarju jew tal-vittma indiretta;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika.
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma (il-benefiċjarju bħala vittma indiretta) hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • ċertifikat tal-mewt għall-vittma diretta tar-reat, kif ukoll id-dokumentazzjoni li ġejja skont ir-rabta tal-benefiċjarju mad-deċedut:
    • jekk il-konjuġi tad-deċedut ma kienx separat jew legalment separat: ċertifikat sħiħ tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ maħruġ mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet wara d-data tal-mewt tal-vittma;
    • jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz (certificado de convivencia en domicilio común).

Sabiex tintwera koabitazzjoni permanenti bħala l-ekwivalenti tal-konjuġi, huwa rakkomandat li jiġi pprovdut ċertifikat maħruġ mir-reġistru rilevanti tas-sħab f’relazzjoni rreġistrata (Registro de parejas de hecho).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz (certificado de convivencia en domicilio común).
  • Tfal tad-deċedut: għandhom jiġu pprovduti ċ-ċertifikati rilevanti tar-reġistrazzjoni ta’ twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

Sabiex tintwera l-parentela tagħhom, it-tfal ta’ konjuġi li ma kienx legalment separat jew ta’ persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

B’mod simili, dawn għandhom juru li l-ġenitur tagħhom kien miżżewweġ ma’ jew kien qiegħed jikkoabita mad-deċedut, sakemm dawk il-fatti ma jkunux diġà ntwerew mir-rikors tal-ġenitur għall-għajnuna.

Barra minn hekk, kemm it-tfal tad-deċedut kif ukoll dawk tal-konjuġi li ma kienx separat legalment jew dawk tal-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut għandhom juru li kienu qegħdin jiddependu finanzjarjament fuq id-deċedut, permezz tad-dokumentazzjoni li ġejja:

  • ċertifikat ta’ koabitazzjoni maħruġ mill-kunsill lokali;
  • dikjarazzjon tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip riċevut matul it-tnax-il xahar immedjatament qabel id-data tal-mewt tal-vittma;
  • kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għas-sena finanzjarja li fiha seħħet il-mewt tal-vittma, jew jekk ma jsirx dan, għas-sena li tippreċedi immedjatament is-sena finanzjarja. Jekk ma sarux dawn id-dikjarazzjonijiet, għandu jiġi pprovdut ċertifikat ta’ eżenzjoni maħruġ mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali (Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT)).
  • Il-ġenituri tad-deċedut: għandhom juru l-paternità tagħhom permezz ta’ ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-twelid tal-iben jew tal-bint li mietet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li m’hemm l-ebda benefiċjarju ieħor possibbli li jista’ jieħu prijorità fl-aċċess għall-għajnuna, dawn għandhom jipprovdu dikjarazzjoni dwar l-istatus ċivili tal-iben jew il-bint fid-data tal-mewt kif ukoll jekk jafux dwar xi persuna oħra li tista’ tikkwalifika bħala benefiċjarju skont il-liġi applikabbli.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva għall-ispejjeż tal-funeral, ir-rikors, billi tintuża l-formola uffiċjali, tal-ġenituri jew gwardjani ta’ minorenni jew adult inkapaċitat, jew tar-rappreżentanti tagħhom, għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • evidenza dokumentarja tal-mewt u tal-istatus tal-benefiċjarju jew tal-vittma indiretta;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li ma hemm l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • Iċ-ċertifikat tal-mewt tal-minorenni jew adult nieqes mill-kapaċità.
  • Sabiex jintwera l-istatus tagħhom bħala benefiċjarji, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-twelid tal-minorenni jew l-adult legali inkapaċitat jekk ir-rikors isir mill-ġenituri, jew rekord uffiċjali li juri t-tutela, jekk it-talba ssir mill-gwardjan.
  • Jekk id-deċedut kien adult legali inkapaċitat, id-dokument li jiddikjara n-nuqqas ta’ kapaċità jew, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat li juri l-grad tan-nuqqas ta’ kapaċità.
  • Kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali għall-ġenituri jew gwardjani jew, fil-każ ta’ ċittadini ta’ Stat Membru ieħor tal-UE, dokument li juri n-nazzjonalità tagħhom.
  • Evidenza dokumentarja tal-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni.

