Ir-reati vjolenti intenzjonati kollha, jiġifieri, attakki, theddid ta’ vjolenza u/jew theddid li jsir b’arma, qtil, qtil ta' persuna mingħajr intenzjoni, serq vjolenti u reati sesswali vjolenti (attakk u stupru indiċenti). Il-kumpens jista’ jingħata wkoll lil qraba superstiti ta’ vittma ta’ qtil ta' persuna mingħajr intenzjoni involontarju.
Il-pagament huwa maħsub biex jikkumpensak għall-uġigħ u għat-tbatija tiegħek u għal kwalunkwe spiża medika li ġġarrab għall-kura tal-korriment sostnut waqt ir-reat jew għal kwalunkwe telf ta’ qligħ minħabba inkapaċità li tirriżulta għax-xogħol. Dan mhuwiex maħsub biex jikkumpensak bis-sħiħ, iżda huwa ammont fiss, ta’ darba, li jitħallas bħala kontribuzzjoni lejn l-ispiża tal-ħsara li sofrejt.
Iva, tista’ tingħata kumpens jekk int il-konjuġi jew is-sieħeb/sieħba reġistrat/a jew ġenitur, wild, ħu jew oħt il-vittma li mietet. Int tista’ tkun eleġibbli għal kumpens għad-diffikultà li esperjenzajt bħala qarib superstit, għall-ispejjeż tal-funeral li ġarrabt u għat-telf tal-manteniment minħabba l-introjtu tal-persuna deċeduta.
Iva, il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven) jista’ jagħti kumpens jekk persuna sofriet ħsara psikoloġika minħabba li xehdet reat vjolenti jew kienet ikkonfrontata direttament mal-konsegwenzi ta’ reat vjolenti li sar kontra qarib.
Iva, diment li r-reat li int vittma tiegħu sar fit-territorju Olandiż.
Le, il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti jista’ jagħti kumpens biss bħala riżultat ta’ reat vjolenti li sar fuq territorju Olandiż.
Le, m’hemmx bżonn li tkun irrappurtajt ir-reat lill-pulizija biex t-talba tiegħek tiġi pproċessata mill-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti. Madankollu, fil-prattika, ir-rappurtar tar-reat u l-investigazzjoni kriminali sussegwenti għandhom rwol importanti biex tiġi ssostanzjata talba. Jekk ir-reat ma ġiex irrappurtat, għandu jkun possibbli li tiġi stabbilità l-plawsibilità tat-talba abbażi ta’ dikjarazzjonijiet oġġettivi oħra. “Oġġettivi” hawnhekk tirreferi għal informazzjoni miksuba minn sorsi affidabbli, mhux preġudikati.
Le. Madankollu, f’ċerti każijiet, il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti jista’ jikkunsidra li jkun meħtieġ li wieħed jistenna r-riżultat ta’ investigazzjoni tal-pulizija jew proċediment kriminali biex tiġi stabbilità l-plawsibilità tat-talba tiegħek.
Le.
Iva. Fir-rigward tas-sostanzjalità tal-plawsibilità, talbiet bħal dawn huma soġġetti għall-istess kondizzjonijiet ta’ dawk f’każijiet meta l-awtur tar-reat ikun magħruf.
Iva. Għandek tippreżenta t-talba tiegħek lill-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti fi żmien 10 snin mid-data li fiha sar ir-reat. Fil-każ ta’ qarib superstiti, dan il-perjodu jibda mid-data tal-mewt tal-vittma.
Pereżempju, il-kumpens ser ikopri:
(a) Għall-vittma tar-reat:
- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
Il-pagament mill-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti mhuwiex marbut ma’ telf speċifiku. Dan huwa ammont fiss, ta’ darba maħsub biex jikkumpensak għall-uġigħ u għat-tbatija tiegħek u għal kwalunkwe spiża medika li ġġarrab għall-kura tal-korriment sostnut waqt ir-reat u għal kwalunkwe telf ta’ qligħ minħabba inkapaċità li tirriżulta għax-xogħol.
- Ħsara psikoloġika (morali):
Iva.
