Tista’ titlob kumpens mill-Istat għar-reati kollha li jsiru intenzjonalment bi vjolenza kontra l-persuna, u fi kwalunkwe każ għall-intermedjazzjoni illegali u sfruttament ta’ ħaddiema definit fl-Artikolu 603-bis tal-Kodiċi Kriminali, iżda minbarra attakk (percosse) u offiża fuq il-persuna (lesioni) kif imsemmi fl-Artikoli 581 u 582 tal-Kodiċi sakemm ma jkunx hemm preżenti ċirkostanzi aggravanti previsti mill-Artikolu 583 (jiġifieri, jekk ir-reati jirriżultaw fil-konsegwenzi serji ħafna enumerati speċifikament).
Tista’ titlob kumpens biss għal spejjeż mediċi u tal-assistenza, ħlief f’każijiet ta’ attakk sesswali jew omoċidju, li f’dan il-każ, il-vittmi jitħallsu ammont fiss ta’ kumpens li jiġi ddeterminat minn Digriet Ministerjali anki jekk ma jkun hemm l-ebda spiża medika jew tal-assistenza li għandha titħallas.
Il-persuni intitolati għal kumpens huma l-vittma, jew, jekk il-vittma mietet, kwalunkwe wild jew konjuġi li jikkoabita li mhuwiex separat legalment jew sieħeb għall-ħajja li jikkoabita, f’ishma li jikkorrispondu għad-drittijiet rispettivi tagħhom ta’ wirt; jew, fin-nuqqas ta’ xi waħda minn dawn il-persuni, il-qraba tal-vittma f’linja axxendenti, diment li dawn kienu dipendenti legali tal-vittma meta twettaq ir-reat.
L-intitolament ta’ persuna għal kumpens huwa limitat f’ċerti każijiet:
Jekk il-vittma tibqa’ ħajja, il-membri tal-familja tal-vittma għandhom id-dritt jieħdu azzjoni direttament kontra l-awtur tar-reat (l-Artikoli 2043 u 2059 tal-Kodiċi Ċivili) għall-ħsara indiretta (mhux materjali) li jkunu sofrew bħala riżultat tad-dannu inflitt fuq il-qarib tagħhom; f’dan il-każ, madankollu, il-liġi fis-seħħ ma titlobx xi kumpens min-naħa tal-Istat (il-Liġi Nru 122/2016, kif emendata mil-Liġi Nru 167/2017). Il-leġiżlazzjoni dwar il-vittmi ta’ reati vjolenti tipprevedi benefiċċji għal persuni bħal dawn biss meta jkunu superstiti ta’ vittma primarja li mietet.
Il-kumpens jista’ jingħata kemm lir-rikorrenti li jgħixu fi Stat Membru tal-UE minbarra l-Italja kif ukoll lil rikorrenti li jgħixu fl-Italja.
Il-vittma tista’ tippreżenta pretensjoni għal kumpens fl-Italja lill-awtoritajiet ta’ deċiżjoni Taljani diment li r-reat ikun sar fl-Italja.
Le, iżda l-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa (decisione che ha definito il giudizio per essere ignoto l'autore del reato), jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.
Jekk jogħġbok ara hawn fuq:
Il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa, jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.
Kif deskritt hawn fuq, il-pretensjoni għal kumpens għandha tiġi akkumpanjata minn dokumentazzjoni li turi li l-proċedimenti għall-irkupru tal-ħsarat minn awtur tar-reat ma rnexxewx, jew li l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni ma kienx ta’ suċċess, jew li l-kundanna kriminali saret finali.
Il-pretensjoni għal kumpens għandha tiġi akkumpanjata minn kopja ta’ sentenza li tikkundanna waħda mir-reati previsti mil-liġi, jew minn kopja ta’ digriet li jsib li r-reat sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa.