Għall-għoti ta’ għajnuna definittiva biex tintnefaq fuq kura terapewtika wara offiżi sesswali, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali), b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità pubblika;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li rċiviet il-persuna kkonċernata jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb kwalukwe tip ta’ kumpens jew għajnuna għal dawk l-avvenimenti;
  • Kopja tas-sentenza legali li ttemm il-proċedimenti kriminali u li għaliha ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli (sentenza, sentenza in absentia, deċiżjoni li jingħalaq il-każ minħabba l-mewt tat-trasgressur, jew deċiżjoni li jaqa’ l-każ).

Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin għandhom jiġu mehmużin dejjem:

  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni mill-vittma dwar jekk inbdietx il-kura terapewtika u, jekk applikabbli, il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn għall-ispejjeż imħallsa. Jekk il-kura ma ntemmietx, dan għandu jiġi ddikjarat.

Għall-għoti ta’ għajnuna interim għal inkapaċità temporanja u korrimenti li jikkawżaw diżabilità, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • il-klassifikazzjoni tal-korrimenti jew tal-ħsara lis-saħħa, li ssir mill-korp kompetenti u skont il-proċedura prevista fil-leġiżlazzjoni rilevanti;
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

Għall-għoti ta’ għajnuna interim fil-każijiet fejn ikun irriżulta mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • Evidenza dokumentarja tal-mewt jew tal-istatus tal-benefiċjarju bħala vittma indiretta. Għandu jiġi pprovdut ċertifikat tal-mewt għall-vittma diretta tar-reat, kif ukoll id-dokumentazzjoni li ġejja, skont ir-rabta tal-benefiċjarju mad-deċedut:
    • jekk il-konjuġi tad-deċedut ma kienx separat jew legalment separat: ċertifikat sħiħ tar-reġistrazzjoni taż-żwieġ maħruġ mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet wara d-data tal-mewt tal-vittma.

Speċifikament għal dan it-tip ta’ għajnuna, dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz.

Sabiex tintwera koabitazzjoni permanenti bħala l-ekwivalenti tal-konjuġi, huwa rakkomandat li jiġi pprovdut ċertifikat maħruġ mir-reġistru rilevanti tas-sħab f’relazzjoni rreġistrata (Registro de parejas de hecho).

Speċifikament għal dan it-tip ta’ għajnuna, dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievi r-rikorrent matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

  • Jekk ir-rikorrent huwa l-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-liġi applikabbli, dan għandu jippreżenta ċertifikat ta’ koabitazzjoni fl-istess indirizz.
  • Tfal tad-deċedut: għandhom jiġu pprovduti ċ-ċertifikati rilevanti tar-reġistrazzjoni ta’ twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet.

Sabiex tintwera l-parentela tagħhom, it-tfal ta’ konjuġi li ma kienx legalment separat jew ta’ persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut, skont it-termini stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli, għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati rilevanti għar-reġistrazzjoni tat-twelid maħruġa mir-reġistru muniċipali tat-twelid, taż-żwiġijiet u tal-imwiet. B’mod simili, dawn għandhom juru li l-ġenitur tagħhom kien miżżewweġ ma’ jew kien qiegħed jikkoabita mad-deċedut, sakemm dawk il-fatti ma jkunux diġà ntwerew fir-rikors tal-ġenitur għall-għajnuna.