(b) Għal persuni jew qraba intitolati ta’ vittma:
- Ħsara materjali (mhux psikoloġika):
Fil-każ ta’ qraba superstiti, il-pagament huwa maħsub ukoll bħala kumpens għall-uġigħ u għat-tbatija (id-diffikultà li tirriżulta mill-mewt ta’ qarib), għall-ispejjeż mediċi mġarrba, eż. għall-kura ta’ problemi psikoloġiċi kkawżati mill-mewt ta’ qarib, u/jew għal telf ta’ qligħ minħabba l-inkapaċità li tirriżulta għax-xogħol. Jista’ jsir ukoll pagament separat bħala kumpens għall-ispejjeż tal-funeral u għat-telf ta’ manteniment minħabba t-telf tal-introjtu tal-persuna deċeduta.
- Ħsara psikoloġika:
Iva.
B’pagament uniku.
Biex tkun eleġibbli għal pagament mill-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti, huwa importanti li int stess m’għandekx tkun ħati tar-reat. Fi kliem ieħor, ma tridx tkun l-awtur jew tkun kellek x'taqsam fir-reat int stess. Jekk kont involut/a fir-reat, il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti jista’ jirrifjuta t-talba tiegħek jew inaqqas l-ammont ta’ kumpens imħallas.
Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek ma taffettwax l-eleġibbiltà tiegħek għal kumpens għall-ħsara li sofrejt.
Il-livell ta’ pagament normalment jiġi bbażat fuq is-severità tal-ħsara li sofrejt jew iċ-ċirkostanzi tar-reat.
Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti ddefinixxa sitt kategoriji ta’ ħsara, kull waħda b’ammont ta’ kumpens fiss. Kategorija 1 tikkonsisti minn intitolament għal pagament ta’
€1 000.00 and kategorija 6 għal pagament ta’ €35 000.00.
Le.
Iva, jekk dan il-kumpens huwa relatat ma’ uġigħ u tbatija, spejjeż mediċi u telf ta’ qligħ.
Iva, il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti jista’ jħallsek il-kumpens bil-quddiem fil-forma ta’ pagament proviżorju. Dan bil-kondizzjoni li t-talba tissodisfa r-rekwiżiti legali (jiġifieri, ġie stabbilit b’ċertezza li int intitolat għal pagament) u li l-Fond ma jistax jagħmel deċiżjoni definittiva f’perjodu qasir. Talba għal ħlas bil-quddiem ser tiġi pproċessata biss jekk tapplika bil-miktub u tispjega għala huwa meħtieġ u urġenti pagament bil-quddiem, eż. jekk m’għandekx biżżejjed fondi biex tirċievi kura għall-korriment li sofrejt. Is-sempliċi fatt li tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ma jikkostitwix raġunijiet biżżejjed biex tingħata ħlas bil-quddiem.
Tista’ tippreżenta talba addizzjonali jekk, wara li tittieħed deċiżjoni li jingħatalek kumpens, il-korriment tiegħek juri li huwa aktar serju minn dak li d-deċiżjoni kienet ibbażata fuqu fl-ewwel talba tiegħek. Qarib superstit jista’ jippreżenta talba addizzjonali biss għall-ispejjeż tal-funeral u għat-telf tal-manteniment.
Le.
Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven)
Postbus 71
NL-2501 CB L-Aja
Il-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Schadefonds Geweldsmisdrijven)
Postbus 71
NL-2501 CB L-Aja
Le.
Mhux aktar minn 26 ġimgħa.
Tista’ tressaq oġġezzjoni bil-miktub mal-Kumitat għall-Fond għal Kumpens għal Reati Vjolenti (Commissie Schadefonds Geweldsmisdrijven) fi żmien 6 ġimgħat. Fl-oġġezzjoni tiegħek għandek tindika liema punti ma taqbilx magħhom fid-deċiżjoni u għaliex. Tista’ tibgħat l-oġġezzjoni tiegħek lil:
Schadefonds Geweldsmisdrijven
Afdeling Bezwaar
Postbus 71
NL-2501 CB L-Aja
https://www.schadefonds.nl/english-information/
https://www.schadefonds.nl/english-information/
Telefon: 070-4142000
Mhi disponibbli l-ebda għajnuna legali sussidjata. Madankollu, tista’ tieħu parir u appoġġ minn Appoġġ għall-Vittmi in-Netherlands (Slachtofferhulp Nederland) billi żżur https://www.slachtofferhulp.nl/english/. Telefon: 0900-0101.
Victim Support Netherlands (Appoġġ għall-Vittmi Netherlands): https://www.slachtofferhulp.nl/english/. Telefon: 0900-0101.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.