Kif iddikjarat hawn fuq, il-pretensjoni għandha tiġi ppreżentata fi żmien 60 jum wara digriet li jsib li r-reat ikun sar minn persuna jew persuni mhux magħrufa, jew wara l-aħħar stadju fil-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni li jittieħdu mingħajr suċċess, jew wara d-data meta kundanna kriminali ssir finali.
Pereżempju, il-kumpens ikopri:
– Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
- Dannu psikoloġiku (morali):
– Dannu materjali (mhux psikoloġiku):
- Dannu psikoloġiku:
Il-kumpens jitħallas (soġġett għal miżuri aktar favorevoli li jkunu diġà fis-seħħ minn dispożizzjonijiet legali oħrajn għal reati speċifiċi) biex ikopri spejjeż mediċi u tal-assistenza, ħlief f’każijiet ta’ attakk sesswali jew omiċidju, li f’dan il-każ, il-vittmi jingħataw ammont fiss ta’ kumpens anki jekk ma jkun hemm l-ebda spiża medika jew tal-assistenza li għandha titħallas.
B’mod ġenerali, il-kumpens jitħallas bħala pagament uniku, billi jittieħed mill-Fond ta’ Rotazzjoni għall-Appoġġ ta’ Vittmi ta’ Kriminalità bl-istil tal-Mafja, Estorsjoni, Użura u Reati Vjolenti Intenzjonati (Fondo di rotazione per la solidarieta' alle vittime dei reati di tipo mafioso, delle richieste estorsive, dell'usura e dei reati intenzionali violenti), li huwa ġestit mill-Ministeru tal-Intern, iżda l-ammont imħallas għandu jibqa’ fil-limiti tal-finanzjament disponibbli fis-sena attwali.
Fil-każ li ma jkunx hemm biżżejjed finanzjament disponibbli fis-sena rilevanti, dawk intitolati għal kumpens jistgħu jaċċessaw il-Fond għal proporzjon f’dik is-sena, u fis-snin sussegwenti għall-bqija, li jitqassam mingħajr ebda imposta, interessi jew evalwazzjonijiet mill-ġdid addizzjonali.
Il-kumpens jitħallas bil-kondizzjoni li l-vittma ma tkunx kompliċi, b’mod intenzjonat jew b’negliġenza kolpevoli, fit-twettiq tar-reat jew ta’ reati oħra assoċjati; li l-vittma qatt ma tkun wettqet, skont sentenza finali, xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 407(2)(a) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (qerda mhux provokata, serq u qtil tal-massa, involviment fi gwerra ċivili, konfoffa bl-istil tal-Mafja, tiġi pperikolata s-sigurtà tal-pubbliku, omiċidju, serq, estorsjoni, ħtif ta’ persuni, terroriżmu, konfoffa subversiva, konfoffa armata, pussess ta’ splussivi, rikattar organizzat, drogi, tjassir, prostituzzjoni u pornografija tat-tfal, traffikar ta’ persuni, skjavitù, attakk sesswali, atti sesswali ma’ minorenni, attakk sesswali fi grupp) jew ta’ reati li jitwettqu bi ksur tal-leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu u l-evażjoni tal-VAT; u li meta tiġi ppreżentata l-pretensjoni, il-vittma ma tkunx is-suġġett ta’ proċedimenti kriminali għal xi wieħed minn dawn ir-reati.
L-introjtu tal-vittma m’għandu l-ebda piż fuq id-dritt tagħha għal kumpens.
Il-kumpens jitħallas fuq il-kondizzjoni li l-vittma, fir-rigward tal-istess reat, ma tkunx irċeviet pagamenti ta’ kwalunkwe tip li jammontaw għal aktar minn €5 000.00 minn xi sors pubbliku jew privat.
Il-kumpens ikun jikkorrispondi għall-ispejjeż imġarrba, soġġett għal-limiti stipulati mil-Liġi rilevanti u s-somom stabbiliti mid-Digriet Ministerjali li jimplimenta din il-Liġi.