Barra minn hekk, kemm it-tfal tad-deċedut kif ukoll dawk tal-konjuġi li ma kienx separat legalment jew dawk tal-persuna li kienet qiegħda tikkoabita mad-deċedut għandhom juru li kienu qegħdin jiddependu finanzjarjament fuq id-deċedut, permezz tad-dokumentazzjoni li ġejja:

  • ċertifikat ta’ koabitazzjoni maħruġ mill-kunsill lokali;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip riċevut matul it-tnax-il xahar immedjatament qabel id-data tal-mewt tal-vittma;
  • kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għas-sena finanzjarja li fiha seħħet il-mewt tal-vittma, jew jekk ma jsirx dan, għas-sena li tippreċedi immedjatament is-sena finanzjarja. Jekk ma sarux dawn id-dikjarazzjonijiet, għandu jiġi pprovdut ċertifikat ta’ eżenzjoni maħruġ mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskali (Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT));
  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;

Għall-għoti ta’ għajnuna interim fil-każijiet fejn ikun irriżulta mewt, ir-rikors li jsegwi l-mudell uffiċjali tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi ir-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • iċ-ċertifikat tal-mewt tal-minorenni jew adult nieqes mill-kapaċità.
  • Sabiex jintwera l-istatus tagħhom bħala benefiċjarji, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tat-twelid tal-minorenni jew l-adult legali inkapaċitat jekk ir-rikors jsir mill-ġenituri, jew rekord uffiċjali li juri t-tutela, jekk it-talba ssir mill-gwardjan.
  • Jekk id-deċedut kien adult legali inkapaċitat, id-dokument li jiddikjara n-nuqqas ta’ kapaċità jew, fejn applikabbli, iċ-ċertifikat li juri l-grad tan-nuqqas ta’ kapaċità.
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li jirċievu l-ġenituri jew il-gwardjani matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT);
  • evidenza dokumentarja tal-ispejjeż relatati mal-avveniment ta’ qabel il-funeral, it-tneħħija, id-difna jew il-kremazzjoni.

Għall-għoti ta’ għajnuna interim biex tintnefaq fuq kura terapewtika għal offiżi sesswali, ir-rikors tal-vittma jew tar-rappreżentant tagħha għandu jkun fuq il-formola uffiċjali u għandu jinkludi d-dettalji u d-dokumenti li ġejjin:

  • deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom seħħ l-att b’karatteristiċi ta’ reat vjolenti volontarju (intenzjonali) jew offiża sesswali, b’indikazzjoni tad-data u tal-post tal-inċident;
  • evidenza li l-avvenimenti ġew irrappurtati lill-awtorità kompetenti jew li l-proċedimenti kriminali għalihom qegħdin jiġu segwiti mill-mozzjoni tal-awtorità kompetenti;
  • dikjarazzjoni dwar il-kumpens u l-għajnuna li jirċievi r-rikorrent, dwar rikorsi li qegħdin jiġu pproċessati jew dwar il-mezzi disponibbli biex jinkiseb xi tip ta’ kumpens jew għajnuna għall-avvenimenti;
  • rikors għar-rapport mill-prosekutur pubbliku li jindika li hemm evidenza prima facie biex jiġi preżunt li l-korrimenti ġew ikkawżati minn att vjolenti u volontarju (intenzjonali);
  • jekk il-vittma hija Spanjola, kopja tad-dokument tal-identità nazzjonali;
  • għal ċittadini ta’ Stat Membru tal-UE, dokument li jipprovdi evidenza tan-nazzjonalità tagħhom;
  • dikjarazzjoni mill-vittma dwar jekk inbdietx il-kura terapewtika u, jekk applikabbli, il-preżentazzjoni tad-dokumenti ta’ sostenn għall-ispejjeż imħallsa. Jekk il-kura ma ntemmietx, dan għandu jiġi ddikjarat;
  • dikjarazzjoni tal-introjtu ta’ kwalunkwe tip li tirċievi l-persuna kkonċernata matul is-sena immedjatament qabel id-data tar-rikors, kif ukoll kopja tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu għall-aħħar sena finanzjarja jew, jekk ma saritx din id-dikjarazzjoni, ċertifikazzjoni ta’ eżenzjoni maħruġa mill-Aġenzija Nazzjonali għall-Amministrazzjoni Fiskala (AEAT).

