Sib informazzjoni għal kull reġjun
L-Iskema ta’ Kumpens tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-korrimenti kriminali hija mfassla biex tikkumpensa lil vittmi ta’ reat vjolenti li jseħħ fl-Irlanda ta’ Fuq. L-Iskema ta’ Dannu Kriminali hija mfassla biex tikkumpensa d-dannu lill-proprjetà.
Nistgħu nagħmlu għotja għal korriment mentali jew fiżiku wara delitt ta’ vjolenza u għal attakki sesswali jew fiżiċi.
Iva, nistgħu nikkumpensaw qarib jew persuna dipendenti ta’ vittma li tkun mietet bħala riżultat ta’ reat vjolenti.
Qarib li jikkwalifika huwa konjuġi jew sieħeb reġistrat tal-mejjet/mejta, ġenitur tal-mejjet/mejta u tifel/tifla tal-mejjet/mejta.
Iva, qarib ta’ reat jista’ jirċievi għoti għal korriment mentali jekk il-vittma tkun issopravivviet delitt ta’ vjolenza.
Iva, il-kumpens huwa miftuħ għan-nazzjonalitajiet kollha.
Nistgħu nikkunsidraw biss pretensjonijiet ta’ kumpens li jseħħu fl-Irlanda ta’ Fuq.
L-iskema teħtieġ li l-applikanti kollha jirrappurtaw ir-reat lill-pulizija mingħajr dewmien hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli.
Le, iżda għandha ssir applikazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-inċident.
Le.
Iva, jekk l-awtur tar-reat ma ġiex identifikat jew ma nstabx ħati inti xorta tista' tikkwalifika għall-kumpens. Madankollu, l-applikant irid jirrapporta ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha tad-delitt lill-pulizija u jikkoopera mal-inkjesti.
Għandha ssir applikazzjoni fi żmien sentejn mid-data tal-inċident.
(a) Għall-vittma tar-reat:
Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
Is-Servizzi ta’ Kumpens se jikkunsidraw il-possibbiltà ta’ telf jew dannu fuq proprjetà jew spejjeż ta’ tagħmir assoċjati ma’ trattament għad-dannu, spejjeż tal-kura, tagħmir speċjali, adattamenti fl-akkomodazzjoni tal-applikant, tariffi assoċjati mal-Qorti tat-Tutela, spejjeż assoċjati mal-amministrazzjoni tal-affarijiet tal-applikant minħabba nuqqas ta’ kapaċità mentali. Telf ta’ qligħ jew dħul minn kapital
- Dannu psikoloġiku (morali):
Korriment mentali.
- Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
Is-Servizzi ta’ Kumpens iħallsu spejjeż raġonevoli għall-funeral. Qarib li jikkwalifika jista’ jkun eliġibbli għal liv għal mewt fil-familja.
- Dannu psikoloġiku:
Qarib li jikkwalifika jista’ jkun eliġibbli għal liv għal marda mentali fil-familja.
Il-kumpens normalment jitħallas bħala pagament uniku.
Talba tista’ titnaqqas jew ma ssir l-ebda għotja jekk l-imġiba tal-applikant ikkontribwiet biex iseħħ l-inċident, l-applikanti jkollhom fedina kriminali li fiha kundanni ta’ natura kriminali li ma jkunux ġew servuti u huma jonqsu milli jikkooperaw mal-pulizija jew mas-Servizzi ta’ Kumpens.
Dan mhu se jkollu ebda effett.
Il-kumpens jista’ jiġi affettwat jekk l-aggressur ikun jista’ jibbenefika minn għotja.
Il-kumpens huwa kkalkolat skont it-tariffa ta’ korrimenti li hija parti mill-Iskema.
L-għotja minima għad-danni hija ta’ GBP 1000 u l-għotja massima għad-danni hija ta’ GBP 250 000. Ma hemm l-ebda limitu fuq l-ammont totali tal-kumpens li jista’ jingħata.
Le, l-applikant mhux mistenni jikkwota dan l-ammont, huwa mistenni li jgħidilna dwar il-korrimenti tiegħu.
L-assigurazzjoni privata ma taffettwax l-ammont ta’ kumpens imħallas. Madankollu, il-kumpens tal-qorti u l-kumpens ċivili jitnaqqsu minn kwalunkwe għotja.
Għotja interim tista’ titħallas sakemm ma jkunx hemm ebda ħruġ ta' obbligazzjoni.
Iva, każ jista’ jerġa’ jinfetaħ fejn kien hemm bidla materjali fil-kundizzjoni medika tal-vittma b’mod li sseħħ inġustizzja jekk il-valutazzjoni oriġinali titħalla tipprevali.
Formola tal-applikazzjoni mimlija, Is-Servizzi ta’ Kumpens jitolbu lill-applikant jekk kwalunkwe informazzjoni oħra hijiex meħtieġa pereżempju dettalji dwar l-impjieg u dwar l-introjtu.
Ma hemm ebda spejjeż jew tariffi.
L-iskema ta’ Kumpens għal Korrimenti Kriminali tal-Irlanda ta’ Fuq.
Compensation Services, 6th Floor, Millennium House, 25 Great Victoria Street, Belfast, BT2 7AQ.
Le.
Iż-żmien medju meħud għall-ewwel deċiżjoni huwa ta’ 11-il xahar u għal deċiżjoni ta’ reviżjoni huwa ta’ sitt xhur.
Applikant għandu d-dritt ta’ rieżami u appell.
Mis-sit web tagħna http://www.nidirect.gov.uk/index/do-it-online/crime-justice-and-the-law-online/make-a-claim-in-cases-of-criminal-damage.htm
L-indirizz tas-sit web tagħna huwa http://www.nidirect.gov.uk/index/do-it-online/crime-justice-and-the-law-online/make-a-claim-in-cases-of-criminal-damage.htm
L-għajnuna legali mhix disponibbli taħt l-Iskema ta’ Korrimenti Kriminali. Tista’ taħtar avukat biex jassisti f’talba għal danni kriminali.
L-Appoġġ għall-Vittmi fl-Irlanda ta’ Fuq (Victim Support NI) jista’ jassisti lill-applikant bil-proċess ta’ kumpens.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.