Id-Digriet tal-31 ta’ Awwissu 2017 maħruġ mill-Ministeru tal-Intern (kif previst mill-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 122 tas-7 ta’ Lulju 2016) jipprevedi li:
L-ammont totali tal-ispejjeż mediċi u tal-assistenza mġarrba għandu jiġi indikat u ddokumentat.
Il-kumpens jitħallas fuq il-kondizzjoni li l-vittma, fir-rigward tal-istess reat, ma tkunx irċeviet pagamenti ta’ kwalunkwe tip li jammontaw għal aktar minn €5 000.00 minn xi sors pubbliku jew privat.
Le.
Le, għalkemm jista’ jkun possibbli li tippreżenta l-pretensjonijiet sussegwenti f’każ li jiġu mġarrba aktar spejjeż mediċi; dan ikun jeħtieġ li jiġi vvalutat mill-awtorità ta' deċiżjoni.
Il-pretensjoni għal kumpens għandha tiġi ppreżentata mill-parti interessata, jew mill-persuni intitolati l-oħrajn fil-każ li l-vittma tar-reat tkun mietet, u għandha tiġi ppreżentata wiċċ imb wiċċ jew bi prokura speċjali (a mezzo di procuratore speciale); biex tkun ammissibbli, din għandha tiġi akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:
a) kopja ta’ sentenza li tikkundanna għal wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 11, jew kopja ta’ digriet li jsib li r-reat twettaq minn persuna jew persuni mhux magħrufa;
b) dokumentazzjoni li turi li tressqu l-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni għal ħlas tad-danni kontra l-awtur tar-reat mingħajr suċċess; dan mhuwiex meħtieġ meta l-awtur tar-reat jibqa’ mhux identifikat, jew l-awtur tar-reat ikun talab u ngħata għajnuna legali mħallsa mill-Istat fil-proċedimenti kriminali jew ċivili li fihom l-awtur tar-reat inżamm responsabbli;
ċ) dikjarazzjoni minflok affidavit b’ġurament (dichiarazione sostitutiva dell'atto di notorietà) fir-rigward tan-nuqqas ta’ xi impediment;
d) ċertifikat mediku li juri l-ispejjeż imġarrba għal servizzi relatati mas-saħħa, jew ċertifikat tal-mewt għall-vittma tar-reat.
Le.
Il-Ministeru tal-Intern.
Ministero dell’Interno
Ufficio del Commissario di solidarietà per le vittime dei reati di tipo mafioso
Via Cavour, 6
Roma
Le.
Ladarba din tkun irċiviet il-pretensjoni, l-awtorità ta’ deċiżjoni fl-Italja għandha tagħti deċiżjoni “mingħajr dewmien”.
M’hemm l-ebda mekkaniżmu speċifiku fis-seħħ; peress li d-deċiżjoni hija waħda amministrattiva, din tista’ tiġi kkontestata skont ir-regoli standard li japplikaw għal miżuri amministrattivi domestiċi li jittieħdu mill-istess awtorità.
L-awtorità ta’ assistenza tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa; l-awtorità ta’ assistenza fl-Italja hija l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (procura generale) fil-qorti tal-appell (corte d’appello) b’ġurisdizzjoni fil-post ta’ residenza tar-rikorrent. Il-formoli huma mehmużin mad-Digriet Ministerjali Nru 222 tat-23 ta’ Diċembru 2008 li jistipula regoli skont l-Artikolu 7 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 204 tad-9 ta’ Novembru 2007 li jimplimenta d-Direttiva 2004/80/KE li għandha x’taqsam ma’ kumpens għal vittmi ta’ delitti (Decreto 23 dicembre 2008, n. 222 “Regolamento ai sensi dell'articolo 7 del decreto legislativo 9 novembre 2007, n. 204, recante attuazione della direttiva 2004/80/CE relativa all'indennizzo delle vittime di reato”).
Le.
Le, dan ir-rwol isir mill-awtorità ta’ assistenza.
L-uffiċċju li jforni din l-informazzjoni ma jafx b'dan.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.