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-proċedura għall-għoti ta’ tipi differenti ta’ għajnuna stabbilità legalment tinbeda permezz ta’ rikors fuq il-formola uffiċjali mill-persuna kkonċernata jew mir-rappreżentant tagħha, li għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

  • dokumenti li jipprovdu evidenza tal-istatus tal-persuna affettwata jew, fejn applikabbli, il-grad tar-relazzjoni mal-vittma;
    • is-sentenza li ma jingħata l-ebda rimedju ieħor kontriha disponibbli li tirrikonoxxi d-dritt għal kumpens għall-avvenimenti u għall-ħsara kkonċernata fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni Spanjola;
    • jekk is-sentenza tkun għadha ma ħarġitx, iżda jekk ikunu saru l-proċedimenti legali jew jekk ikunu nbdew il-proċedimenti kriminali għall-prosekuzzjoni tar-reati, kwalunkwe dokument ta’ evidenza li jiġi ammess legalment li juri l-istatus tal-vittma jew tal-benefiċjarju, il-ħsara sofruta u n-natura tal-avvenimenti li kkawżaw dik il-ħsara;
    • kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva preċedenti;
    • iċ-ċertifikat tal-mewt, jekk il-vittma mietet;
    • kopja tar-reġistru tal-familja (Libro de familia);
    • rapporti jew dikjarazzjonijiet tal-pulizija;
    • rapporti kliniċi jew psikoloġiċi;
  • jekk tintalab akkomodazzjoni temporanja:
    • rapport tal-pulizija jew ċertifikat mingħand il-pulzija jew mill-Gwardja Ċivili li jiddikjara li l-ħsara allegata seħħet waqt jew bħala konsegwenza ta’ attakk terroristiku (jekk l-evidenza tal-kawża tal-ħsara ma tkunx irreġistrata fl-Amministrazzjoni);
    • jekk ir-rikorrent huwa sid: att awtentiku, kuntratt ta’ bejgħ jew ċertifikat mir-reġistru tal-art, jew l-aħħar irċevuta għal Taxxa fuq il-Proprjetà Reali (Impuesto de Bienes Inmuebles), jew dikjarazzjoni mill-President tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li ir-rikorrent huwa membru;
    • jekk ir-rikorrent huwa inkwilin: il-ftehim tal-kirja jew irċevuta tal-pagament għall-aħħar kirja jew irċevuta għall-ilma, għad-dawl jew għat-telefon f’isem l-inkwilin;
    • jekk ir-rikorrent la huwa sid u lanqas inkwilin: dokument li jipprovdi evidenza tal-pożizzjoni legali tiegħu li jagħmel jew jipprovdi t-tiswija;
    • jekk din tikkonċerna d-dar normali tiegħu u l-indirizz affettwat ma jidhirx fid-dokument tal-identità nazzjonali (DNI) tar-rikorrent: ċertifikat ta’ reġistrazzjoni jew dikjarazzjoni tar-ritorn fuq it-taxxa li tidher ir-residenza għal finijiet ta' taxxa, jew dikjarazzjoni mill-President tal-Assoċjazzjoni tar-Residenti li r-rikorrent huwa l-abitant użwali tad-dar;
  • jekk jintalab kumpens għal ħsara lil vettura:
    • rapport tal-pulizija jew ċertifikat mill-pulizija jew mill-Gwardja Ċivili li jiddikjara li l-ħsara allegata seħħet waqt jew bħala konsegwenza ta’ attakk terroristiku (jekk l-evidenza tal-kawża tal-ħsara ma tkunx irreġistrata fl-Amministrazzjoni);
    • iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tal-vettura, f’isem ir-rikorrent;
    • evidenza li, meta sar l-attakk, kien hemm fis-seħħ polza tal-assigurazzjoni b’kuntratt, b’indikazzjoni tat-tip u r-riskji koperti;
    • jekk saret it-tiswija, fattura li tipprovdi evidenza tal-ispiża għat-tiswija tal-ħsara kkawżata mill-azzjoni terroristika;
  • jekk intalbet għajnuna għall-istudju, jeħtieġ li jiġu mehmużin dokumenti ta’ sostenn li juru l-krediti li rreġistra għalihom l-istudent u l-prestazzjoni akkademika tiegħu.

Hemm imposti amministrattivi jew imposti oħrajn li għandhom jitħallsu meta tintlaqa’ u tiġi pproċessata l-pretensjoni?

Le.

Liema awtorità tiddeċiedi dwar pretensjonijiet ta’ kumpens (f’każijiet nazzjonali)?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, l-immaniġġjar u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għajnuna pubblika prevista fil-liġi huwa r-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, it-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-għoti jew ir-rifjut ta’ għajnuna mogħija legalment huwa r-responsabbiltà tal-Minsteru tal-Intern.

Fejn nibgħat il-pretensjoni (f’każijiet nazzjonali)?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika, fl-indirizz li ġej:

Avenida del General Perón, 38 (Edificio Master's II) - 28020 Madrid.

Għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti fejn ser jirċievu informazzjoni dwar kwalunkwe għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għalihom u dwar il-proċeduri differenti.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-link li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu tal-Ministeru tal-Intern, fl-indirizz li ġej:

Subdirección General de Apoyo a Víctimas del Terrorismo, C/ Amador de los Ríos 8. 28010 MADRID

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

Għandi bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u / jew meta tittieħed deċiżjoni dwar il-pretensjoni tiegħi?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, ladarba jkunu ntemmu l-investigazzjonijiet kollha u qabel jitfassal l-abbozz tad-deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna mitluba, ir-rikorrent jinstema, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, biex ikun jista’ jippreżenta l-argumenti rilevanti.

Jekk ir-reat twettaq fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna huwa resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE, meta r-rikors għall-għajnuna jsir mill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn jgħix ir-rikorrent b’mod abitwali, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika, bħala l-awtorità li tiddeċiedi, jista’ jikseb il-kooperazzjoni tal-awtorità ta’ assistenza rilevanti biex iwettaq il-proċedura għas-smigħ tar-rikorrent jew ta’ kwalunkwe persuna oħra jekk iqis dan bħala meħtieġ.

Sabiex issir is-seduta, id-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jista’ jitlob lill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru fejn ir-rikorrent għall-għajnuna huwa resident b’mod abitwali biex tipprovdi dak kollu li huwa meħtieġ sabiex il-korp li jkun qiegħed jinvestiga l-għoti jew ir-rifjut tal-għajnuna jkun jista’ jwettaq is-smigħ direttament, bit-telefon jew b’vidjokonferenza, jekk ir-rikorrent jaqbel ma’ dan. Barra minn hekk, l-awtorità ta’ assistenza li twettaq is-seduta għandha tibgħat lid-Direttorat Ġenerali għall-Ispejjeż tal-Persunal u tal-Pensjoni tal-Istat tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika rapport tas-seduta li tkun saret.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, japplikaw l-istess regoli għal reati vjolenti u offiżi sesswali meta r-reat ikun seħħ fi Spanja u r-rikorrent għall-għajnuna jkun resident b’mod abitwali fi Stat Membru ieħor tal-UE. Jekk ir-rikors għall-għajnuna jsir mill-awtorità ta’ assistenza tal-Istat Membru li fih ir-rikorrent huwa resident b’mod abitwali, huwa l-Ministeru tal-Intern, permezz tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu, bħala awtorità li tiddeċiedi, li jwettaq l-azzjoni deskritta hawn fuq fir-rigward tas-smigħ.

(Bejn wieħed u ieħor) kemm irid jgħaddi żmien biex nirċievi deċiżjoni dwar pretensjoni għal kumpens mill-awtorità?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-limitu ta’ żmien biex titlob l-għajnuna huwa ġeneralment ta’ sena li tibda mid-data meta seħħ ir-reat.

Il-limiti ta’ żmien biex toħroġ deċiżjoni biex tingħata jew tiġi rrifjutata l-għajnuna, jew finalment jew b’mod proviżorju, huma kif ġej:

  • għal korrimenti li jikkawżaw diżabilità, aggravar ta’ korrimenti, jew mewt: sitt (6) xhur;
  • għal inkapaċità temporanja: 4 xhur;
  • għall-ispejjeż ta’ kura terapewtika wara offiżi sesswali u għall-ispejjeż tal-funeral: xahrejn.

Ir-rikorsi jistgħu jinftiehmu bħala li ġew irrifjutati jekk l-ebda deċiżjoni ma tkun inħarġet espressament meta jkun għadda l-limitu ta’ żmien biex toħroġ deċiżjoni espliċita.

Fil-każ ta’ offiżi ta' terroriżmu, b’mod ġenerali, ir-rikorsi għandhom jiġu ppreżentati fi żmien sena minn meta seħħet il-ħsara jew mill-punt li fih saret dijanjożi li turi relazzjoni kawżali bejn il-konsegwenza u l-att terroristiku. Fil-każ ta’ għajnuna għall-istudju, il-limitu ta’ żmien huwa tliet xhur mir-reġistrazzjoni fil-kors.

Il-limitu ta’ żmien biex issir u tiġi kkomunikata d-deċiżjoni rilevanti huwa ta’ 12-il xahar, ħlief għal għajnuna għall-istudju li huwa sitt (6) xhur, bit-talba li tinftiehem bħala li ġiet approvata jekk il-limiti ta’ żmien ikunu għaddew bl-ebda deċiżjoni espliċita li tkun ħarġet.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-awtorità, kif nista’ nikkontestaha?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, ir-rikorrenti jistgħu jikkontestaw id-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar għajnuna stabbilità legalment fi żmien perjodu ta’ xahar wara n-notifika. Jekk id-deċiżjoni ma tiġix ikkontesta fi żmien dak il-perjodu, l-unika għażla hija li tressaq appell għal reviżjoni eċċezzjonali mal-Ministeru xieraq.

Ir-rikuża tista’ ssir lill-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika jew lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Għajnuna u Assistenza tal-Vittmi ta’ Reati Vjolenti (Comisión Nacional de Ayuda y Asistencia a las Víctimas de Delitos Violentos).

Il-Kummissjoni Nazzjonali hija l-korp kompetenti biex jiddeċiedi dwar rikużi għad-deċiżjonijiet tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Pubblika dwar l-għajnuna mogħtija mil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Jekk jgħaddu tliet xhur wara r-rikuża u ma jintlaħaq l-ebda ftehim mill-Kummissjoni Nazzjonali, ir-rikuża tista’ titqies bħala rrifjutata, u jista’ jitressaq appell amministrattiv kontriha.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, fis-sistema tal-ġustizzja legali amministrattiva, jista’ jsir appell internament jew rikuża diretta mid-deċiżjonijiet li jinħarġu mill-Ministeru tal-Intern dwar il-proċeduri amministrattivi biex isir rikors għat-tipi differenti ta’ għajnuna.

Fejn nista’ nikseb il-formoli meħtieġa u informazzjoni oħra dwar kif nagħmel pretensjoni?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti, fejn ser jirċievu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għalihom u dwar il-proċeduri differenti biex japplikaw għaliha.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-link li ġej.

Il-formoli speċifiċi għall-għajnuna huma disponibbli fil-link li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, ir-rikorsi għall-għajnuna jintbagħtu fuq il-formola uffiċjali tad-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ ta’ Vittmi tat-Terroriżmu tal-Ministeru tal-Intern, fl-indirizz li ġej:

Subdirección General de Apoyo a Víctimas del Terrorismo, C/ Amador de los Ríos 8. 28010 MADRID

Il-formoli speċifiċi għall-għajnuna huma disponibbli fil-link li ġej.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

Hemm linja għall-għajnuna jew sit web speċjali li nista’ nuża?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-forom jew mudelli għat-tipi differenti ta’ għajnuna huma disponibbli fil- link li ġej.

Tista’ tara l-lokalità tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati, li ser jipprovdu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għalik u l-proċeduri differenti li għandek tgħaddi minnhom biex tapplika għaliha, fil-link li ġej.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, tista’ tara s-sit web tal-Ministeru tal-intern għal informazzjoni dwar l-għajnuna disponibbli.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu.

Nista’ nikseb għajnuna legali (għajnuna minn avukat) meta nkun qed inħejji l-pretensjoni?

Fil-każ ta’ reati vjolenti u offiżi sesswali, il-vittmi jistgħu jitolbu għajnuna legali bla ħlas skont ir-rekwiżiti u l-proċedura stipulata fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

B’mod partikolari, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, vittmi ta’ vjolenza abbażi ta’ sess huma intitolati li jirċievu parir mediku bla ħlas immedjatament wara li jressqu lment, u għal difiża u rappreżentazzjoni bla ħlas minn avukat u li jiġu rrappreżentati fil-proċedimenti u fil-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw direttament jew indirettament mill-vjolenza sofruta.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, tim legali wieħed għandu jieħu ħsieb id-difiża tal-vittma, diment li dan jiggarantixxi b’mod dovut id-dritt tal-vittma għal difiża. Dan id-dritt ser japplika wkoll għas-suċċessuri fil-każ ta’ mewt tal-vittma, sakemm ma kinux involuti fl-atti.

Fil-każ ta’ offiżi ta’ terroriżmu, il-vittmi ta’ terroriżmu rikonoxxut mil-leġiżlazzjoni Spanjola huma intitolati għal għajnuna legali fil-proċedimenti ġudizzjarji u fil-proċeduri amministrattivi kollha li jirriżultaw mill-att terroristiku li jkun irriżulta fl-istatus tagħhom bħala vittma, irrispettivament mir-riżorsi finanzjarji tagħhom, skont it-termini tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi Spanja tal-għajnuna legali bla ħlas.

Fi kwalunkwe każ, għajnuna legali bla ħlas immedjata hija ggarantita għall-vittmi kollha tat-terroriżmu li japplikaw għaliha. Id-dritt għal għajnuna legali ser jintilef jekk l-istatus tal-vittma ma jingħatax sussegwentement jew jekk tinħareġ liberazzjoni li għaliha ma jkun hemm l-ebda rimedju disponibbli, jew jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni fuq il-każ, bl-ebda obbligu li titħallas mill-ġdid l-ispiża ta’ kwalukwe benefiċċju li tgawdi minnu bla ħlas sa dak il-punt.

Hemm xi organizzazzjonijiet ta’ appoġġ tal-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens?

Għal reati vjolenti u offiżi sesswali, għal għajnuna biex jippreżentaw u jibagħtu rikorsi għall-għajnuna, ir-rikorrenti jistgħu jmorru fl-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati rilevanti, fejn ser jirċievu informazzjoni dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tkun applikabbli għalihom u dwar il-proċeduri differenti biex jitolbuha.

Dawn l-uffiċċji jinstabu fil-komunitajiet awtonomi kollha, kważi fil-bliet kapitali provinċjali kollha, kif ukoll fi bliet oħrajn.

Tista’ ssib il-lokalitajiet tal-Uffiċċji ta’ Appoġġ għall-Vittmi ta’ Reati fil-link li ġej.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Qorti Superjuri ta’ Informazzjoni u Appoġġ għal Vittmi tat-Terroriżmu jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar l-għajnuna finanzjarja li tista’ tapplika għall-vittmi tat-terroriżmu. Dan l-Uffiċċju jinsab fi:

C/ Goya, 14, 5ª planta, 28071 MADRID.

Numru tat-telefon ta’ kuntatt: + 34 91 400 74 02

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.